Għandek aptit tipprotesta?

Click here for the English version
Fil-waqt li l-media Maltija nkwetata fuq Jeffrey Pullicino Orlando, fuq min se jilħaq flok Joe Saliba, kemm hi sabiħa d-dar il-ġdida tan-nazzjonalisti u min jaf kemm ħadu pjaċir il-personalitajiet importanti Maltin fil-cruise ta’ Xarabank; fl-Ewropa u f’partijiet oħra fid-dinja hemm l-ewwel protesti kontra l-għoli tal-petrol u d-diesel. Il-Maltin ukoll jidhru nkwitati ħafna. Fil-fatt kien hemm ħafna li dendlu l-bandiera ta’ l-Italja fil-bjut tagħhom bħala turija ta’ solidarjetà peress li huwa l-pajjiż li jimporta 38% żejt mill-Libja u l-Poplu Taljan se jerdgħu bil-kbir. Il-gvern Taljan diġà ħasiblu biex jekk ikun hemm xi ħadd li jagħmel rivolta isib is-suldati taħt id-dar tiegħu lesti għalih.
Fil-video ta’ hawn taħt jidhru problemi fl-Ingilterra, ġlied fil-pjazez u strajkijiet fl-iSpanja u fl-Indja u saħansitra fl-ajruport ta’ Lisbona li baqa’ mingħajr petrol u diesel.
Gonzi mhu nkwetat xejn. Lis-suldati tiegħu bagħthom kors ta’ malajr għall-partnership for peace. Gonzi moħħu mistrieħ mill-poplu Malti u jekk ikun hemm xi ħjiel ta’ problema jċempel lil sieħbu Pierre Portelli biex iħaffef u jagħmel edizzjoni oħra ta’ l-iSpjun mingħajr ma jaħraha ma’ l-Endemol għax inkella jkollu jgħolli l-liċenzji tat-television u jissogra li jkollu xi protesti fit-toroq. Peppi jidher li huwa wkoll sistemat kemm fil-PBS u kemm fil-ġurnaliżmu ta’ ONE TV. Mela jista' jkompli jserraħ rasu!
Meta poplu jitlef il-kuxjenza tad-drittijiet tiegħu, kull min jitla’ fil-poter huwa indifferenti. Il-poplu dejjem jibqa’ poplu skjav. Il-libertà ma titwilidx minn fuq, imma minn isfel.
Hemm korruzzjoni attiva li tikkonsisti li tivvjolenta d-drittijiet ta’ l-oħrajn. Hemm korruzzjoni passiva li tikkonsisti li dan jitħalla jsir.
Tista’ tiġġieled ma’ l-għadu barrani. Tista’ tiġġieled kontra tirann. Tista’ tiġġieled ma’ oligarkija vizzjuża. Imma ma tistax tiġġieled kontra poplu li tilef il-kuxjenza.
Għandu raġun Jeffrey Pullicino Orlando jiġi għala bieb id-darsa minn Gonzi u mill-etika fantażma tal-politika. L-etika mhux Orlando jrid isaħħaħha imma Gonzi billi jissogra jitlef is-siġġu ta’ taħt sormu bħala rispett lejn min tellgħu.
Bravu Jeffrey! Għandek is-solidarjetà tiegħi u ta’ l-indifferenza.
Il-video ta' hawn taħt hija protesta ta’ bdiewa Spanjoli ħabba l-prezz taż-żejt u għax ukoll allegatament u improbabilment kien hemm xi ħadd se jipprova jibni disco fuq xi art sensittiva b'mod illegali li nzerta membru parlamentari li ħalef li mhux se jirriżenja. Jekk dan ħalef ukoll fuq uliedu, mela hemm probabiltà kbira li jirriżenja.
Irrid nidħol mal-boy scouts. Nirrepeti: Irrid nidħol mal-boy scouts.
Biex tikteb kumment dwar l-artiklu tal-blog, "Għandek aptit tipprotesta?", għafas hawn.


































0 Comments:
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home