Plastik fil-prostata u fis-sider

Bisphenol A hija sustanza użata ħafna għall-fliexken tal-plastik.
Mill-1936, kien diġà magħruf dan il-fatt li l-plastik jikkontamina l-ikel u x-xorb li jkollhom kuntatt miegħu u kien hemm suspetti li dawn jikkonfondu l-ormoni sesswali tal-bniedem.
Studju li sar skopra li hemm kollegament bejn il-plastik u l-kankru fil-prostata. Partikolarment, fin-nisa tqal li għalkemm il-Bisphenol ikun ta’ kwantità żgħira xorta jkunu kostanti u perikoluż għalihom: jikkonfondu b’mod kruċjali, b' mod li ma jidhirx, l-iżvilupp tat-trabi.
Is-sustanza tipprovoka konfużjonijiet mikroskopiċi fil-prostata tal-fetu waqt l-għixien tieghu, li ma jiġux jidhru fit-twelid.
L-effetti jibdew jinħassu maż-żmien, mat-terza età. Effetti li jinferxu fil-prostata u jikkawżaw il-kankru.
Il-konfużjoni tista’ tikkawża wkoll diżordni fil-kanal tal-bewl.
Din hija t-tieni kawża ta’ kankru għall-irġel wara l-kankru tal-pulmun.
L-iżjed pajjiżi żviluppati, għax żviluppati, għandhom rata għolja ta’ Bisphenol.
Fl-Ingilterra żviluppata, il-każijiet ta’ kankru fil-prostata huma ta’ 27 elf fis-sena.
Għalkemm dan il-kankru huwa famuż ma’ l-irġiel, jidher li n-nisa mhux se jeħilsuha ħafif.
Malta, iżda, il-kankru jinsab fl-informazzjoni.
Miljuni ta’ liri investiti fi sptar ġdid.
Miljuni ta’ liri investiti f’inċeneratur ġdid malli ċċaqlaq l-isptar biex jiġi evitat il-kankru. L-unika ħaġa tajba hi li t-Taljani ħallsu maġġoranza tiegħu.
Miljuni ta’ liri investiti fl-edukazzjoni.
Miljuni ta’ liri fuq investiment fantażma tal-breast screening nazzjonali.
Eluf ta’ liri fil-mediċini.
Eluf ta’ liri fi propaganda ta’ tobba fuq il-billboards.
Eluf ta’ liri fuq il-ftehim il-ġdid storiku bejn il-Gonz u t-tobba biex ma jaħarbux barra.
Eluf ta’ liri fuq programmi ġurnalistiċi fuq l-istazzjon nazzjonali.
Riżultat ta’ dan kollu?
Ħadd ma jitkellem. Ħadd ma jiddibatti. Ħadd ma jagħmel riċerka. Ħadd ma jsaqsi.
Għandi suspett li l-flus li qegħdin imorru fir-riċerka tal-kankru, huma bħal dawk li minn żmien il-bużnanna kienet tiġbor għall-Etjopja: għaż-żobb.
Araw fejn marru flus ir-riċerka kontra l-kankru: Propaganda tal-Plastik (2007)
Dan kollu biex Pullicino jagħmel forza fuq id-dieta u jnaqqas il-luminati.
Biex tikteb kumment dwar l-artiklu, “Plastik fil-prostata u fis-sider": għafas hawn.


































0 Comments:
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home