L-Amerika moderna taħt it-tinda
Kieku ma kienx Gonzi għal Maltin: kienu jispiċċaw jgħixu taħt it-tinda.
Mara Amerikana li kienet tgħix f'appartament bit-tliet kmamar u żewġ kmamar tal-banju, issa qegħda tgħix taħt it-tinda. Ir-raġuni: ma tistax tħallas iżjed id-dejn tad-dar.
Il-post huwa fil-California, mhux fit-tielet dinja. Minn Ġunju 2007, imbnew tined maġenb il-ferrovija li tistieden mijiet ta' nies. Kull jum jiġu ġodda. Mhumiex immigranti, klandestini jew kriminali: imma familji Amerikani li għexu onestament il-paga umli tagħhom. Tilfu d-dar minn ħabba l-kriżi tad-dejn u issa saru vagabondi taħt it-tined.
Għafas play biex tara d-dokumentarju tal-BBC :
( 1 minuta u 30 sekonda )
Għafas play biex tara dokumentarju prodott minn nies tat-tinda :
( 4 minuti u 17 -il sekonda )
L-għażliet globali kienu żbaljati u se jixħtu lil kulħadd fl-inkwiet. Tivvota lil Gonzi bil-qagħda ta' Padre Pio jew tivvota lil Padre Pio nnifsu ma tantx tagħmel differenza.
Il-politika ma tistax issolvi l-problemi. L-iżjed jekk fit-tmexxija tal-politika ma hemmx politiċi.
L-Amerika żrat il-qerda u issa qegħda tieħu l-frott. Ix-xorti ħażina tmur fuq il-ħaddiem iż-żgħir, li probabbli bil-loppju u bi ftit egoiżmu vvota l-amministrazzjoni attwali.
Kien jiswa inqas tħallas iż-żejt lill-Iraq milli tmantni 200 elf suldat fl-Iraq. L-ekonomisti se jagħmlu xi kalkoli u se jindunaw li kien jaqbillhom iħallsu.
Id-dollaru sar bħal Willy Coyote tal-cartoons. Kull darba li kien jiġri wara l-għadu storiku tiegħu: Beep-Beep, jiltaqa' ma' preċipizju u jibqa' jiġri fl-arja sakemm jinduna li taħt saqajh m'għandu xejn u jibqa' nieżel u jitgħaffeġ fl-art. Huma s-snin li d-dollaru qiegħed jiġri fuq il-vojt. Ħadd għadu ma jaf meta se jitgħaffeġ. L-istruttura tal-bilanċi fl-Amerika mhumiex sostenibbli sakemm ma jiġux iddefenduti bi gwerer kontinwi.
Quddiem din il-problema, Gonzi moħħok mistrieħ bgħatt ittra lill-bankiera Amerikani.
"Għeżież bankiera, għeżież kollegi,
Fil-waqt li għandkom il-monopolju tal-kreditu u stajtu tistampaw il-flus waħidkom, xorta kontu dgħajfin li tfallu!
Peress li l-pajjiż tiegħi huwa moħħu mistrieħ u miexi fuq ir-rubini nixtieq nibgħatlek din is-somma ta' flus li l-poplu Malti u Għawdxi ġabarlek biex ikollok kapital għall-bank. Minn flok aħna l-anqas biss irridu s-shares tagħkom għax aħna sinjuri kbar u l-karta tal-ħara hija abbundanti.
Dejjem tagħkom,
Flimkien Kollox Possibli
Prim Ministru ad eternum
Demokrazija ta' Malta"
Biex tikteb kumment dwar l-artiklu, "L-Amerika moderna taħt it-tinda", għafas hawn.


































0 Comments:
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home