contact: info@sandrovella.org

Wednesday, 2 January 2008

Meta tal-petrol biegħ bil-euro

Ir-raġuni li Malta kellha tidħol bil-fors fil-euro hija l-Amerika.

Immaġinaw li għandkom ħafna dejn imma kuljum tagħmlu cheques ta’ miljuni ta’ dollari li m’għandkomx. Biex tixtru it-tieni karozza lussuża, dar fuq il-bajja barra minn Malta, safra kull sena madwar id-dinja.

Ic-cheques tagħkom jibqgħu ma jiswew xejn imma jħallukom tixtru l-affarijiet kollha li tridu peress li dawn qatt ma jaslu l-bank! Għandkom ftehim mal-propjetarji ta’ xi ħaġa li kulħadd jixtieq, bħal per eżempju petrol u gas, u skond dan il-ftehim; il-propjetari għandhom jaċċettaw ic-cheques tiegħek biss bħala forma ta’ ħlas. Dan ifisser li kulħadd irid jagħmel użu kummerċjali bic-cheques tiegħek ħalli jkunu jistgħu jużawhom biex jixtru affarijiet oħra.

Toħroġ cheque biex tixtri television, il-propjetarju tal-ħanut imur iħallas il-petrol u l-gas bic-cheque tiegħek. Tal-petrol jużah biex jixtri l-ħaxix u tal-ħaxix jużah biex jixtri l-ħobż u l-furnar jużah biex jixtri t-tqiq u l-istorja tibqa’ sejra mingħajr qatt ic-cheque ma jmiss mal-bank.

Għandkom dejn kbir, imma sakemm ic-cheque ma jasalx il-bank, m’għandkomx għalfejn tħallsu. Prattikament it-television xtrajtuh b’xejn. Din hija l-pożizzjoni ta’ l-Amerika li gawdew minnha iżjed minn tletin sena. Sfruttaw il-kummerċ dinji għal dan iż-żmien kollu. Irċevew sussidju enormi minn kulħadd. Għalkemm id-dejn baqa’ jikber, riedu joħorġu iżjed cheques biex ikomplu jagħmlu n-negozji tagħhom. Għalhekk huma potenza ekonomika.

Sakemm darba, wieħed li għandu pompa tal-petrol qal li se jibda jaċċetta cheques mingħand ħaddieħor. Oħrajn jaħsbu li din hija idea tajba. Jekk it-tendenza tinxtered, mhux se jkun hemm talba għaċ-cheques tiegħek li se jmorru dritt il-bank. Ġa la darba m’għandkomx biżżejjed flus biex tonoraw ic-cheques kollha: se jkollkom problemi kbar.

Id-dollari mogħtija mill-Amerika (iċ-cheques maħruġa), se jibdew jiġu preżentati għall-ħlas, u tiġi eliminata l-illużjoni ta’ valur li kienet tappoġġjahom. Is-sitwazzjoni ekonomika reali ta’ l-Amerika qegħda tgħum fil-fond ta’ ilma: huma n-nazzjon l-iżjed imdejjen tad-dinja. Iridu jħallsu 12-il elf dollaru għall kull individwu mill-280 miljun ta’ rġiel, nisa u tfal. Jinsabu f’pożizzjoni agħar mill-Indonesia.

Mhux vera min jgħid li l-Amerikani ma sabux l-armi tad-distruzzjoni tal-massa fl-Iraq. Sabuhom fil-kexxun ta’ l-iskrivanija ta’ l-uffiċċju ta’ Saddam Hussein. Sabulu l-istarter pack ta’ l-HSBC.

Qabel l-invażjoni ta’ l-Amerika, is-sitwazzjoni fl-Iraq kienet li l-Iraqqini bdew ibiegħu ż-żejt bil-euro f’Novembru 2000 meta l-euro kienet tiswa 82 ċenteżmu. Dak iż-żmien din id-deċiżjoni ġiet kunsidrata bħala att ta’ provokazzjoni politika mhux tas-soltu imma fir-realtà kienet deċiżjoni finanzjarja ntelliġenti ħafna.

Fl-2001, l-ewro kellu gwadann ta’ 25% fuq id-dollaru. Għall-Iraq kien tassew gwadann finanzjarju.

L-Iran bagħtet sinjali li riedet tadotta l-euro bħala valur għall-kuntratti taż-żejt tagħha u fl-2003 il-Venezuela, produttur importanti taż-żejt, adotta miżuri biex jgħaddi għall-euro. Il-pajjiżi l-oħra ta’ l- OPEC ( Organisation of the Petrolium Exploring Countries ) dehru li se jieħdu l-istess eżempju. Fil-konferenza ta’ l-OPEC li saret fl-iSpanja fl-14 ta’ April 2002, il-pajjiżi membri iddiskutew il-possibilità li jibdew jikkwotaw bl-ewro.


Meta f’Mejju 2004, l-unjoni ewropa twessgħet għall-10 pajjiżi ġodda, fosthom Malta, f’dak il-mument l-Ewropa bdiet tikkonsma 33% żejt iżjed mill-Amerika. Għalhekk l-unjoni ewropea obbligat lill-membri l-ġodda li jridu jadottaw l-euro, irrilevanti l-effetti fil-pajjiż u l-affarijiet li l-pajjiż irid jagħmel biex ikun jista’ jidħol fiż-żona ta’ l-euro.

Dan sar bl-għan li l-Ewropa tkun tista’ tistabilixxi rapporti kummerċjali reċiproki ma’ l-OPEC u jagħmlu pressjoni qawwija fuqhom biex in-negozju jsir bil-euro.

Il-gwerra ta’ l-Iraq ma kinitx kontra l-Iraq imma kontra l-unjoni ewropea. Għalkemm l-invażjoni permanenti ta’ l-Amerika fl-Iraq biex jikkontrollaw li ż-żejt jinbiegħ bid-dollaru, xorta waħda Malta baqgħet għaddejja biex tiddaħħal il-euro ma’ l-ewwel okkażjoni biex il-Gonz ikun jista’ jaqta’ ż-żigarella li waqqgħatu għan-nejk.

L-applikazzjonijiet għall-militari ħerġin dal-waqt.


Biex tikteb kumment dwar l-artiklu, “Meta tal-petrol biegħ bil-euro": għafas hawn.

1 Comments:

Blogger 版主支持你 said...

圣诞树 小本创业
小投资
条码打印机 证卡打印机
证卡打印机 证卡机
标签打印机 吊牌打印机
探究实验室 小学科学探究实验室
探究实验 数字探究实验室
数字化实验室 投影仪
投影机 北京搬家
北京搬家公司 搬家
搬家公司 北京搬家
北京搬家公司 月嫂
月嫂 月嫂
育儿嫂 育儿嫂
育儿嫂 月嫂
育婴师 育儿嫂
婚纱 礼服

婚纱摄影 儿童摄影
圣诞树 胶带
牛皮纸胶带 封箱胶带
高温胶带 铝箔胶带
泡棉胶带 警示胶带
耐高温胶带 特价机票查询
机票 订机票
国内机票 国际机票
电子机票 折扣机票
打折机票 电子机票
特价机票 特价国际机票
留学生机票 机票预订
机票预定 国际机票预订
国际机票预定 国内机票预定
国内机票预订 北京特价机票
北京机票 机票查询
北京打折机票 国际机票查询
机票价格查询 国内机票查询
留学生机票查询 国际机票查询

27 May 2008 17:33  

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home