contact: info@sandrovella.org

Sunday, 15 June 2008

L-eroj tal-klassi tal-ħaddiema


Click here for the English version

Jiena njorant. Jiena baħnan. Jiena għoxx. Jiena ras ta' żobb. Dawn huma l-messaġġi li nirċievi minn għand maġġoranza tal-messaġġi li jidħlu fil-posta. In-nejka hi li għandhom raġun. Nammetti. Ma nammettix biss dawk li jibgħatuli li jiena ikrah, oħxon u fartas.

Korrispondenza oħra ħajritni nagħmel PhD u saħansitra d-Dottorat. Biddilt fehmti għax tgħallimt li iżjed kemm taf u iżjed kemm tkun intelliġenti iżjed terdgħu. Ma hemmx għalfejn tkun intelliġenti biex tikseb Dottorat. Ħaxxej iva. Imma ħaxxej u mhux: bid-Dottorat tispiċċa terdgħu. Eżempju: il-mexxej ta' l-istaġun il-ġdid. Pjan ta' ħmistax –il sena ġo staġun ta' tliet xhur. Ma nafx liema staġun hu, probabbli xi Rebbiegħa oħra.

Joseph Muscat jixraqlu l-ewropew ta' l-istaġun għax apparti t-trattat ta' Lisbona, irnexxielu jgħatti l-futur tal-klassi tal-ħaddiema li hu llum stess jirrapreżenta direttament mit-taxxi tal-poplu minn Settembru u mit-tesserati minn Ġunju.

Kien fl-1919 fejn l-Organizazzjoni Internazzjonali tal-ħaddiema stabilixxa ħin massimu ta' kemm ħaddiem għandu jkollu l-katina fl-uffiċċju u fil-fabbrika: 48 siegħa fil-ġimgħa. Fit-tmiem tat-tieni gwerra dinjija, fil-pajjiżi kollha "tal-punent" il-ħin naqas għal 40 siegħa fil-ġimgħa bħall-attwalità. Franza biss hija l-eċċezzjoni, li fl-1997 naqset il-ħin tagħha għal 35 siegħa.

Hawn Malta id-dottorat ta' Harvard fis-soċjaliżmu kien qed jara kif isebbaħ il-Kottonera minn flok iġib il-ħaddiem bħal Franza biex ikollu l-ħin jaqra l-kotba tiegħu u forsi jiftaħ moħħu.

F'Malta qegħda sseħħ xi ħaġa straordinarja. Mhux biss li Dolores Cristina ndunat li s-suċċess fl-arti u fil-kultura m'għandhomx jiswew flus, mhux biss li Peppi Azzopardi se jkun fil-bord ta' l-etika tal-ġurnalisti ta' ONE, mhux biss li Jason Micallef se jerġa' jikkontesta għal Segretarju Ġenerali, imma wkoll li dawk id-drittijiet li nkisbu bi dritt qed jerġgħu jkunu fuq il-mejda tad-diskussjoni wkoll fl-Ewropa.

Fl-10 ta' Ġunju 2008, il-kummissjoni ewropa għamlet żjara fuq il-ħinjijiet tax-xogħol. Attwalment mhuwiex possibbli taħdem iżjed minn 48 siegħa fil-ġimgħa inkluż l-overtime apparti kategoriji ta' xogħol delikati. L-affari issa nbidlet. Inbidlet mhux bit-tnaqqis kif mistenni f'evoluzzjoni soċjali regolari imma biż-żjieda.

Jekk il-parlament ewropew jikkonferma din id-deċiżjoni meħuda mill-kummissjoni ewropea, in-nies mhux injoranti u mhux għoxux bħali, li jaħdmu f'oqsma meqjusa mportanti u delikati jistgħu jaħdmu b'mod legali bejn 60 u 65 siegħa fil-ġimgħa. 65 siegħa jekk ikollok professjoni iżjed delikata bħal tobba u gwardjani ta' bil-lejl.

L-injorant bħali jista' jissogra sa 48 siegħa u forsi jkollu ċ-ċans jibbloggja u jispara ċ-ċuċati u l-każijiet speċjali jkunu jistgħu jkomplu jaqraw biss minn fuq il-post tax-xogħol.

Il-proposta li taħdem iżjed minn 48 siegħa hija biss fuq bażi volontarja u ħielsa ta' l-individwu. Eżatt kif isir illum fuq l-overtime!

Il-gvern Spanjol huwa kontra din id-direttiva. Wara l-Irlanda, se jsalvawna Spanja? Għaliex ma jsalvanix Joseph?

L-epoka 1800 qegħda tħabbat il-bieb tal-Ħamrun. Joseph Muscat qal li kulħadd merħba fil-partit laburista sakemm ikollu t-twemmin soċjalista.

X'jaħseb Martin Schultz dwar din il-proposta?

Inħobbkom ħafna u ejja nħobbu lil xulxin. Nirrepeti: Inħobbkom ħafna u ejja nħobbu lil xulxin.

Biex tikteb kumment dwar l-artiklu, "L-eroj tal-klassi tal-ħaddiema", għafas hawn.

0 Comments:

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home