Memomosesswali ( 2 )
....għafas hawn biex taqra l-ewwel parti
- It-tieni u l-aħħar parti -
Fil-Ġenesi, is-serp jikkonvinċi lil Eva biex tiekol it-tuffieħa li mhux suppost tiekol. Eva tagħti gidma lit-tuffieħa u taqa’ f’nagħsa kbira mill-liema Adam iqajjimha b’bewsa. Le, din hija Snowhite! Imma jekk meta kontu żgħar kienu jgħidulkom li Snowhite hija reliġjon: kontu temmnuhom! Insomma, Adam u Eva jieklu t-tuffieħa u Alla jkeċċihom mill-ġenna ta’ l-art. Imn’alla Alla ma ndunax Adam x’kien għamel bil-banana!
Wara l-artiklu tal-bieraħ; kellmuni omosesswali u transesswali dwar il-memorandum, isostnu li ma kienu jafu b’xejn. Ma tistax ittihom it-tort kollu peress li l-istqarriji huma kollha moqrija bejn il-linji.
Fil-memorandum, l-isqof kiteb hekk:
” Għalhekk qed nipproponulkom li fil-Programm Elettorali, b’konvinzjoni, twiegħdu lill-poplu Malti li tagħtu prijorità lill-familja. U b’familja nifhmu: l-għotja ta’ xulxin imfissra bir-rabta sal-mewt, mibnija fuq iż-żwieġ ta’ bejn mara u raġel għall-imħabba u l-għajnuna ta’ xulxin kif ukoll għat-tnissil u t-trobbija ta’ l-ulied.....”
“....Nifhmu li din il-prijorità trid tidher b’mod konkret f’kull leġislazzjoni u f’kull att amministrattiv, kif ukoll fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni, tal-politika soċjali (b’mod partikolari tas-social housing), tal-finanzi u tal-media ta’ l-Istat.....”.
”...Biex inkunu mifhuma sewwa, irridu ngħidu ċar u tond li nemmnu u nifhmu li persuni li qed jgħixu f’xi forma oħra ta’ relazzjoni, jew fi żwieġ li tkisser, jew barra ż-żwieġ, għandhom ikollhom kull għajnuna u protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tagħhom bħala persuni.
Imma din l-għajnuna m’għandhiex toħroġ awtomatikament mir-relazzjoni li mhix żwieġ. L-Istat tagħna, waqt li ma jistax jinjora dawn ir-relazzjonijiet, ma jistax jistma bl-istess mod il-forom kollha ta’ konvivenza soċjali....”
Fi ftit kliem il-knisja qegħda tgħid li l-omosesswali għandhom ikollhom l-istess drittijiet tal-miżżewġin, però ma jistax ikollhom id-drittijiet tal-miżżewġin.
L-eterosesswali jisseparaw u l-omosesswali jridu jiżżewġu! Ara vera kollox bil-kontra jagħmlu dawn.
Il-knisja qegħda tipproponi (kelma diplomatika flok timponi) li (1) jitwaqqaf kumitat favur iż-żwieġ bejn raġel u mara u li l-istat għandu jgħin it-tifrik taż-żwieġ dejjem bejn raġel u mara. (2) Iż-żwieġ stabbli qatt m’għandu jkun diskriminat: dan ifisser dak li mhuwiex stabbli jista’ jkun diskriminat bla problemi ta’ xejn. (3) Jingħataw iżjed fondi mill-istat biex fl-edukazzjoni, fil-media u fid-deċiżjonijiet amministrattivi jkun hemm propaganda favur il-familja eterosesswali. (4) Isiru korsijiet bejn ir-refuġjati afrikani u l-bjondi smini li deħlin għaż-żwieġ ankè jekk ċivili. (5) Korsijiet fuq l-aspetti mportanti taż-żwieġ, kollox imħallas mill-istat. (6) Għal darb’oħra jipproponu kampanja edukattiva fl-iskola favur iż-żwieġ bejn mara u raġel. (7) Jissaħħu l-miżuri għal kundizzjonijiet tax-xogħol għal min hu miżżewweġ u għandu familja. (8) Appoġġ finanzjarju lill-NGOs favur il-familja. (9) Is-servizz għall-istat li jagħtu koppji li jkollhom ulied, ikollhom appoġġ finanzjarju u vantaġġi oħra, peress li kulħadd qed jaħxi bil-condom u t-tfal mhumiex jiġu.
Dan il-blog għandu t-tweġiba tal-gvern b’esklussiva. Ikun min ikun fil-gvern:
“Inti tajtni disa’ proposti imma ovvjament, kif inti taf, ma nistax naqdik f’kollox. Ejja ngħidu naqdik san-nofs ta’ proposta1 għax it-tieni nofs diġà qiegħed nadqik, proposta 6, fil-każ inqabbad it-teacher tal-P.E. jgħallem dan is-suġġett għax għandu ħafna free lessons u proposta 3 fil-każ nagħti iżjed flus lill-iskejjel tal-knisja. Imma sa hemm se nasal!”
Il-bullying psikoloġiku fuq l-istudenti omosesswali mhuwiex ġej mill-istudenti sħabu imma mill-knisja u mill-gvern!
M’għandi l-ebda dubju li l-knisja se taċċetta it-tweġiba tal-gvern.
Għandi ħabib tiegħi, jismu Ġilormu, li tant kemm iħossu waħdu, imma tant kemm iħossu waħdu li l-Ġimgħa jibgħat e-mail lilu nnifsu u t-Tnejn fil-għodu jixgħel il-computer u jifraħ li rċieva e-mail. Din hija l-istorja ta’ meta l-knisja tibgħat memo lill-gvern.
Omosesswali ieħor bagħtli e-mail u qalli li jħoss li għandu jmur il-knisja għax il-knisja hija ta’ kulħadd bħal ma’ post tax-xogħol huwa ta’ kulħadd u xorta ma jaċċettawkx.
Jiena weġibtu li post tax-xogħol ma jinfluwenzax soċjetà imma jiġi nfluwenzat mill-knisja. Kif kien jgħid Dalli: “trid taqbad il-barri minn qrunu” u mhux l-abbatini mill-bajd.
Dan l-omosesswali baqa’ jinsisti li jrid imur jattendi l-knisja bħala appoġġ għall-qassisin omosesswali. Il-knisja għandha predikaturi omossesswali u l-omosesswali jmorru l-knisja. Sistema bilaterali. Ma jitħamlux imma jmorru għand xulxin bħala solidarjetà.
L-omosesswali li jmur il-knisja, huwa tassew omosesswali. Jieħu pjaċir min itihulu minn wara. Il-qassis li jattendi attivitajiet omosesswali, huwa qassis tassew. Għandu ċans jgħabbi.
Mix-xena internazzjonali: ir-Ratzinger iltaqa’ mal-fidili fi pjazza San Pietru għall-ewwel Angelus tiegħu tas-sena l-ġdida 2008. Fil-jum dedikat għall-paċi fid-dinja ir-Ratzinger ikkomunika dik li l-knisja rumana tikkonsidra t-theddida għall-paċi.
Il-gwerra? Il-ġuħ? L-injoranza? L-imperjaliżmu? Ir-riżorsi ta’ l-enerġija? L-armi? Le, xejn minn dan!
Il-ferħ tal-paċi huma mhedda mill-omosesswali. Ratzinger qal li “l-familja naturali bħala għaqda intima ta’ ħajja u mħabba, ibbażata fuq iż-żwieġ bejn mara u raġel tipprovdi post ewlieni fil-forma ta’ bniedem u s-soċjetà. Il-familja hija meqjusa bħala l-ewwel soċjetà naturali, istituzzjoni divina li tinsab fil-bażi tal-ħajja. Kull min jhedded l-istituzzjoni tal-familja: jhedded il-paċi tal-komunità nazzjonali u internazzjonali peress li din thedded il-bażi essenzjali.”
Bl-Angelus, il-papa ddikkjara gwerra: l-omosesswalità. Se jużaw il-politika, il-memorandums, il-media u kull ekonomija possibbli.
Kollox f’isem Ġesù Kristu. Jekk it-tweġiba hija Kristu mela l-mistoqsija hija żbaljata. Jekk Ratzinger huwa kristjan, Kristu mhuwiex.
Kattoliku ta’ vera jissepara l-iStat u l-knisja, jiġifieri bejn reat u dnub. Dan indikah il-mexxej ta’ l-insara stess meta qal: “Għatu lil Ċesare dak li hu ta’ Ċesare u lil Alla dak li hu ta’ Alla.” Ma qalx għamlu Alla lil Ċesare.
Patri Mark Montebello qal li l-kariga ta’ Ratzinger bħala papa hija ċajta goffa. Patri Mark ma kienx qiegħed jiċċajta.
Biex tikteb kumment dwar l-artiklu, "Memomosesswali ( 2 )": għafas hawn.


































4 Comments:
wedding dresses
wedding gowns
bridal gowns
lace front wigs
wedding invitations
bridal shower invitations
cheap wedding invitations
unique wedding invitations
baby shower invitations
unique baby gifts
wedding dresses
wedding gowns
bridal gowns
lace front wigs
wedding invitations
bridal shower invitations
cheap wedding invitations
unique wedding invitations
baby shower invitations
wow gold!All wow gold US Server 24.99$/1000G on sell! Cheap wow gold,wow gold,wow gold,Buy Cheapest/Safe/Fast WoW US EUwow gold Power leveling wow gold from the time you World of Warcraft gold ordered!fanfan980110
wow power leveling wow power leveling power leveling wow power leveling wow powerleveling wow power levelingcheap wow power leveling wow power leveling buy wow power leveling wow power leveling buy power leveling wow power leveling cheap power leveling wow power leveling wow power leveling wow power leveling wow powerleveling wow power leveling power leveling wow power leveling wow powerleveling wow power leveling buy rolex cheap rolex wow gold wow gold wow gold wow goldfanfan980110
dfsfds
ghsty4y
wow gold
cheap wow gold
buy wow gold
cheapest wow gold
world of warcraft gold
wow
world of warcraft
wow gold
wow gold
wow gold
wow gold
wow gold
wow gold
wow gold
wow gold
wow gold
wow gold
wow gold
wow gold
wow gold
wow gold
maple story
maple story mesos
maplestory mesos
maplestory
maple story mesos
maple story cheats
maple story hacks
maple story guides
maple story items
lotro
lotro gold
buy lotro gold
lotro cheats
lotro guides
google排名
google左侧排名
google排名服务
百度推广
百度排名
商业吧
网站推广
福州热线
体育博客
股票博客
游戏博客
魔兽博客
考试博客
汽车博客
房产博客
电脑博客
nba live
logo design
website design
web design
窃听器
手机窃听器
商标设计
代考
高考答案
办理上网文凭
代考
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home