contact: info@sandrovella.org

Sunday, 23 March 2008

Il-linja tad-dell

Joseph Conrad, kittieb Pollak, ħalla ħafna opri letterarji warajh. Waħda minnhom kien jisimha: The Shadow Line li kienet tirrakkonta il-mixja diffiċli għall-età adulta tal-protagonista, li sab ruħu jikkmanda bastiment f’atmosfera diffiċli ħafna; il-ħruġ mill-emerġenza wara ħafna tibdiliet titqabbel mal-mixja bejn il-linja tad-dell li tissepara ż-żgħożija mill-maturità.

F’dawn iż-żmenijiet għaddejin mal-linja analoga ta’ dell kemm personali u kemm sistematiku li se ttemm l-adoloxxenza mingħajr tmiem li tikkaratterizza l-imġieba tagħna soċjali.

Ma nistgħux nibqgħu nikbru iżjed bħala soċjetà mingħajr ma jimpurtana mill-futur biex inkomplu nevolvu u nimxu l-quddiem.

Din l-evoluzzjoni tbeżża’ lill-politiċi u lill-maġġoranza tal-poplu. Jekk il-mixja tal-linja tad-dell hija xi ħaġa normali fil-ħajja tal-persuni ndividwali għandha tkun hekk ukoll fil-ħajja tas-soċjetà magħmula appunti mill-persuni.

Il-punt tal-problema hija fl-għażż ta’ l-ammissjoni li żmien in-nejk u żmien il-mass meetings u l-hornijiet spiċċa u jibda dak tar-responsabbiltà lejna nfusna, lejn is-soċjetà, lejn il-biosfera, lejn kollox. Wara li ħlejna il-wirt kollu tal-pjaneta issa jmiss li nxammru l-kmiem u nibdew naħdmu bis-serjetà.

Naħdmu bis-serjetà tfisser ukoll li l-parlament elett imħallas mill-poplu jingħaqad u jibda jagħmel xi ħaġa. Almenu għalissa jibdew jiltaqgħu u jparlaw fuq Magic Radio fuq iċ-ċuċati imma almenu jkunu qed jagħmlu xi ħaġa.

Il-gvern Malti ma jaħsibix bħali f’dan ir-rigward. L-oppożizzjoni, dik imħallsa mill-poplu, tibda taħseb bħali meta n-nies jibdew jaħsbu bħali. Il-gvern Malti għadu bl-istess sistema ta’ trasport pubbliku u bl-intenzjoni li jibqa’ jibgħat il-kontijiet tad-dawl b’rati għoljin.

Dana kollu biex inżommu ma’ l-ekonomija dinjija u nassiguraw li din l-ekonomija tibqa’ tissaħħaħ kif tridna l-Arabja Sawdita li hija l-ikbar esportatur taż-żejt fid-dinja.

Jiena kont naħseb li l-ekonomija dinjija hija magħmula minn nies. In-nies mhux ilaħħqu mal-ħajja. Din x’ekonomija hi?

Din il-bidla tal-linja tad-dell qegħda tiġi ostakolata mill-politiċi li jriduna nibqgħu fi stat ta’ żgħożija. Dnub li ma nistgħux nieħdu pjaċir magħhom f’din il-fażi adoloxxenzjali.

Misshom jibdew isifruna magħhom u jtellgħuna fil-karozzi l-bluni.

Is-sogru tal-ġenjalità u tal-kurżita biss jistgħu jwassluna għall-evoluzzjoni.

Biex tikteb kumment dwar l-artiklu, "Il-linja tad-dell", għafas hawn.

0 Comments:

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home