contact: info@sandrovella.org

Sunday, 13 January 2008

It-tfal fil-qalba

Sentenza ta’ ħabs lil tifla Maltija ta’ 13 –il sena mill-qorti Maltija.

Il-billboards il-ġodda “Malta fil-qalba ta’ l-Ewropa” bil-mappa ta’ l-ewropa, b’ħafna muniti ewro mifruxa fuqha hija realtà kbira.

Malta fil-qalba ta’ l-Ewropa: daħħlet il-munita ewro, daħlet fis-Schengen u titfa’ t-tfal il-manikomju taħt sentenza ta’ ħabs.

Il-Ġermanja ġara l-istess każ fi Frar 2007. Ħmistax –il pulizija daħħlu ġod-dar tal-familja Busekros, maġenb il-belt ta’ Erlangen, u kaxkru lil Melissa (16 –il sena) l-ewwel il-ħabs; imbagħad fl-istitut psikjatriku ġo post viċin: in-Norimberga.

Il-qorti ddeċidiet li Melissa kellha tibqa’ fl-unità tal-psikjatrija għax kienet qegħda ssoffri minn “skolafobia”.

Il-home-schooling huwa llegali fil-Ġermanja min meta Adolph Hitler għamlu llegali mill-1938 u ordna li t-tfal kollha għandhom jattandu l-iskejjel ta’ l-istat. Kif kien jaf Hitler, il-Ġermaniżi kellhom tendenza li jobdu għall-ordnijiet mingħajr diskussjoni. 500 tifel u tifla biss ġew edukati fid-dar f’pajjiż ta’ 80 miljun ruħ. Il-familji li jedukaw fid-dar huma persegwitati mill-liġi mingħajr pietà.

Mid-dehra din it-tifla Maltija ta’ 13 –il sena, kellha xi tgħid ma’ ħabiba tagħha u ħadet il-liġi b’idejha u ġiet fl-idejn u s-sitwazzjoni setgħet tiggrava iżjed.

Huwa ġust li din it-tifla tmur il-manikomju: ġo skola psikjatrika li tgħallmek li huwa dmir li tmur tivvota u li t-taxxi huma dmir li tħallashom biex tħallas il-futura okkupazzjoni militari fl-Afghanistan u l-Pakistan, u l-pagi ta’ politiċi li jitgħajjru u jinstigaw il-mibegħda u l-ġlied bejn il-poplu.

Patri Mark Montebello, il-fundatur ta’ Mid-dlam għad-dawl, mar jipprova jkellimha u jsabbarha imma l-awtoritajiet tal-ħabs ma ħallewhx.

Parti Mark Montebello irid jifhem li bit-trattat ta’ Lisbona, il-valuri nsara ntemmew uffiċċjalment mill-uffiċċju ewropew.

Il-“Ħallu lit-tfal jiġu għandi” saret propjetà ta’ l-istat u mhux tad-dumnikani.

Dan kien l-ewwel każ ta’ serq tat-tfal wara tletin sena. Għax hemm nuqqas ta’ liġi li tipproteġi t-tfal. Qalb kunsilli ġenerali, propagandi narċiżisti, safar, laqgħat biex jikkonvinċu lil tal-linja ewro kif se jikkonvinċu n-nies li bl-ewro mhux se togħla l-ħajja, u tiżjin tal-milied tat-toroq bix-xewqat tal-ministeru ta’ l-urbanità: il-ministri ma kellhomx il-ħin.

Jekk forsi hemm xi membru parlamentari li ma marx l-istrina jrid jieħu ħsieb din il-liġi, jista’ javżani.

Sadanittant però, Malta se tgħaddi minn fattur iżjed importanti. Fil-fatt il-ġurnaliżmu Malti, din il-ġimgħa, se jiddiskuti 'il-Kanzunetta Maltija għall-Ewropa.'


informazzjoni:
Not so free in Germany


Biex tikteb kumment dwar l-artiklu, "It-tfal fil-qalba": għafas hawn.

0 Comments:

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home