Il-baqra ewropea
Il-ministru Pullicino jagħlaq it-tappiera tal-ħalib għax xi bdiewa ma kinux konformi ma’ l-unjoni ewropea.
Il-gvern qal li l-bdiewa nvoluti fil-kwistjoni bdew jipprovdu ftit ħalib. L-unjoni ewropea tat appoġġ finanzjarju biex dan ma jibqax iseħħ.
Jeħdulna l-flus minn kullimkien u jinkwitaw li jkollna millilitru ta’ ħalib inqas.
Pullicino jibża’ u jsejjaħ lill-kap biex jirranġalu s-sitwazzjoni.
Iżżid il-produzzjoni tal-ħalib biex tkun konformi ma’ l-unjoni ewropea? Mal-baqar ma tistax.
Il-burokrazija u l-gruppi l-kbar tal-ħalib magħluq fil-kartun ma jittollerawx il-ħalib mhux proċessat.
Il-bdiewa jridu jħallsu ħafna euros minn buthom biex jiġu konformi ma’ l-unjoni ewropea. Jekk il-gvern jagħlaqlu t-tappiera, il-bdiewa għandhom jieħdu lill-baqra tipprotesta fit-toroq flimkien ma’ Pullicino. Dan huwa pajjiż ta’ pożizzjonijiet finanzjarji u korporazzjonijiet. Huwa l-istat li kkorrompa lill-mafja u mhux il-kontra. Wieħed ma jistax ibigħ il-ħalib tal-baqra tiegħu.
Il-bidwi wkoll għandu familja. Imantni l-baqar u t-tfal u l-mara tmantni lilu.
Issa qed jagħlqulhom it-tapp. Il-gvern qed jgħid li ma jistax jagħmel mod ieħor minnħabba r-regoli u l-uffiċċini tal-Malta Dairy Products u l-protezzjoni lejn il-konsumatur.
L-inbid jista’ jinbiegħ mhux proċessat. Il-ħalib le.
L-iSvizzera ilhom 25 sena jaħdmu b’makkinarji mhux liċenzjati, ankì fl-Awstria li hija fl-unjoni ewropea ma ssib xejn ħażin li tħalli lill-bdiewa kompetenti jagħmlu xogħolhom.
Il-bdiewa u l-agrikolturi huma dawk li jagħtuna l-ikel ta’ kuljum. Jekk dan l-ikel jiġi miż-żoni fejn ngħixu, jiġifieri prodott minn Malta, ir-ringrazzjament għal dawn in-nies għandu jkun akbar.
Jekk ma jużawx il-plastik u l-kimika u l-proċess, mela dawn huma kriminali.
Dawn in-nies għandhom jiġu protetti. Aħna li naħdmu banda oħra, għandna d-dejn ma’ dawn in-nies.
Enerġija privatizzata. Ilma privatizzat. Ħalib privatizzat.
Hawn xi ħadd jaf kemm jiswa l-ossiġnu?
Jiena nagħti parir lil dawn il-bdiewa li rriffjutaw li jkunu konformi ma’ l-unjoni ewropea. Il-parir huwa biex jiftħu kumpanija għal rashom. Jitfgħu l-ħalib tagħhom fil-kartun u jbiegħuh fis-suq u jiddeċiedu huma kemm il-millilitru jbiegħu lill-konsumatur u mhux il-kontra. Importanti li wara xi sena, jibdew jiffalsifikaw il-bilanċi ta’ l-azjenda tagħhom, ħalli l-gvern u l-unjoni ewropea jkunu jistgħu jinvestu fis-sod magħhom.
Biex tikteb kumment dwar l-artiklu, "Il-baqra ewropea": għafas hawn.


































0 Comments:
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home