Addolarata Mediterranja
Il-passat tagħna huwa mpoġġi għad-diskussjoni. Il-piramidi m’għadhomx Eġizzjani imma mill-aljeni, l-evoluzzjoni saret kreazzjoni, li dan jikkonferma li d-dinja ġiet maħluqa 6,000 sena ilu. Jum il-milied m’għadhiex id-data storika tat-twelid ta’ Kristu, imma l-festa dedikata lil Alla tax-Xemx. It-temp qed jiġġennen u l-bniedem ukoll. Il-partnership for peace kienet diżattivata u issa ġiet attivata.
Dan il-pajjiż hija sensiela televiżiva mifqugħa bir-riklami fejn il-profitt jeħduh il-produtturi u mhux l-atturi.
Il-partnership for peace ma kinitx imniżżla fil-manifest elettorali tal-partit nazzjonalista. Il-wegħda li malli Malta tidħol fl-unjoni ewropea minn Fenech Adami u minn ġurnalisti newtrali, kienet li ż-żgħażagħ Maltin se jkunu jistgħu jaħdmu madwar l-ewropa. L-ewropa saħħet din il-wegħda u kompliet testendi. Iż-żgħażagħ tagħna se jkunu jistgħu wkoll jaħdmu fl-Iran u fl-Afghanistan u jekk joqogħdu bil-għaqal jistgħu jmorru sar-Russja jixtru ftit gass bl-irħis.
Malta ma daħletx id-divorzju imma daħlet il-partnership for peace. Il-kleru li ħeġġeġ lill-insara joħorġu jivvutaw, mhux qegħda tlissen kelma. Titkellem kontra l-abort probabilment biex is-suldati jmutu fil-gwerra flok fil-ġuf.
Il-proġett tal-partnership for peace huwa tan- NATO, North Atlantic Treaty Organisation. Ġiet maħluqa fl-1949 għad-difiża kontra attakk sovjetiku fl-Ewropa. B’hekk kellha tieqaf teżisti fl-1991 meta l-unjoni sovjetika u l-patt ta’ Varasavia ma baqgħux jeżistu u n-NATO ġiet mistiedna biex tagħmel l-istess.
In-NATO saret ukoll biex tippromwovi l-awtorità amerikana biex iwaqqfu n-nazzjonijiet ewropej milli jkollhom politika barranija indipendenti. Fl-2004 l-ambaxxatur USA għan-NATO, Nicholas Burns qal: “L-ewropej m’għandhomx jikkreaw Ewropa magħquda b’kompetizzjoni u piż għall-Amerika.”
F’dawn l-aħħar snin il-membri kollha tal-partnership for peace intbgħatu l-Iraq jew fl-Afghanistan jew fl-ex-Yugoslavia biex ibiddlu l-okkupazzjoni ta’ l-amerikani. L-Iżrael kellha wkoll laqgħat man-NATO biex jipproteġu pajjiżhom. L-Indja wkoll qegħda titħajjar mhux ħażin.
Il-lista tkompli tiela’ bil-mod il-mod u l-alleanza tikber b’konferenzi internazzjonali taħt l-ismijiet “Inizjattiva ta’ Koperazzjoni ta’ Istanbul” u “Djalogu Mediterranju”: Alġerija, Eġittu, Iżrael, Ġordan, Mauritania, Marokk, Tuneż u Malta.
B’din l-allenza il-gvern Malti qiegħed jaħseb li se jkollu appoġġ ekonomiku. Ekonomija bi tpartit tal-ħajja umana.
Il-vot tat-8 ta’ Marzu 2008 ġie estiż ukoll għall-forza militari ma’ dawk tal-bankiera, gruppi farmaċewtiċi u kuntratturi.
Għaddejin programmi ġurnalistiċi fuq il-kmamar tan-nar imma fuq il-gwerra ma hemmx diskussjoni.
Jiena nisimpatizza ma’ Jeffrey Pullicino Orlando li ried jeqred il-Mistra. Il-kap tiegħu qed jagħmel alleanzi ma’ min qered u jrid ikompli jeqred id-dinja.
mill-arkivji:
Erodi Gonzi
Biex tikteb kumment dwar l-artiklu, "Addolarata Mediterranja", għafas hawn.


































0 Comments:
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home