Storja ta’ libertà ta’ l-espressjoni – Atto Secondo

”Qatt offrewlek sess online?
Ic-chatting huwa kawża ta’ relazzjonijiet rovinati?
Nafu fuq liema web-sites uliedna qed jidħlu?
X’taħseb fuq web-sites soċjali li jlaqqgħu n-nies?”
- Xarabank – 11 ta’ April 2008
X’taħsbu biex tibdew tagħmlu xogħolkom ta’ ġurnalisti u taraw x’inhu tassew l-internet?
Xarabank jiftaħ web-site b’forma ta’ forum fl-2002. Jagħlqu ftit snin wara għax kien hemm ħafna nies li qed jitkellmu b’mod liberu. Dawn in-nies laħħqu ffurmaw komunità u ħbiberija. Xarabank tahom tliet ijiem biex idabbru rashom u jfittxu x’imkien ieħor. Dawn l-istess nies, wara ħafna dwejjaq tekniċi, kreaw forum ġdid għal rashom: x.com.mt .
Fl-2008, Xarabank jiddedika programm televiżiv dwar l-internet. Fl-2008, Xarabank jiftaħ forum ġdid. Forum bil-kulur iswed: luttu ta’ l-informazzjoni. Jew kif jgħid Peppi: il-kulur tal-faxxiżmu.
Xarabank juru li mill-internet għadhom ma fehmu assolutament xejn. L-internet huwa biss aċċelerazzjoni ta’ dak li fil-ħajja jiġri soċjalment. Fejn qabel kont iddum lejl iddur mal-Gżira biex tmur ma’ qaħba, bis-saħħa ta’ l-internet jirnexxielek tinnegozja f’ħames minuti. Fejn qabel il-koppja kienet tissepara wara ħames snin, illum tissepara wara ħames xhur. Fejn qabel it-tfal kien ikollhom lezzjonijiet sesswali kif jirnexxielhom ifallu ż-żwieġ tagħhom illum hemm il-web-site tal-partit laburista.
Tinvestiga chat bejn raġel sħun u tfajla ta’ 14-il sena qisek qiegħed tinvestiga l-prostituzzjoni f’Testaferrata.
L-internet evolva. Wieħed mill-ħames inventuri JCR Licklider huwa irrabbjat ħafna. Għax għalih l-internet tilef l-iskop. L-internet mhuwiex biex ticchattja u biex tara t-televiżjoni fuqu u biex tesprimi ruħek, spjega Licklider.
Imma din l-evoluzzjoni Tibetjana fil-ġurnaliżmu dinji ġagħlet tidgħi lil Licklider mhux ħażin. U Malta m’aħniex neqsin.
L-internet evolva ħieles. Il-ġurnalisti evolvew skjavi tal-kummerċ.
Waħda mill-liġijiet ta’ l-internet hija t-trasparenza. Ma tista’ taħbi xejn fl-internet u ma tistax tigdeb. L-internet se jkun it-tmiem tal-politiċi li jgħidu ħaġa u jagħmlu oħra.
L-informazzjoni hija bbażata fuq il-fiduċja. Min m’għandux fama tajba bħal ċerti ġurnalisti jista’ jgħid li jrid: mhux se jiġi emmnut. Jista’ jikteb li jrid u jgħid li jrid. Jista’ juża gazzetti, televisions imma mhux se jiġi emmnut.
Jista’ jkun prim ministru u jiftaħ blog mal-mara tiegħu u ma jħallux lin-nies jgħaddu l-kummenti tagħhhom, jista’ jkun qassis li jiftaħ blog taħt gazzetta indipendentement nazzjonalista, tista’ tkun kolumnista: inutli.
L-internet mhumiex il-gazzetti u l-cameras tat-television li jagħtu kredibilità u fama lil min ma jixraqlux għall-iskopijiet ekonomiċi tagħhom. In-nies ta’ l-internet: m’humiex tan-nejk.
Dak li jiġi diskuss attwalment fuq Xarabank ikun ilu li ġie diskuss u arkivjat fuq l-internet ġimgħa qabel. Bil-programmi li jinħlew fuq sess, min hu l-giddieb?, euro quizzes, u kemm tqaxxar il-paċċu Britney Spears, id-diskussjonijiet serji saru jsiru fuq l-internet biss.
Bil-fetħa tal-forum il-ġdid, Xarabank għandhom jieħdu eżempju mill-knisja u minn nazzjonalisti f’kull kampanja elettorali: u jitolbu apoloġija.
Fil-programm, se jkun hemm ukoll l-ispettur tas-Cyber Crime Unit. Dak il-unit li malli tgħid xi ħaġa fuq l-internet li ma ddoqqx fil-widnejn u fl-għajnejn, jarrestalek il-computer għal iżjed minn sena sas-sentenza.
Inħeġġeġ in-nies jaraw il-programm ta’ Xarabank li se jbeżża’ lin-nies mill-internet. L-aħħar darba li beżżgħu n-nies kien fuq Paceville, u smajt li n-negozju żdied mhux ħażin.
Kieku Xarabank u l-ġurnalisti jagħmlu xogħolhom: il-blog tiegħi ma jeżistix.
Lili ġieli offrewli sess online. Gidba jew le? Tkunu tafu fuq Xarabank ta’ l-iskeda li jmiss.
mill-arkivji:
Storja ta’ libertà ta’ l-espressjoni – Atto Primo
Il-Blogosfera Maltija
Biex tikteb kumment dwar l-artiklu, "Storja ta’ libertà ta’ l-espressjoni – Atto Secondo", għafas hawn.


































7 Comments:
"Waħda mill-liġijiet ta’ l-internet hija t-trasparenza. Ma tista’ taħbi xejn fl-internet u ma tistax tigdeb. L-internet se jkun it-tmiem tal-politiċi li jgħidu ħaġa u jagħmlu oħra."
Hawn ma naqbilx tant, Sand. Fuq l-internet hemm liberta assoluta ta' espressjoni, għaldaqstant fuq l-internet se ssib kollox: gideb, ħmerijiet, nofs veritajiet (li probabbli huma agħar minn gidba), U l-verita.
Hi Jean,
kont qed nirreferi ghall-gurnalisti u politici li diga' narawhom on TV.
Li huma ma jistghux jaghmlu hekk.
Grazzi tal-kumment tieghek.
Hmerijiet kemm trid tisma minn certu gurnalisti fuq l-internet, Sandy.
Jista’ jkun prim ministru u jiftaħ blog mal-mara tiegħu u ma jħallux lin-nies jgħaddu l-kummenti tagħhhom, jista’ jkun qassis li jiftaħ blog taħt gazzetta indipendentement nazzjonalista, tista’ tkun kolumnista: inutli.
Totally agree Sandro. To be honest I found it weird that their blogs don't accept comments. One of the main aims of a good blog is in my opinion interaction.
Of course I must add, that not all good blogs have lots of interaction. Some people prefer to read but not comment which is totally fine. But when you as the blogger are not interested in interaction by not allowing comments...I don't think that's a blog :)
Just read your message Sandro, this is to wish you many many more years of blogging :)
圣诞树 小本创业
小投资
条码打印机 证卡打印机
证卡打印机 证卡机
标签打印机 吊牌打印机
探究实验室 小学科学探究实验室
探究实验 数字探究实验室
数字化实验室 投影仪
投影机 北京搬家
北京搬家公司 搬家
搬家公司 北京搬家
北京搬家公司 月嫂
月嫂 月嫂
育儿嫂 育儿嫂
育儿嫂 月嫂
育婴师 育儿嫂
婚纱 礼服
婚纱摄影 儿童摄影
圣诞树 胶带
牛皮纸胶带 封箱胶带
高温胶带 铝箔胶带
泡棉胶带 警示胶带
耐高温胶带 特价机票查询
机票 订机票
国内机票 国际机票
电子机票 折扣机票
打折机票 电子机票
特价机票 特价国际机票
留学生机票 机票预订
机票预定 国际机票预订
国际机票预定 国内机票预定
国内机票预订 北京特价机票
北京机票 机票查询
北京打折机票 国际机票查询
机票价格查询 国内机票查询
留学生机票查询 国际机票查询
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home