X’ġaralu l-bini numru 7?

Click here for the English version
Fis-6 ta’ Ġunju 2008 seħħew affarijiet ta’ barra minn din id-dinja. Joseph Muscat laħaq mexxej tal-partit laburista kontra George Abela, tliet nisa waqfuni fit-triq jgħiduli kemm għandi sormi sabiħ u l-Financial Times ta’ Londra tistaqsi dwar il-bini numru 7.
Din hija data storika. L-iżjed mainstream media awtorevoli, dejjem wara Xarabank, għamel il-mistoqsija tal-mistoqsijiet wara seba’ snin: “X’ġaralu l-bini numru 7?”
Il-bini numru 7 huwa t-tielet torri li waqa’ fil-11 ta’ Settembru 2001. Bini ta’ 47 sular li waqa’ mingħajr ma daħal fih l-ebda ajruplan. Qisu bħal meta Fredu Sant waqgħalu l-gvern ħabba Mintoff. Waqa’ għaż-żobb.
In-nejka stramba hija li l-Financial Times jiġbed l-attenzjoni li l-BBC semma l-kollass tal-bini numru 7 nofs siegħa qabel ma dan seħħ.
Il-ġurnalista Jane Standley kienet qegħda titkellem b’xandira diretta fil-4.45p.m. u xandret il-kollass tat-tielet torri, u warajha kien hemm it-torri 7 li kien għadu bil-wieqfa. Waqa’ biss 26 minuta wara.
Minnħabba dan il-filmat li jinstab fuq YouTube, il-BBC ġie bombardat minn mistoqsijiet u akkużi li l-BBC kienu qed jirreċtaw script minn ta’ Bush. Is-suspetti żdiedu meta Richard Porter, kap ta’ l-aħbarijiet internazzjonali tal-BBC, qal li m’għandux kopja tal-filmat. Kieku kien Charlon Gouder kont nifhem.
Malli Joseph Muscat sar jaf b’dan, ċempel lil Porter u ried iħatru fuq il-bord ta’ etika tal-ġurnaliżmu ta’ ONE TV, peress li Peppi Azzopardi rriżenja minn din il-kariga għax kellu bżonn jitla’ Ruma jsaqsi lil Bush dwar dan il-misteru. Imma Bush bejn il-Papa u Peppi, għażel lil dak li dan l-aħħar sar jilgħaqu l-iżjed.
Kif jistgħu żewġ ajruplani jwaqqgħu tliet torrijiet?
Jiena nafda fil-verżjoni uffiċċjali. Il-bini numru 7 waqa’ bħala turija ta’ solidarjetà. Il-bini l-oħrajn tal-madwar huma sponsored mir-RyanAir.
Irrid lura lil Joe Debono Grech. Nirrepeti: Irrid lura lil Joe Debono Grech.
Biex tikteb kumment dwar l-artiklu, "X’ġaralu l-bini numru 7?", għafas hawn.


































0 Comments:
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home