contact: info@sandrovella.org

Monday, 16 June 2008

Miraklu fit-Tmiem il-Mil


Click here for the English version

"Din mhix Ewropa din. Dan tal-lum huwa suq. Bħal ma huwa s-suq tal-ħut ta' Tokyo. Hija ewropa magħquda imma vantaġġ għal kapitalisti u għall-bankiera.

L-Ewropa trid tkun ħafna iżjed minn hekk. L-Ewropa trid tkun il-kaxxa tal-ġojjelli tal-valuri li jiddistingwuna minn kontinenti oħra.

Mhux biex noħolqu l-barrieri, imma biex inżommu u nagħtu dak li hu tajjeb f'dak li l-Ewropa tirrapreżenta. Jiena rrid li Malta tkun l-aqwa fl-Ewropa f'dan l-istaġun ta' ġenerazzjoni ġdida u rebbieħa.

Fil-passat għamilna l-iżbalji tagħna. Il-Partnership rebaħ huwa żball. L-ideoloġija ta' Svizzera fil-Mediterran ma kinitx perfetta. Imma hemm ċertu affarijiet li l-għażiż ħabib tiegħi Fredu li jiena sfidajtu biex noħroġ għall-parlament ewropew u ħriġt kontra l-kunsens tiegħu, kellu raġun dwarhom. Bħall-inflazzjoni eżaġerata ħabba l-ewro, l-indħil militari u l-indħil barrani.

Jiena ma naċċettax li fil-parlament ewropew ma jkunx hemm interpreti tal-lingwa Maltija. Rajtuni fix-Xarabank kif ħtafthom lil ta' l-ewropa meta ma ġabux interpretu. Għax hekk konna ftehmna u jiena bniedem ta' prinċipju. Hekk għedtilhom ara lil ta' l-ewropa u ħraw taħthom: 'X'iservi li jkollna l-iswed fuq l-abjad meta ma nirrispettawx dak li hemm miktub? X'ix-xjafek ta' l-infern jewwilla!' U sabbatt il-karti wkoll u wara poġġejt bil-qegħda.

Irrid nuri li dan huwa pajjiż ta' vera. Li għandu l-bajd kif qalli Mintoff meta mort narah ma' sieħbi Jason. L-Ewropa hija ta' Malta wkoll u mhux Malta hija ta' l-Ewropa. U għalkemm naqbel mat-Trattat ta' Lisbona li qrajtu fi kwarta, xorta rrid nirrispetta l-ftehim li sar fl-Ewropa kollha li jekk it-Trattat jiġi rrifjutat biss minn pajjiż wieħed, irid jerġa' jibda u jsir kollox mill-bidu. Għax hekk konna ftehmna u jiena bniedem ta' prinċipju. X'iservi li jkollna l-iswed fuq l-abjad meta ma nirrispettawx dak li hemm miktub? X'ix-xjafek ta' l-infern jewwilla!
"


Nibża' li għandi tendenzi omosesswali. Nibża' għax inkella ma nkunx nista' nitqarben peress li nkun marid.

Nibża' għax ħlomt b'Joseph Muscat. Bl-iżjed mexxej ta' partit gustuż li għandu l-pajjiż. Ħlomt li qal dawk is-sentenzi italiċi waqt li kien qiegħed fuq it-threadmill jindirizza lid-delegati. Il-mara bdiet tgħir u għamlet ġurnata ssaqsini min hija din Muscat u din Jason li jiena bdejt insemmi fil-ħolm. Għedtilha f'ġieh alla u joseph ibqa' sejjaħlu Joseph għax ikollna l-problemi.

Il-mara baqgħet tiffittani u xegħlitlha x-Xarabank. Kien hemm fuq sufan abjad mal-ħabib ġdid tiegħu Ġużeppi. Kemm jaf jitkellem Joseph. Kien hemm żagħżugħ qallu bil-ħniena biex iwarrab il-kmamar tan-nar minn maġenb l-iskejjel. Ġejt bejn ħaltejn minn kien il-mexxej żagħżugħ fosthom.

Joseph wieġbu tajjeb ħafna: qallu mhux tort tal-kmamar tan-nar li l-iskejjel qegħdin hemm. Kemm jaf iwieġeb Joseph. Min jaf kemm akkwista voti mid-dilettanti tal-festa u żied iżjed voti mill-ġenituri tat-tfal ta' l-iskola li jixtiequ jiddivorzjaw.

Imbagħad biex Joseph ma jitlifx voti kkundanna l-isparatura fuq kelb imma l-isparaturi fuq l-għasafar tajjeb għax delizzju. Il-mexxej il-ġdid tal-ġenerazzjoni l-ġdida. L-istaġun rebbieħ. L-għasafar tista' tisparalhom. Il-klieb le. Qisu ħażin jekk xi ħadd jisparalek f'sidrek imma tajjeb jekk joltqok fit-toqba ta' sormok.

Imbagħad Joseph kellu mument diffiċli ħafna quddiemu. Mistoqsija m'għand omosesswali mara jekk għandhomx dritt jiżżewġu. Joseph, ta' bniedem ġdid li jimxi maż-żmenijiet, kellu l-kuraġġ li jgħidilha li se jkollhom l-istess drittijiet bħall-aħwa li jgħixu fl-istess dar. Għandu raġun Joseph. Tgħidx kemm għandu aħwa fid-dar laburista li jagħtuh f'sorm xulxin biex jilħqu huma.

Joseph huwa l-futur tal-preżent. Jirnexxielu jammetti żbalji li ma eżistewx. Il-mexxej taċ-ċorma kbira laburista li baqgħet timxi warajh u tfaħħru wara li qallhom li l-partit tiegħu ilu jitnejjek bihom 10 snin. Imma issa Joseph urihom id-dawl lill-merħla għomja.

Tassew Joseph huwa raġel kbir. Bagħat ittra lil Bord tal-Viġilanza u talab li tintbgħat ittra lil dawk kollha li ġew imkeċċija mill-partit. Lino Spiteri rċieva wkoll l-ittra u fl-aħħar sentenza kellu miktub: "Naħfirlek għax kont taf x'inti tagħmel."

Joseph ma waqafx hemm. Ħatar lil sieħbu l-ġdid Peppi biex ikun fil-bord ta' l-etika tal-ġurnaliżmu tal-kamra ta' l-aħbarijiet ta' ONE. Qisu xtara condom lill-istupratur. Aħxi kemm trid imma almenu ttaqqalhiex.

Joseph Muscat huwa l-Albert Marshall il-gdid.

L-inbid qed isir ilma. Nirrepeti: l-inbid qed isir ilma.


Biex tikteb kumment dwar l-artiklu, "Miraklu fit-Tmiem il-Mil", għafas hawn.

5 Comments:

Blogger Sylvan said...

fl-ahhar! qed nerga narak tikteb!

bloggata kapulavur jkolli nghid!

17 June 2008 19:36  
Blogger Sandro Vella said...

Hello Sylvan,

x'sar minnek? Mortli ghand Daphne hehe :)

Bqajt attiv jiena allavolja mhux hawnhekk u fuq xoghol ghalissa li mhux jidher hafna. Nixtieq nibqa' ghaddej. Il-hin qed ifottini bhas-soltu.

Se naghmel mill-ahjar imma l-ahjar mhux bizzejjed.

Inti kollox sew jew?

17 June 2008 21:06  
Blogger Sylvan said...

aw sandro gbin, mhux hazin jien! int ok ghid?

ijja, imma ghax daphne tikteb kuljum, allavolja ssiefer tghid! xi darba nhallilha kumment jew tnejn imma...

int taparsi ghandek x'taghmel u tinsina ghall xi 3 gimghat...puh ghalik!

17 June 2008 23:34  
Blogger Sylvan said...

eeh! int qed tghid ghall Silvan? le ta! dak mhux jien, jien ismi isbah, bil Y - sYlvan! :)

17 June 2008 23:38  
Blogger Sandro Vella said...

Aw Sylvan,

meta trid xi darba niltaqghu ey.

Just ibghatli e-mail.

hehe iva mhabbat imma m'abbandunajtx il-blogosfera nassigurak ( www.maltamedia.com/blogosfera) u anke' issa li l-Maltafly regghet qisha miexja.

Issa naraw habib. Prijoritajiet hehe

18 June 2008 00:10  

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home