Iż-żejt ta' Lorenzo

Click here for the English version
Titlef l-elezzjoni tfisser ukoll titlef il-prinċipju. Il-prinċipju hawnhekk huwa wieħed: ejja nirbħu l-elezzjoni u l-istorja tieqaf hawn.
Il-Joseph nazzjonali qal li dak kollu li propona l-partit laburista fl-aħħar elezzjoni mhuwiex tajjeb għax il-poplu rrifjutah. Wara li ONE News qażżeż bullettini sħaħ imur l-Ingilterra jfaħħar ir-reception class, issa r-reception class mhux tajba għax il-poplu rriffjutaha. Il-problema tar-reception class ma kinitx ir-reception class imma kien il-messaġġier u s-segretarju tiegħu. Inneħħu r-reception class u nżommu lil Jason Micallef. Biex żgur ikollna iżjed bżonn ta’ reception classes.
Waqt li l-oppożizzjoni kienet rieqda, xi ħadd mar ifesfes f’widnejn Fredu u Jason biex inaqqsu s-surcharge bin-nofs u iżjed il-quddiem is-surcharge jitneħħa. Probabbli Fredu kellu ftit x’jagħmel u nesa jsaqsi kif se jsir dan u ċertament Jason kien se jsaqsih imma ftakar kemm hu bravu u jaf kollox u spiċċa ma staqsihx. Kapaċi Jason kien ikollu din it-tweġiba ta’ hawn taħt, u Fredu kien ikun jaf iwieġbu lil Peppi, il-ħabib ġdid ta’ Joseph li flimkien iddeċidew li jedukaw lill-poplu dwar kif iżżomm il-prinċipji.
Kif Lawrence Gonzi u l-ewropa qed jitnejjku bina dwar is-surcharge u l-prezz taż-żejt:
Fis-sena 2000 id-dollaru amerikan kien jiswa sa 1 euro u 4 euro cents. ($1 = €1.0393)
Jekk niftakru li fl-2000, barmil taż-żejt kien jiswa' 28 dollaru amerikan, jekk ma tikkunsidrax l-inflazzjoni, mela barmil wieħed kien isarraf f’ 29 euros 10 euro cent.
Sena 2008: id-dollaru amerikan illum jiswa 64 euro cents ($1 = €0.6437) . Illum, barmil taż-żejt jiswa 140 dollaru amerikan. Barmil wieħed għandu jiswa €90.12c.
2000 = 1:1.04 / 028/ barmil = 28.10 euros kull barmil
2008 = 1:0.64 / 140/ barmil = 90.12 euros kull barmil
Suppost illum iż-żejt għandu jiswa ftit iżjed minn 3 darbiet il-prezz ta' l-2000.
Il-kriżi taż-żejt mhix daqstant drammatika għal min ibigħ il-petrol u l-gvern jerda minn fuqna. Is-surcharge hija frodi morali oxxena li biha jitgħattew l-iżbalji ta’ l-Enemalta u tkun tista’ tagħmel il-profitti mid-demm ta’ l-iskjavi. Probabilment biex tattira l-investiment barrani għall-privatizazzjoni bħal ma’ Gonzi għamel b'kumpaniji strateġiċi oħrajn. Ikun jista’ jserraħ moħħu li għandu ferm inqas responsabiltajiet biex jigwardja u jipprova jerġa’ jirbaħ l-elezzjoni li jmiss.
Jekk id-dollaru jerġa' jiġi fuq saqajh se nerdgħuh iżjed. L-Amerika bl-iżvalutar tad-dollaru qed iġagħluna nħallsu d-dejn tagħhom.
Dan il-kapitaliżmu huwa frodi minn fuq sa isfel.
Meta l-ekonomija amerikana marret għal baħar suppost l-Ewropa kellha tnaqqis fil-prezzijiet taż-żejt. Apparti minn hekk l-amerika għandha d-dejn mal-Bank Ċentrali Ewropew, dak ta' l-ewro flusna, iċċirkola 400 biljuni ta' ewro biex id-dollaru jiġi sostenut. Karti fuq karti. Ivvintati mix-xejn. Għaliex l-Ewropa qegħda tħallas id-dejn Amerikan? Jista' xi ħadd jispjegali? Għaliex inħallsu d-dejn ta' min iħallas l-elezzjonijiet ta' l-Iraq u tal-Palestina?
Hemm ċans li d-dollaru qatt mhu se jqum. Biex iqum hemm bżonn li l-Amerikani jikkonsmaw 30% inqas ta' dak li jikkonsmaw illum. U din tkun katastrofi oħra għall-ekonomija dinjija.
L-iżjed soluzzjoni sempliċi hija gwerra. Dawn l-imbeċilli li jmexxu d-dinja fuq hekk biss jaħsbu.
Probabbli l-flus extra li l-gvern qed jieħu minn din l-istorja qed imorru f'pagi għal min fil-wiċċ ma jaħdimx għal sitt xhur u f'pensjonijiet parlamentari u għal xi single mother biex tkun tista' tgawdi l-jum il-missier ma' uliedhom.
M'inix qed inħossni rappreżentat. Nirrepeti: M'inix qed inħossni rappreżentat.
Biex tikteb kumment dwar l-artiklu, "Iż-żejt ta' Lorenzo", għafas hawn.


































3 Comments:
ifhem, nafu kif jimxu l affarijiet. min ghandu kontroll fuq il poter.
Saqsi lil Bush u ara xi gwadan ghamel fuq il gwerra fl Iraq.
imma heq ...
Fabrizio
average price of one barrel of oil in 2000 = $25 or €28
"average price of one barrel of oil in 2000 = $25 or €28"
Ghandek ragun inti. Ktibt Malti hazin.
Il-valuri li ktibt jiena huma immaginarji. Il-kalkoli pero' huma tajbin.
Ha naghmel re-wording. Grazzi ta' l-attenzjoni.
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home