It-tieni jum / 33

Apparti l-intelliġenza u l-inkorruttibilità, jiena u Jacques René Zammit għandna xi ħaġa oħra komuni ħafna: avventuri ta’ ċensura.
Lawrence Gonzi mal-blog tiegħu, fetaħ ukoll forum. Għamilt kuraġġ u rreġistrajt fil-forum ta’ Gonzi. Malli rreġistrajt: il-Linux talabni nħallas is-servizzi tiegħu.
Gonzi għamel riklam fil-web-site tiegħu li fil-5 ta’ Frar fit-8.30p.m. kellu jidħol jikkomunika man-nies. Wasal fid-9.10p.m. u sab traffiku ta’ nies tant li weħlet is-sit. Hekk jiġrilu min jagħmel kollox tard: isib it-traffiku.
Komplejt nagħmel kuraġġ u ktibt fil-forum ta’ Gonzi dwar it-trattat ta’ Lisbona. Saqsejt lill-impjegat tagħna Lawrence Gonzi, li bħalissa jinsab fuq paid leave, jekk kienx konxju u xi jwieġeb għall-klawsoli ffirmati minnu fit-trattat ewropew:
"L-iStati membri għandhom jimpenjaw ruħhom biex jagħmlu progressi fil-kapaċitajiet militari tagħhom."
(artiklu 27 - 3 tat-trattat il-ġdid)
"Dawn il-missjonijiet jridu jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra t-terroriżmu, inkluż l-appoġġ mogħti lil-terzi pajjiżi biex jiġi miġġieled it-terroriżmu fit-territorju tagħhom."
(artiklu 28 tat-trattat il-ġdid)
( informazzjoni: Politika ta' Sigurtà u Difiża – Trattat ta’ Lisbona. )
Il-Gonzi li fetaħ idejh, fetaħ blog, fetaħ forum, fetaħ blog lill-mara tiegħu: ddeċieda li ma jippubblikax il-mistoqsija tiegħi. Nemmen li għamel hekk għax bħali, il-Gonzi ma jifhimx fis-suġġetti li jitkellem fuqhom. Però jibrilla ħafna fuq suġġetti bħal billboards, toroq ġodda u partikolarment fuq Fredu.
Minn naħa l-oħra tal-kamra, it-TeleTubi ta’ ONE TV stidnuni fuq il-programm tagħhom.
Il-pupi għoġobhom jistdinuni wara li qraw dan il-blog u deheru nteressati. Jiena aċċettajt mal-ewwel biex jekk naqa’ għan-nejk, ikolli skuża tajba.
M’għamilt xejn partikolari: satira fuq żewġ personalitajiet li mingħalihom li laħħqu l-alla u kantajt il-kanzunetta ta’ Francis live. Il-pupi ħeġġewni biex ma naqbadx it-triq tal-kant u jiena għedtilhom li tħajjart inkanta meta Faniello ddeċieda li jibda jirreċta.
Staqsewni liema huwa l-bniedem li skond jiena moħħu biex jagħlaq ħalq in-nies. Kienet mistoqsija magħmula apposta biex ngħid Peppi Azzopardi u jiena kkuntentajt lill-pupi għax huma simpatiċi ħafna.
Meta staqsewni r-raġuni li ftaħt il-blog jiena weġibt li kont tlift it-tama f’Peppi Azzopardi imma l-ġurnalisti ta’ ONE TV tawni kuraġġ li nemmen fil-ġurnaliżmu Malti. Malli rajt lil Miriam Dalli, kap ta’ kamra ta’ l-aħbarijiet, tagħmel ir-riklami fuq il-billboards: iddeċidejt li niftaħ blog.
Jekk, per eżempju, il-prodott li ġurnalist jirreklama jirriżulta li jqabbdek il-cancer jew sempliċiment il-ħakk f’idejk, din l-aħbar ma tista’ toħroġ qatt.
Saqsewni l-opinjoni tiegħi dwar il-partit laburista u jiena weġibt li l-partit laburista huwa mejjet.
Kxift ukoll l-għaliex kantanta partikolari ma daħlitx fis-semi-finali tal-festival tal-kanzunetta Maltija għall-ewropa.
Il-pupi kienu tassew liberali u ħallewni ngħid li rrid. L-unika mument fejn il-pupi waqfuni, kien il-mument fejn kont se nsemmi l-isponsor ewlieni tagħhom.
Malli ħriġt mill-istudios ta’ l-aqwa stazzjon ta’ Malta kkomparat ma’ Becky, jiena emmint li dik l-intervista se toħroġ.
Kont bdejt nemmen li x’imkien, f’xi post, f’xi rokna, hemm lok ta’ libertà ta’ l-espressjoni.
Malli soqt ftit il-bogħod minn ONE TV, blajt ħofra maġenb iċ-ċimiterju tat-Torok, u ftakart li jiena ninsab Malta.
L-intervista kultura, evoluta, spiritwali mhux se tidher. Xtaqt kopja tagħha biex nuriha lil uliedi meta jikbru u jiftaħru kemm kellhom missierhom intelliġenti qabel ma ħalla d-dinja b’xi tbaqbiqa.
Però dan il-wirt se jiġi miċħud lill-uliedi għax l-intervista ġiet IMĦASSRA.
Jekk ONE TV huwa l-aqwa stazzjon ta’ Malta, għandu raġun l-istazzjon nazzjonali jinsab fl-istat li qiegħed.
Fil-programm TeleTubi ġew mistiedna bosta esponenti nazzjonalisti li qalu tagħhom. U dawn, ġustament u inkredibilment, qatt ma ġew iċċensurati.
Jiena fil-programm semmejt 3 darbiet lill-partit laburista b’mod li jidher li kien sarkastiku xejn ta’ barra mid-dinja u xi 20 darba lill-partit nazzjonalista b’mod li jidher li kien sarkażmu serju u reali.
L-intervista ta’ ONE TV ġiet imħassra għax kienet kontra n-nazzjonalisti.
Intervista mħassra: L-anqas tal-Where’s Everybody? ma wasslu s’hawn! Dawk sa iqaċċtu u jimmanipolaw il-kliem. Imma qatt ma ħassru l-kurdiċella kompletament.
Biex tikteb kumment dwar l-artiklu, "It-tieni jum /33", għafas hawn.


































1 Comments:
Dear Sandro,
First thing I would like to congratulate you for this wonderful, funny and inspirational blog that you have made. However, I’m also writing this comment just to make a point about this "It-tieni jum / 33" blogger that you’ve just posted. Well, I know that everybody can make mistakes but if everybody looks around him/her they can see the results that have been done. Nevertheless, I was just “Surprised” on how they treated you when you went over to do that interview. As interesting and funny as it sounds, I would have loved to see it but since they took it off the air nobody is able to see it. I bet you said more than you mentioned the blog.
Anyway, take care and I hope that you will have more interesting blogs like these.
Sincerely yours,
Nitedevil
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home