O Pullo Mio!

L-epifanija ta’ George Pullicino: Napli tegħreq fl-iskart.
Malta u Napli għandhom żewġ affarijiet komuni. Ix-xemx u l-korruzzjoni.
Din id-darba dan il-blog jaqbel ma’ l-impjegat tagħna Pullicino. Mingħajr l-installazzjoni ta’ l-engineering landfills u ta’ l-inċeneratur, Malta kienet tispiċċa eżattament bħal Napli.
L-għażla ta’ Pullicino kienet: jew immutu bil-kankru biż-żibel barra jew immutu bil-kankru biż-żibel maħruq. Almenu meta nkunu morda, inkunu nistgħu nippassiġġaw fit-toroq nodfa ta’ Malta qalb l-għelieqi msaqqin bil-pestiċidi.
George Pullicino, fl-artiklu blogganti tiegħu, jibda biex jikkwota lill-President Taljan, Giorgio Napolitano: "Mhux biss inħossni nkwetat, inħossni allarmat!".
George Pullicino flok ministru missu laħaq interpretu tal-lingwi fl-unjoni ewropea. Ikollu paga aħjar u xogħol aħjar għax il-facebook ikun aċċessibbli.
Giorgio Napolitano fil-verità qal: “Non sono preoccupato, ma allarmato.” Bil-Malti: “M’inix inkwetat, imma allarmat.” Din is-sentenza tfisser ħafna.
Dan Napolitano ġralu bħar-reġina Eliżabetta meta tiġi żżur Malta minn fuq dar il-poplu biex tipprova tieħu nejka fil-qamar il-għasel. Kieku r-reġina Eliżabetta tiġi Malta u tgħaddi mit-triq li daħħlek sal-pjazza ta’ Ħaż-Żebbuġ taħseb li l-pilota ħadha l-Iraq u mhux Malta. Għax minn dik it-tip ta’ triq, fil-miġja tagħha lejn f’Malta: il-Gonz qatt m’għaddieha.
Żmien ilu Napolitano kien faħħar lil Napli u feraħ għax fl-aħħar ra t-toroq nodfa u x-xemx ta’ Napli reġgħet ġiet f’lokha. Ma ndunax li naddfu ż-żewġ toroq ta minn fejn għadda bil-karozza.
L-istorja bdiet eżatt kif qal Pullicino: kollox beda mill-protesti tan-Naplitani għax ħadd ma jrid l-iskart ħdejh.
Id-differenza hija li Pullicino baqa’ għaddej u ħassu waħdu u r-residenti protestanti kellhom ibaxxu rashom u li n-Naplitani m’aċċettawx, imtlew biż-żibel għax ma baxxewx rashom.
Pullicino qassar l-istorja ta’ Napoli u waħħal kollox fil-protesti taċ-ċittadini li għandhom ibaxxu rashom fuq deċiżjonijiet politiċi biex juri li hu għamel id-deċiżjonijiet it-tajba u li l-poplu seta’ jfixkilhom b’messaġġ subliminali konta l-laburisti.
L-istorja ta’ Napli hija iżjed kumplessa minn sempliċi bloggata ta’ ħames paragrafi stil Pullicino.
Pullicino jikteb: “Sa ftit taż-żmien ilu l-iskart tan-naħa ta' isfel ta’ l-Italja kien jiġi trasportat lejn pajjiżi Ewropej oħra jew jintefa’ f'miżbliet illegali. Issa li dawn il-pajjiżi Ewropej ma baqgħux jaċċettaw l-iskart, Napli u r-reġjun spiċċa jerqgħu fl-iskart.”
Ruma u Milan għandhom ftit iżjed residenti minn Napli u m’għandhomx din il-problema. Il-problema li ma semmix Pullicino hija l-mafja. Magħrufa wkoll bħala kamorra.
Il-problema hija li l-kamorra (mafja) mhijiex dik li toqtol lin-nies għal vendetta jew xi serq. Il-kamorra tinsab fil-kmand ta' l-amministrazzjoni ċentrali ta’ Ruma, ta’ Malta u dik li tikkmanda l-Ewropa kollha. In-Napli qegħdin fil-ħara għax mhumiex Maltin: ma jbaxxux rashom. Hija l-injoranza tal-poplu li jbusu l-idejn tal-mafjużi: bil-voti.
Huwa sempliċi li tikteb li Napli ma ridux l-iskart maġenbhom u tieqaf hemm. In-Naplitani riedu tassew l-iskart separat. Imma l-gvern waqqaf l-impjegati tas-servizz pubbliku milli jagħmel dan u ħalla f’idejn il-privat u nteffqu ħafna flus u l-privat m’għamilx xogħolu u ma ħax il-kastig li ħaqqu. Il-kastig bħas-soltu jieħdu l-poplu.
Minnħabba f’hekk Prodi ried iżid ħames inċenerituri f’din l-art u ġie jitnejjek mill-pariri tan-nies. Il-protesti iżjed qamu, il-kamorra iżjed tgawdi.
Waħda mill-protesti ma kinitx li n-Naplitani ma ridux l-iskart maġenb djarhom imma kienet biex tiġi protetta ż-żona tal-Park Nazzjonali tal-Vessuvju.
Pullicino jagħlaq fil-bloggata tiegħu: “Pier Ferdinando Casini llum akkuża lill-Ministru ta’ l-Ambjent Taljan, Pecoraro Scanio; li jmexxi ukoll il-Partit tal-Ħodor, li s'issa kien biss "il signor no", jgħid le għal kollox. Jekk għandux raġun jew le Casini ma nafx. Li hu żgur huwa li f'Napli hemm bżonn min jiddeċiedi u jimxi kontra l-kurrent inkella se jibqgħu jerqgħu fl-iskart !
Wara li Pullicino waħħal fiċ-ċittadini bħalma Gonzi jwaħħal fil-ħaddiema meta jkun hemm falliment, il-Pullicino ma jafx jekk Casini għandux raġun jew le.
Pullicino ma jafx jekk it-tort huwiex ta’ min irid ilma nadif, arja nadifa, bajd u ġobon mingħajr diossina. It-tort għal Pullicino huwa ta’ min irid park, siġra, bajja mingħajr kanali tossiċi u dekontaminaturi li jaħdmu.
It-tort huwa ta’ min jgħid il-verità fuq l-inċenerituri u ta’ popolazzjoni ċivili li jridu riżultati għall-ambjent bħad-Daniżi u l-Kalifornjani.
Biex tikteb kumment dwar l-artiklu, “O Pullo Mio!": għafas hawn.


































1 Comments:
wow gold!All wow gold US Server 24.99$/1000G on sell! Cheap wow gold,wow gold,wow gold,Buy Cheapest/Safe/Fast WoW US EUwow gold Power leveling wow gold from the time you World of Warcraft gold ordered!fanfan980110
wow power leveling wow power leveling power leveling wow power leveling wow powerleveling wow power levelingcheap wow power leveling wow power leveling buy wow power leveling wow power leveling buy power leveling wow power leveling cheap power leveling wow power leveling wow power leveling wow power leveling wow powerleveling wow power leveling power leveling wow power leveling wow powerleveling wow power leveling buy rolex cheap rolex wow gold wow gold wow gold wow goldfanfan980110DFS
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home