kuntatt: info@sandrovella.org
- Id-dar -POLITIKA
15 ta' Jannar 2008
Il-blog ta' George PullicinoKieku ma jkunx għall George Pullicino: dan il-blog ( sandrovella.org ) jista’ jżarma.
George Pullicino huwa ħuta żgħira. Simbolu tal-gvern u ta’ l-oppożizzjoni li f’dan il-pajjiż hemm ħafna affarijiet li mhux jaħdmu sew. Simbolu li kulħadd jista’ japplika għall-politika. L-importanti li tkun fidil. U fidil lejn il-partit.għafas hawn biex tkompli taqra l-artiklu: 'Il-blog ta' George Pullicino' .
11 ta' Jannar 2008
Francis għadu ħajTinkwitawx! Francis għadu ħaj. Hija l-kultura li hija mejta.
Il-partit laburista ra lil Francis ibaxxi rasu waqt laqgħa ta' l-unjoni ewropea u ħasbu li ħalliena. Grace Borġ laħqet xtrat il-fjuri oriġinali!għafas hawn biex tkompli taqra l-artiklu: 'Francis għadu ħaj' .
1 ta' Jannar 2008
Titħabbar il-mewt ta’.... l-oppożizzjoniDan il-blog għandu aħbar esklussiva. L-anqas it-Times m'għandha il-kuraġġ toħroġ din l-aħbar.
għafas hawn biex tkompli taqra l-artiklu: 'Titħabbar il-mewt ta’.... l-oppożizzjoni' .
25 ta' Diċembru 2007
Il-Messaġġ tal-MiliedDorian Cassar jixraqlu l-premju Joseph Pulitzer. Il-ġurnalist tad-di-ve.com ippubblika l-messaġġi tal-milied ta' l-arċisqof li għadu ma tax tweġiba lill-omosesswali, tal-president li qasam Malta fin-nofs, u tal-prim ministru li biegħ ruħu lill-avversarju tiegħu biex jilgħaq l-iċken vot. Il-prim ministru ta' Malta huwa l-bambin li kiel il-ħobż li x-xitan għamillu flok il-ġebel u dawk ta' qablu mhux inqas minnu. Il-president ma' Żeppi l-Ħafi u l-arċisqof mad-dehebijiet.
għafas hawn biex tkompli taqra l-artiklu: 'Il-Messaġġ tal-Milied' .
22 ta' Diċembru 2007
Firma storikaL-impjegat tagħna Pullicino reġa’ għamilha. Imma din id-darba qasam il-froġa. Ma’ l-impjegat Louis Galea u l-impjegat Michael Frendo.
Dawn it-tliet ministri mpjegati, skond il-blog ta’ l-impjegat Pullicino, għamlu firma storika.għafas hawn biex tkompli taqra l-artiklu: 'Firma storika' .
19 ta' Novembru 2007
Segretarju devot fit-tubuIl-mistoqsija ta' l-għeluq tas-sena 2007:
X’inhuwa jgħidlu lil Charlon Gouder is-segretarju parlamentari fil-YouTube?għafas hawn biex tkompli taqra l-artiklu: 'Segretarju devot fit-tubu' .
16 ta' Novembru 2007
L-impjegat tagħna PullicinoL-impjegat tagħna George Pullicino fetaħ blog il-Ġimgħa, 7 ta’ Settembru 2007.
Fl-ewwel artiklu tiegħu hemm inkluż: Mhux ser nitkellem ħafna fuq politika.. inwegħdkom !!għafas hawn biex tkompli taqra l-artiklu: 'L-impjegat tagħna Pullicino' .
7 ta' Novembru 2007
Il-ministeri tal-partitiMin għandu professjoni s-soltu jiddedika ħinu kollu għall-enerġija, riflessjoni u ħsibijiet. Jekk għandek il-washing machine bil-ħsara, u t-technician jaħdem ukoll bħala professur ta’ l-università, irid, qabel kollox, jirranġa l-magna u mhux iħalli nofs xogħol u jmur iwaħħal l-istudenti.
għafas hawn biex tkompli taqra l-artiklu: 'Il-ministeri tal-partiti' .
4 ta' Novembru 2007
L-inġustizzja hi l-istess għal kulħaddPolitiku għandu jkollu valuri għolja li jiddeċiedi li joffri l-għarfien tiegħu, il-passjoni tiegħu, għaraq jew sempliċiment impenn profond biex jissolvew il-problemi, jiġu kreati sitwazzjonijiet ġodda u jiffaċċilità l-ħajja tal-poplu.
għafas hawn biex tkompli taqra l-artiklu: 'L-inġustizzja hi l-istess għal kulħadd' .
28 ta' Ottubru 2007
Il-millennium bug tad-demokrazijaĠesù kien għamel partit. Il-partit ta' l-appostli. L-istorja kulħadd jaf kif tispiċċa. Wieħed imsallab rasu ‘l fuq u l-viċi kap imsallab rasu l-isfel.
għafas hawn biex tkompli taqra l-artiklu: 'Il-millennium bug tad-demokrazija' .
14 ta' Ottubru 2007
Musumeci“jekk xi ħadd jaħseb li l-Partit Nazzjonalista se jirbaħ l-elezzjoni bl-attakki fuq Alfred Sant din tkun strateġija żbaljata.”
Kliem qaddis. Il-partit nazzjonalista m'għandux bżonn jattakka lil Alfred Sant. Alfred Sant jirnexxielu waħdu.għafas hawn biex tkompli taqra l-artiklu: 'Musumeci' .
11 ta' Ottubru 2007
Bla internet tista' tgħix, bla xogħol leĦsibt li kienet se tkun iebsa. Fil-verità f'din il-ħajja tista' tgħix mingħajr internet.
għafas hawn biex tkompli taqra l-artiklu: 'Bla internet tista' tgħix, bla xogħol le' .
9 ta' Ottubru 2007
S.A.G. – Aħwa MaltinNemmen li ma kinitx deċiżjoni ta' Alfred Sant li jmexxi b'passi kriminali kontra Austin Gatt. Alfred Sant huwa ferm intelliġenti iżjed minn hekk speċjalment bħala bniedem politiku.
għafas hawn biex tkompli taqra l-artiklu: 'S.A.G. – Aħwa Maltin' .
7 ta' Ottubru 2007
X'inhija l-politika?It-tfal verżjoni YouTube, m'għadhomx jistaqsu minn fejn jiġu t-tfal imma jsaqsu x'inhi l-politika.
għafas hawn biex tkompli taqra l-artiklu: ‘X'inhija l-politika?' .
5 ta' Ottubru 2007
Mobsters' Elections Planning Action“Id-dinjità tal-persuna hija iżjed importanti mill-flus”...iżda mhux mill-voti.
Alfred Sant mar iżur lil Yolanda Angileri, mara simpatika u bil-bajd li ġiet titnejjek mill-MEPA u baqgħet fil-bini għalkemm kollox kien se jinżel fuq rasha.għafas hawn biex tkompli taqra l-artiklu: ‘Mobsters' Elections Planning Action' .
4 ta' Ottubru 2007
Il-Paragun
Skoprejt li l-laptop tiegħi huwa nazzjonalist aħrax. Fil-festi ta' l-indipendenza meta kien hemm id-djalogu paċifiku ħafna bejn GOnzi u GOuder, il-laptop tiegħi ddeċieda li waqt l-istreaming ibaxxi, u ħafna drabi jitfi, l-mikrofonu ta' GOuder u jgħolli dak ta' GOnzi.
għafas hawn biex tkompli taqra l-artiklu: ‘Il-Paragun' .