contact: info@sandrovella.org

Tuesday, 8 January 2008

Il-hackers ma jiklux crackers

“Pornografija tat-tfal, hacking, il-firxa ta’ viruses malizzjużi, frodi minn informazzjoni elettronika u dħul illegali fil-privatezza huma biss ftit eżempji ta’ kriminalità li l-Internet qiegħed jaffaċċja llum.”

- Gov.mt


Hacker mhuwiex kriminal.

Kriminali huma dawk li jagħmlu diżinformazzjoni u dawk li jikkuppjawha.

Kien Bill Gates, fondatur tal-Microsoft, li ttimbra lill-hackers bħala pirati ta’ l-informazzjoni. Probabbli għax kienu huma li kitbu l-UNIX operating system meta t-twieqi kienu għadhom magħluqa.

Il-hackers ma jħobbuhiex il-fama. Jiena m'inix hacker.

Iħobbu joħolqu software. Dak li l-ġurnalisti jsejjħu hacker għandu jissejjaħ cracker.

Il-hacker huwa persuna li jieħu gost jagħraf id-dettalji tas-sistemi ta’ programmazzjoni u kif ikabbar il-kapaċitajiet tal-programm. B’differenza ta’ nies li jużaw is-sistema li jippreferu jitgħallmu mill-inqas, u xi kultant l-anqas l-inqas, u jqabbdu lill-hacker għal kull problema banali. Il-hacker huwa kurjuż, iħobb l-għarfien tal-kultura u jħobb isir jaf u dejjem jaf li ma jaf xejn.

Il-hackers kienu jeżistu qabel l-Internet, u wara l-Internet it-terminoloġija saret popolari. Hacker jindika li hemm iżjed minn persuna waħda jew kategorija ta’ persuni li ma japplikawx biss fl-informatika, imma wkoll f’affarijiet oħra.


Gruppi oħrajn ta’ nies jużaw il-kelma hacker: imma mhumiex. Dawn it-tip ta’ persuni jfittxu l-gost tagħhom billi jinvadu web-sites u sistemi telefoniċi. Il-veru hackers, isejjħu lil dawn l-individwi: crackers u jqisuhom għażżenin, irresponsabbli u mhux intelliġenti.

Mhix sempliċi li tidħol ġos-sigurtà ta’ web-site imma dan il-fatt ma jagħmilx “ġenju tal-computer.” Bħal ma tistax issejjaħ inġinier, bniedem li jaf jixgħel karozza bla ċavetta u bħal ma tistax issejjaħ ministru tal-kultura, wieħed li jmur fit-teatru bil-biljett kumplimentari.

Hacker huwa bniedem li jibni. Cracker iħott. Pratikament l-istorja li rnexxielu jevita Gonzi.

Hacker isolvi l-problemi tiegħu u ta’ ħaddieħor. Hacker jisma’ l-problemi ta’ ħaddieħor u jipprova jsib soluzzjonijiet. Juri solidarjetà. Il-komunità hacker hija fundata fuq ir-rispett tal-kapaċità reċiproka u fuq il-firxa ħielsa ta’ l-informazzjoni.

Il-hackers huma misruqa minn isimhom. Mill-crackers ta' l-informazzjoni. Bħal Ulissi moderni: illum isimhom huwa Ħadd.


Hemm bżonn li xi ħadd ikellem lil Austin Gatt: ifehmu x’inhu hacker, ifehmu x’inhu Unix u jfehmu x’inhija t-teknoloġija.


Biex tikteb kumment dwar l-artiklu, “Il-hackers ma jiklux crackers": għafas hawn.

4 Comments:

Blogger ninuhadida said...

blog post tal-genn Sandro! Jien personali ma nistax ghaliha meta jirreferu al xi hadd b'titlu ta hacker ghax ikun dahal f'xi sistema kompujeterizzata minghajr permess. Hacker huwa ezattament kif ghidt int!

U proset ukoll ghal post dwar il open source! Donnu hadd ma jaf bieh, u kif ghidt int ezatt, l-istudenti jifrankaw lm200 f'software u jonfquhom f'hardware ghax trid hanzir biex tirrunja naqa software tal microsoft.

11 January 2008 18:23  
Anonymous Anonymous said...

cracker huwa hacker, imma hacker mhux cracker.

10 May 2008 20:24  
Blogger 版主支持你 said...

圣诞树 小本创业
小投资
条码打印机 证卡打印机
证卡打印机 证卡机
标签打印机 吊牌打印机
探究实验室 小学科学探究实验室
探究实验 数字探究实验室
数字化实验室 投影仪
投影机 北京搬家
北京搬家公司 搬家
搬家公司 北京搬家
北京搬家公司 月嫂
月嫂 月嫂
育儿嫂 育儿嫂
育儿嫂 月嫂
育婴师 育儿嫂
婚纱 礼服

婚纱摄影 儿童摄影
圣诞树 胶带
牛皮纸胶带 封箱胶带
高温胶带 铝箔胶带
泡棉胶带 警示胶带
耐高温胶带 特价机票查询
机票 订机票
国内机票 国际机票
电子机票 折扣机票
打折机票 电子机票
特价机票 特价国际机票
留学生机票 机票预订
机票预定 国际机票预订
国际机票预定 国内机票预定
国内机票预订 北京特价机票
北京机票 机票查询
北京打折机票 国际机票查询
机票价格查询 国内机票查询
留学生机票查询 国际机票查询

27 May 2008 17:08  
Anonymous Anonymous said...

Finally a maltese person found out the truth (I am a maltese emigrant)

WELL who aggreed with this blog will also agreed that the more opensource users the better use LINUX

16 July 2008 00:47  

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home