contact: info@sandrovella.org

Thursday, 3 January 2008

It-Tramuntana fil-Kenya

Il-Kenya twieled protettur taħt l-Ingilterra. Fl-1920, wara l-immigrazzjoni qawwija Ingliża li marru fl-artijiet l-iżjed produttivi (White Highlands), saret kolonja tal-Kenya. Il-kolonizazzjoni Ingliża ħadet l-artijiet produttivi kollha lill-bdiewa, u ġabithom fil-miżerja.

Imkeċċija mill-artijiet tagħhom, il-Mau Mau (tribù tal-kikuyu) sfaw kostretti joqogħdu fil-faqar u fil-miżbla u jaħdmu b’pagi ta’ skjavi għall-Ingliżi. Il-kikuyu ddeċidew li jqumu fuq tagħhom u jiġġieldu paċifikament biex jieħdu almenu parti mill-artijiet tagħhom u biex jerġa’ jkollhom l-indipendenza.

Ir-reazzjoni Ingliża kienet feroċi: mingħajr ma ħasbu li jagħmlu ftehim magħhom, l-awtoritajiet Ingliżi kkunsidraw lill-Mau Mau bħala terroristi u bdew propaganda qawwija kontra tagħhom. Il-gwerra, magħrufa bħala “ġlieda kontra t-terroriżmu” kienet ta’ krudeltà qawwija. Torturi, vjolenzi sesswali ta’ kull tip fuq tfal u nisa, massakri b’armijiet varji u d-deportazzjoni fil-kampi tal-konċentrament.

Il-Mau Mau kienu tassew terroristi: terrorizzati mill-Ingliżi.

Illum jidher li tgħallmu sew mill-esperjenza Ingliża.

Missjunarju mill-Kenya prova jibgħatli e-mail imma ma rnexxilux ikompliha u forsi l-anqas jibdiha. B’hekk jiena ddeċidejt li nżid u nnaqqas dak li skond jiena, l-missjunarju ried jgħid.

Għeżież ħuti,

qed nibgħat din iċ-ċirkolari biex inserraħ ras lil dawk kollha li talbu l-aħbarijiet tal-Maltin fil-Kenya.

B’mod speċjali lill-ministru ta’ l-affarijiet barranin Michael Frendo li mal-ewwel ħeġġeġ lill-awtoritajiet Maltin jiġu jagħtuna l-għajnuna bl-AirMalta. Solidarjetà u fratellanza li Malta biss taf toffri.

Ninsab ċert li pajjiżi oħrajn kienu jħallu lil ħuthom hemmhekk u jibgħatu stqarrija li ma tasalx biex kulħadd jibqa’ f’postu u jaħseb għal rasu u jekk ikollu bżonn xi ħaġa jċempel lill-aġenzija Appoġġ, jekk dejjem is-sett tat-telefon ma jiklux xi ħadd.

Malta dejjem kienet nobbli mal-pajjiżi mhux żviluppati statalment. Speċjalment ma’ dawk li deħlin fil-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena.

Hawnhekk bħal Malta kien hawn l-elezzjoni presidenzjali tal-kamra. Il-kandidati kienu tnejn: Kenjan Kibaki tat-tribù kikuyu, l-ikbar waħda fil-Kenya, li kien qiegħed jikkontesta għat-tieni mandat u Raila Odinga tat-tribù luo li jirrapreżenta it-tribùjiet l-oħrajn.

L-elezzjonijiet kienu tribali ħafna. Flok distretti, tribùjiet. Biex ħadd ma jkun diskriminat b’xi liġi elettorali approvata miż-żewġ naħat.

Il-kikuyu jinsabu fil-gvern u ma jridux jitilqu għall-ebda raġuni. It-tribùjiet l-oħra huma mxebbgħin li jkunu kastigati minn politika li toffri l-maġġoranza tal-finanzjamenti liż-żoni tal-kikuyu u vvutaw lil Raila.

Hawnhekk min għandu l-poter, qiegħed ma’ liema tribù qiegħed, il-poter iħaddnuh bis-sod, u ma jitilquh qatt.

It-tensjoni u l-istennija għar-riżultat ta’ l-elezzjoni kienet tinħass ħafna. Ankè lejlet l-elezzjonijiet, fejn suppost kien hemm is-silenzju tal-ġurnalisti, kien hemm xi ġurnalist li bagħat faxes minn taħt biex jippromwovi t-tribù tiegħu.

Raila kien minn fuq, imma f’daqqa waħda l-kummissjoni elettorali, li xogħolha kien li tagħti r-riżultati ta’ l-elezzjoni, waqfet ħesrem milli tagħmel dan u keċċew il-barra l-ġurnalisti kollha li kellhom permess ikunu fis-sala waqt l-għadd tal-voti.

B’hekk ħadd ma seta jkun jaf min kien il-kandidat rebbieħ. Il-jum ta’ wara l-istazzjonijiet oskuraw it-televiżjonijiet tagħna, ħlief dak ta’ l-iStat.

Il-forza militari marru fil-pjazza u fit-triqat biex jagħmlu l-kontrolli tagħhom, u mill-uniku stazzjon disponibbli; l-kummissjoni elettorali qalet li l-kandidat rebbieħ huwa Kibaki.

Probabbli rebaħ Raila fil-voti imma Kibaki kellu iżjed siġġijiet.

U wara ftit minuti ħalef bħala president tal-kamra, f’ċerimonja ta’ malajr. Immedjatament infaqgħu reazzjonijiet ta’ vjolenza li kienu prevedibbli.

Fil-fatt kien kolp ta’ stat.

Qed niktbilkom mill-belt ta’ Nakuru. Hawnhekk kollox sew jidher: imma sa issa.

Ħafna ħwienet huma magħluqin u l-ftit li huma miftuħin għandhom is-shutters imniżżlin. It-toroq huma baħħ. Il-belt hija kwieta għax hawnhekk il-maġġoranza hija kikuyu u mhux ħa jkunu żgur huma li jipprotestaw għar-riżultati mbagħbsa ta’ l-elezzjoni.

Mietu xi nies. F’ċertu żoni l-vjaġġ huwa perikoluż. Il-gvern għalaq il-pompa tal-petrol imma tad-diesel ħalliha għaddeja ħabba kwistjonijiet ambjentali.

Fiż-żoni ta’ maġġoranza luo, l-inkwiet huwa enormi. Imma huma żoni l-bogħod minn tagħna. Il-Kenya bħalissa jinsab f’idejn organizazzjonijiet kriminali.

Il-pulizija kollha ġiet ordnata biex tipproteġi ż-żoni fejn hemm Kibaki biss u l-kriminali jistgħu jagħmlu li jridu.

Dal-lejl fid-djar taż-żona tiegħi ġew imqassma ħafna karti. Wegħduna li d-dar se tinħaraq jekk ma nħallsux il-kerha li hija daqsxejn għolja.

Jekk ma ktibtilkomx qabel jew ma bgħattilkomx SMS huwa għax spiċċawli l-flus. U meta mort biex nixtri card ġdida tal-ħwienet talbuni sebgħa fil-mija aktar milli tiswa u f’buti ma kellix dawk il-flus.

Fil-ġenn u t-tawħid kulħadd japprofitta. Tabilħaqq, kif intom sejrin bil-euro?

L-istazzjonijiet televiżivi qed jitrasmettu ħafna aħbarijiet imma bl-aġenda tat-tribù.

Nitlobkom sinċerament talba għal Kenya. Lil dawk li ġejjin bl-AirMalta, nitlobhom biex qabel ma jiġu, jagħmlu ġabra ta’ flus biex tintwera solidarjetà għal dan il-pajjiż.

Jiena mhux se naqta’ qalbi. Jiena lest li noħroġ għonqi u nitlef rasi għal dawn in-nies bżonnjużi.

Sliem u saħħa,

missjunarju mill-Kenya.

(ismi mhux se niktbu minnħabba raġunijiet ta’ sigurtà)


Biex tikteb kumment dwar l-artiklu, “It-Tramuntana fil-Kenya": għafas hawn.

2 Comments:

Anonymous J. said...

Who should write a letter to the Times asking Bidnija broomstick/and the pizzaiaolo disguised as a reverend what guarantee we have that the next boat of refugees is not full of those that burnt 200 people in a church in Kenya?

04 January 2008 10:48  
Blogger 版主支持你 said...

圣诞树 小本创业
小投资
条码打印机 证卡打印机
证卡打印机 证卡机
标签打印机 吊牌打印机
探究实验室 小学科学探究实验室
探究实验 数字探究实验室
数字化实验室 投影仪
投影机 北京搬家
北京搬家公司 搬家
搬家公司 北京搬家
北京搬家公司 月嫂
月嫂 月嫂
育儿嫂 育儿嫂
育儿嫂 月嫂
育婴师 育儿嫂
婚纱 礼服

婚纱摄影 儿童摄影
圣诞树 胶带
牛皮纸胶带 封箱胶带
高温胶带 铝箔胶带
泡棉胶带 警示胶带
耐高温胶带 特价机票查询
机票 订机票
国内机票 国际机票
电子机票 折扣机票
打折机票 电子机票
特价机票 特价国际机票
留学生机票 机票预订
机票预定 国际机票预订
国际机票预定 国内机票预定
国内机票预订 北京特价机票
北京机票 机票查询
北京打折机票 国际机票查询
机票价格查询 国内机票查询
留学生机票查询 国际机票查询

29 May 2008 15:56  

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home