contact: info@sandrovella.org

Friday, 21 March 2008

Kwo Vadis?

Ġesù huwa Alla. Bħala Alla seta' jara l-futur. L-Anġlu Gabrijel li ltaqa' ma' ommu qabel ma' twieled, iddeċieda li jmur jarah ftit biex javżah x'se jiġri fil-futur il-bogħod.

Kollox aċċetta Ġesù. Aċċetta lil Bush. Lil Saddam. Lil Bin Laden. Lil Lee Harvey Oswald. Lil Żeppi l-Ħafi jerfa' lil Eddie Fenech Adami. Li ġismu jsir kartapesta. Imma wara li l-Anġlu għaddielu l-fuljett tal-Malta Diocese li qassmu fil-knejjes qabel l-elezzjoni ġenerali bil-kliem: "Bħala Nisrani: Irrifletti u Ivvota," iddeċieda li jħallina waħidna ngħumu f'dan il-baħar ċar u nadif.

L-Anġlu Gabrijel prova jikkonvinċi lill-Messija li dak seta' kien missprint, peress li kienet se tkun moda sew dak iż-żmien imma Hu ma riedx jaf: ried idabbar rasu. U hekk kien, u hekk ikun.

Mar fl-ort tal-Ġetsemani, ġnien mill-isbaħ. Ġie Anġlu ieħor u minħabba li ma kienx hemm il-whistleblower act, dan id-diskors ma setax jiġi identifikat. Imma skond il-vanġelu ta' xi ħadd, id-diskors kien li Ġesù lest li jċedi l-art tal-Ġetsemani għall-diskoteka bl-isem ta' Jazzemani, basta ma joħroġx dak il-fuljett f'ismu. L-Anġlu irrifjuta għax kellu talba mill-futur minn għand Sant biex jirbaħ l-elezzjoni. Ġesù wieġbu li kollox jirnexxielu jagħmel: iżid il-kilogrammi tal-ħut, ifejjaq il-morda, imexxi z-zopp, il-prostituti jġibhom jużawh għall-bewl biss imma qatt ma seta' jkun li Sant jirbaħ l-elezzjoni ġenerali 2008.

L-Anġlu ma setax jaċċetta. Dak il-fuljett kellu bżonn joħroġ. Għax minn naħa l-oħra kellu talba oħra mill-futur minn naħa tar-raġel ta' Daphne.

L-Anġlu ried iżomm il-bilanċ u ried ikun ġust. Is-Salvatur qatt ma ried li jkollu x'jaqsam mal-voti lejn il-kuntratturi, gruppi farmaċewtiċi u bankiera. Ipprefera jmut. U hekk għamel.

It-teoloġi m'għandhomx ħafna f'hiex jitfixklu biex ifissru: "Eli, Eli għaliex abbandunajtni?!"

Tliet ijiem wara San Pietru mar iqajjmu. Ġesù qallu li għalxejn mar iqajjmu għax ma jistax jifforma l-mejda ta' l-appostli mill-bidu peress li hu kien ċaħdu tliet darbiet. Għalxejn Pietru prova jfehmu li n-nies xorta jriduh jibqa' fil-mejda, l-Għalliem ma riedux 'l hemm u qallu li Ġuda kien nies għax almenu ammetta u rriżenja.

Pietru qallu li Ġuda ma rriżenjax imma sempliċiment ma ġiex elett. B'hekk il-Messija ddeċieda li jagħmel lil Ġuda president tal-mejda wara li missieru putattiv Ġużeppi jispiċċalu ż-żmien tiegħu.

Ftit wara ltaqa' ma' San Tumas. San Tumas ma riedx jemmen li għal darb'oħra il-Bin il-Bniedem reġa' rebaħ u din id-darba fuq il-mewt. Ġesù qal li żewġ persuni biss setgħu jagħmlu dan: Hu u Richard Cachia Caruana.

Wara ftit jiltaqa' ma' Ommu u tgħidlu li kienet mgħaġġla għax inzertat kellha appuntament ma' Anġelik u saqsietu jekk kienx fadallu xi ostji fil-but biex ikun tista' ttihomlu meta jkollu jdejh magħluqa.

Ftit ħin wara ir-Re tar-Rejiet laqqa' lill-kumitat appostoliku u qallhom li ma kellux x'joqgħod jagħmel hemm iżjed. It-tagħlim tiegħu laħaq it-tmiem tiegħu la jidher li mhux se jkun hemm klassijiet tar-ripetizzjoni, b'hekk iddeċieda li jmur lura għand il-Missier naturali u jipprova jieħu permess mill-knisja biex ifittex fl-arkivji u jara min Hu.

Wara diversi snin, il-knisja tatu l-permess u bil-ferħ tela' s-sema u ltaqa' ma' Missieru. Missieru għamilielu ċara li kull ħames snin irid imur lura lejn pajjiżu u jwettaq id-dmir tiegħu ta' nisrani.

It-Tieni Misteru tat-Trinità sabbat saqajh u ma riedx imur jivvota, għax skond hu, dak li hu ta' Ċesare huwa ta' Ċesare. B'hekk Missieru keċċih mid-dar u reġa' daħħal lil Adam, probabilment iben il-ħali, u is-Salvatur spiċċa barra mitluf u mill-Messija ħa l-fama ta' Immigrant Illegali.

Biex tikteb kumment dwar l-artiklu, "Kwo Vadis?", għafas hawn.

5 Comments:

Anonymous Hi Ristu said...

Eli, Eli,
la ma sabaktani?

Ma sabaktekx, ebni,
telefi t-tajjarun.

05 April 2008 01:12  
Anonymous Niggiezu said...

Dittatorjat mohbi blis-skuza tad-demokrazija u l-elezjonijiet.

Din hija realta li kwazi tahkem il-parti maggura tad-dinja fejn il-poplu (li minalih ha jkun ahjar wara l-elezjoni)
jazel min ha jigbdu min imniehru ghal-hames snin ohra. Izda, dan jispikka fil-pajjiz li ghandu forza distruttiva ta injoranza u intolleranza kbira, Malta. Fejn partitarji homor u blu joffendu, jajru u juru is-suba lil xulxin ghax il-buznannu taghhom ivvota Labour jew PN. Malta manniex problema ta “Football Hooligans” imam dik ta “Political Hooligans”. Qisna f’battalja li ma tisppicca qatt fejn irreklutak il-buznannu u int ghandek id-dmir li toffendi u tajjer lil min ma jaqbilx mal “opinjoni politika tieghek”.

Ghaliex ejja nkunu onesti, mil-partitarji kolla tal-mlp u il-pn, kemm minnom jafu xinu ix-xellug u il-lemin? Kemm minnom jafu xinu is-socjalizmu u id-demo-kristjani?

Ghaliex Malta ma tirrelizzax li hija skjava tal-irjus kbar? Li mux vera Malta huwa pajjiz liberu? Li ic-cittadin Malti huwa skjav u mux mexxej tieghu innifsu?

Malta pajjiz zighr li ghandu bzonn bidla enormi, bidla (mux dik li propona l-labour) li tati lic-cittadin Malti dak il muftieh li jehilsek min katina ta skavitu, min mexxejja politici li jahsbu fil-but, li jifthulek toroqd fejn int tiddecidi kif ha taqla u tonfoq flusek? Fejn jekk trid taghmel xi haga tamila mux tkun opressat min kocc burokrazija u ligijiet inutli. Iftah ghajnejk poplu Malti! Tkunxskjav tal-politikanti Maltin, izda skjav tieghek innifsek!

Niggiezu.

05 April 2008 01:15  
Blogger La delirante said...

Wow Sandro, I loved this post!! I think you have a very good "dominio del lenguaje" and your "figuras literarias like the metáforas" are wonderful! I loved this: "Imma skond il-vanġelu ta' xi ħadd, id-diskors kien li Ġesù lest li jċedi l-art tal-Ġetsemani għall-diskoteka bl-isem ta' Jazzemani, basta ma joħroġx dak il-fuljett f'ismu. L-Anġlu irrifjuta għax kellu talba mill-futur minn għand Sant biex jirbaħ l-elezzjoni" :) I was following the JPO case very closely :) I am sorry I wrote those words in Spanish but when I "think" in Maltese I start thinking in Spanish because there are many similiarities between the two languages.

Have a nice weekend,

05 April 2008 10:13  
Blogger 版主支持你 said...

圣诞树 小本创业
小投资
条码打印机 证卡打印机
证卡打印机 证卡机
标签打印机 吊牌打印机
探究实验室 小学科学探究实验室
探究实验 数字探究实验室
数字化实验室 投影仪
投影机 北京搬家
北京搬家公司 搬家
搬家公司 北京搬家
北京搬家公司 月嫂
月嫂 月嫂
育儿嫂 育儿嫂
育儿嫂 月嫂
育婴师 育儿嫂
婚纱 礼服

婚纱摄影 儿童摄影
圣诞树 胶带
牛皮纸胶带 封箱胶带
高温胶带 铝箔胶带
泡棉胶带 警示胶带
耐高温胶带 特价机票查询
机票 订机票
国内机票 国际机票
电子机票 折扣机票
打折机票 电子机票
特价机票 特价国际机票
留学生机票 机票预订
机票预定 国际机票预订
国际机票预定 国内机票预定
国内机票预订 北京特价机票
北京机票 机票查询
北京打折机票 国际机票查询
机票价格查询 国内机票查询
留学生机票查询 国际机票查询

27 May 2008 17:09  
Blogger damian said...

不動産投資 システム開発 SEO対策 広島 不動産 札幌 不動産 仙台 不動産 大阪 不動産 横浜 不動産 名古屋 不動産 福岡 不動産 京都 不動産 埼玉 不動産 千葉 不動産 静岡 不動産 神戸 不動産 浜松 不動産 堺市 不動産 川崎市 不動産 相模原市 不動産 姫路 不動産 岡山 不動産 明石 不動産 鹿児島 不動産 北九州市 不動産 熊本 不動産 収益物件 webシステム開発 賃貸 東京 賃貸 広島 賃貸 広島 賃貸

16 June 2008 06:52  

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home