contact: info@sandrovella.org

Saturday, 21 June 2008

L-immigranti jmorru lura d-dar


Click here for the English version

L-Amerika qegħda tieħu l-immigranti illegali li qed jiġu Malta. Tonio Borg jirringrazzja u l-poplu Malti jinża l-qalziet għal meta l-Amerika titlob xi pjaċir li ma jistax jiġi rriffjutat.

L-Amerika qegħda tagħmel sagrifiċċju kbir tieħu l-immigranti llegali minn Malta. Spejjeż kollox fuqha, inkluż il-petrol ta' l-ajruplan. Dawn l-immigranti llegali f'Malta li se jsiru legali fl-Amerika għandhom kollegi oħrajn li mill-Amerika qed jaħarbu.

Artiklu mit-Top Stories tal-Kalifornjan Star Telegraph jikteb: "Il-prezz tal-petrol jibgħat lill-immigranti fil-Messiku."

Il-kuntratturi li jimpjegaw ħaddiema fis-settur tal-kostruzzjoni m'għandhomx iżjed flus biex imantnu l-vetturi tagħhom, b'hekk jimpjegaw ħaddiema li għandhom il-karozza tagħhom. Il-Messikani ma jifilħux isostnu l-ispejjeż biex jaħdmu fl-Amerika: quddiem paga ħafna aħjar minn dik li kien ikollhom il-Messiku, sabu lilhom infushom jonfqu ħafna flus fuq il-petrol. Ħafna minnhom jibqgħu d-dar u jmorru jaħdmu biss darbtejn fil-ġimgħa. Issa ma jifilħux iżjed jibgħatu $50 fil-ġimgħa lill-familjari tagħhom li baqgħu l-Messiku u daqt mhux se jaqbillhom jibqgħu fl-Amerika. Ħafna minnhom diġa' marru lura d-dar.

F'sitwazzjoni ta' kriżi huwa naturali li l-immigrant imur lura fin-nukleu familjari tiegħu u huwa wkoll naturali li jerġa' jipprova jiġi lura Malta għax isib iżjed sigurtà, fiduċja u peress li jkun parti mill-popolazzjoni ta' pajjiżu, jkun jista' jirċievi ħafna għajnuniet u jkollu preċedenzi.

Irrid il-pjanta ta' l-ambaxxata amerikana f'Ta' Qali. Nirrepeti: Irrid il-pjanta ta' l-ambaxxata amerikana f'Ta' Qali.

Biex tikteb kumment dwar l-artiklu tal-blog, "L-immigranti jmorru lura d-dar", għafas hawn.

0 Comments:

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home