Il-papa mirbuħ
Dan il-blog jeżerċita d-dritt tal-linja famuża ta’ François Marie Arouet (Voltaire): “Jiena ma naqbilx ma’ dak li qiegħed tgħid inti, imma niddefendi sal-mewt id-dritt li dan tgħidu.”
Kieku r-Ratzinger jiddeċiedi li jiftaħ qalbu ma’ dan il-blog, il-bieb huwa miftuħ. Imma ma nafx kemm huwa possibbli li l-bieb ikun miftuħ għalija jekk nikteb fil-blog tal-vatikan.
Li tibgħat lill-papa jieħdu seba’ snin f’sormu hija forma oħra tal-libertà ta’ l-espressjoni. Il-papa minnħabba dawn il-versi ddeċieda li ma jattendix għall-inwagurazzjoni ta’ din l-università La Sapienza. Il-papa seta’ jmur hemmhekk u jgħidilhom “Naħfrilkom uliedi għax intom tafu x’intom tagħmlu”, jew sempliċiment jaqtgħalhom idejh u jmur ikompli jbierek.
Il-libertà ta’ l-espressjoni li tingħad li ġiet miċħuda lill-papa: fil-verità huwa kien li m’attendix għal din il-laqgħa għax kien hemm xi ħadd li kien se jwaqqfu u jikkonfrontah mill-monologu tas-soltu li kien prepara xahar qabel.
Sekli ilu l-papiet kienu jaħarqu, jittorturaw, jaqagħlu partijiet mill-ġisem tan-nies peress li kienu jaħsbu. Kienu jittorturaw lill-ħassieba bl-iżjed mod orribbli li jeżisti. Il-papa l-anqas ried jitlob skuża għall-umiljazzjoni ta’ Galileo. Issa qed jibki għax m’għandhomx merħba bih.
L-istudenti ta’ La Sapienza għamlu dak li suppost u li qatt m’għamlu l-omosesswali fl-1 ta’ Jannar 2008. Fl-aħħar hawn xi ħadd li qiegħed jimxi mal-gwida tal-famuż kristu li ssepara l-istat minn mar-reliġjon.
Id-djalogu ma jeżistix. Lill-knisja ma tistax tmissha. Bħal ma ġralu Peppi Azzopardi meta kritika b’mod agressiv u bir-raġun lil Yoda imma mhux lill-knisja li bażikament jagħmlu l-istess xogħol. Ankì offerti jħallu f’idejn il-klijenti basta jżidu l-muniti ħabba l-valur tal-euro.
Il-papa huwa potenti. Jekk jiena mmur fit-teletubi jew inkanta kanzunetta fil-Eurovision u ngħid kontra l-papa, dik il-persuna li kienet taqbel miegħi, tispiċċa wkoll ma taqbilx miegħi.
Din hija l-logħoba maħmuġa li l-knisja ilha tilgħab f’isem Alla. Taħraq nies ħajjin u tgħid li dan kien qed iseħħ biex jiġu salvati l-interessi ta’ kristu sidna. F’ġieh kristu! Jiena qatt ma qrajt li Ġesù talab knisja u l-anqas knisja taħraq lin-nies.
Il-papa benedittu dejjem saħaq li jekk ix-xjenza jirnexxielha tpoġġi għad-diskussjoni l-verità ekkleżjastika mela x-xjenza għandha tagħmel pass lura. Fi ftit kliem: jekk ix-xjenza tiskopri l-ħmerijiet tal-bibbja, ix-xjenza trid tirtira kollox.
Qisek jekk tiskopri li Dejjem Tiegħek Becky huwa programm taż-żobb, mela trid tirtira kollox u tagħmel pass lura għax probabbli dak ukoll f’isem Alla jsir.
Il-professuri u l-istudenti ta’ La Sapienza riedu konfront u mhux monologi.
Imma wara kollox Ratzinger huwa raġel sew. Irid li l-għalliema jkollhom il-vaganzi tal-karnival sena sħiħa u l-fatt li għandu kontra t-transesswali huwa fatt iżjed ta’ għira tal-kostum milli morali.
Biex tikteb kumment dwar l-artiklu, "Il-papa mirbuħ": għafas hawn.


































0 Comments:
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home