Ekonomija xokkanti

Fil-milied m’għadnix nirċievi kejkijiet u ċikkulatini biex nirqaq. M’għadhomx jixtruli ħwejjeġ extra large. Sa sena ilu, kienu jtuni kupun ta’ Lm5 biex nixtri qalziet jiswa Lm8. Dis-sena kienet l-agħar sena. Bħala rigal tal-milied tawni indirizz ta’ web-site. L-anqas bżonn ta’ kelma ċavetta biex nidħol.
Biex nixtri il-ktieb: The Shock Doctrine: The Rise of Disaster Capitalism.
Ekonomija Xokkanti: It-Telgħa tal-Kapitaliżmu Diżastruż.
Ekonomija xokkanti tassew. Dan il-ktieb ġie jiswini 12 –il ċenteżmu ta’ l-ewro iżjed milli suppost. Jiswa 16.71 euros mill-Amazon iżda l-calculator bla flus tal-BOV qaltli li dak il-ktieb jiswa 16.82 euros. Ikolli nbaxxi rasi.
L-għan ta’ dan il-ktieb ma rnexxix. Flok irqaqt bix-xokk, iżjed żidt fil-kilogrammi. Kont naħseb li mhu se nistagħġeb b’xejn iżjed: kuljum naqra għal liema ferneżija djabolika kapaċi jasal min għandu l-poteri tad-dinja f’idejh.
Imma milli jidher dan ma kienx biżżejjed għal pressjoni u kolesterol. Naomi Klein, l-awtriċi ta’ The Shock Doctrine, kienet kapaċi ssib informazzjoni li ħadd qabel ma kien sab: l-anqas sandrovella.org! Kienet kapaċi tifforma il-pjan djaboliku numru elfejn u tmienja.
Mhux biex niftaħar imma minn dejjem ħsibt ħażin fuq Friedman u ċ-Chicago Boys imma qatt ma ħsibt li għandhom idejhom tqal bit-tiċpis tad-demm.
L-ewwel kapitlu swieli żewġ pizza margherita f’nifs wieħed u erba’ ġbejniet tal-bżar mhux pastorizzati u l-anqas awtorizzati. L-ewwel kapitlu jitkellem dwar esperimenti ta’ ċertu stil raffinat ta’ tortura psikoloġika pjanati minn tobba u xjenzati biex jagħtu daqqa ta’ id lill-gvernijiet li huma interessati ħafna. Minn hemm, sar eżami komplut u tal-waħx tal-kankru ekonomiku dinji magħruf bħala Skola ta’ Chicago, dik il-filosofija ekonomika feroċi li taffettwa lil Malta u mhux biss.
It-tbatija, il-weġgħat u l-mejtin li produċiet din il-filosofija huma mxerrdin mad-dinja kollha, mill-Polonja għar-Russja, mill-Arġentina sa l-Ingilterra sa l-Iraq. Teorija li tbassar mhux biss diżastri naturali, ekonomiċi, politiċi fuq il-popli taħt xokk; iżda jipprogrammaw id-diżastru fuq mejda mat-tè u l-biskuttini jekk dawn id-diżastri ma sarux waħidhom.
Ħadd ma jeħlisha: kif Naomi turi bl-intervisti lejn nies li kellhom x’jaqsmu direttament billi turi evidenzi konkreti.
Id-dilettanti tal-politika f’Malta huma kompliċi għat-tidwir ta’ kliem. Sant kompliċi fit-trattat u kostituzzjoni u ratifika. Gonzi taxxa jsejħilha miżura, u konsulent isejjaħlu speċjali. Harry l-illegali jsejjaħlu irregolari, u Lowell jgħid li hu razzjali.
Wara li taqraw dan il-ktieb hemm ħafna kliem li se tisimgħu b’mod differenti. “Privatizazzjoni”, “Kompettitività”, “Flessibilità”, “Liberaliżmu”, “Libertà”, “Demokrazija”.....
Jekk tridu tkunu tafu l-għaliex mhu qed isir xejn dwar id-diżastri tal-futur (l-għoli taż-żejt, il-klima globali, l-ekonomija) dan il-ktieb huwa tajjeb għalik. Jekk ma tridx tkun taf l-għaliex mhu qiegħed isir xejn tista’ dejjem tisma’ l-leħen tal-verità u ġieħ is-sewwa.
Peppi Azzopardi u l-ġeografija kellhom raġun: Malta hija parti mid-dinja. Li nesa jgħid hu li dak li jiġri fid-dinja jaffettwa lil Malta imma mhux lill-ġurnaliżmu Malti. Fil-qasam internazzjonali l-ġurnaliżmu Malti wasal sa Arafat, Twin Towers, Brussell, l-arkivji tal-PBS, Britney Spears xagħra mqaxxar, Anġelik u r-rużarju, l-Olanda għad-divertiment sesswali u l-Ingilterra għat-tfittxija ta’ Madeleine McCann.
Il-futur ta’ dawn il-katastrofi jista’ jkollhom effett fuq ażjendi u fabbriki sodi, fuq pajjiż sod u fuq par idejn sodi.
Dan il-ktieb stordini. Tixtrux rigali lilkom infuskom għax tħossukom iżjed waħidkom u b’dan il-ktieb tħossukom iżjed.
Tkun Malti jfisser ukoll tkun waħdek.
Biex tikteb kumment dwar l-artiklu, “Ekonomija xokkanti": għafas hawn.


































2 Comments:
Ma qrajthiex lil Naomi Klein imma qrajt fuqha, u minn dak il-ftit li naf ma tantx għandi xi impressjoni tajba tagħha.
Sa dakinhar li nkun nista' nifforma impressjoni aħjar:
http://www.youtube.com/watch?v=g2kTy7glZ9s
Nota żgħira: Iċ-Chicago School u Milton Friedman b'mod speċjali kien teoristi kapitalisti, imma qatt qatt ma kien favur l-istabbiliment preżenti li jsejjaħ lilu nniffsu kapitalista. Li ssejjħilhom kriminali f'isem dan ir-reġim preżenti huwa żball oħxon ħafna. Huma wkoll kienu rivoluzzjonarji, ħafna iktar minn Klein ikolli ngħid.
圣诞树 小本创业
小投资
条码打印机 证卡打印机
证卡打印机 证卡机
标签打印机 吊牌打印机
探究实验室 小学科学探究实验室
探究实验 数字探究实验室
数字化实验室 投影仪
投影机 北京搬家
北京搬家公司 搬家
搬家公司 北京搬家
北京搬家公司 月嫂
月嫂 月嫂
育儿嫂 育儿嫂
育儿嫂 月嫂
育婴师 育儿嫂
婚纱 礼服
婚纱摄影 儿童摄影
圣诞树 胶带
牛皮纸胶带 封箱胶带
高温胶带 铝箔胶带
泡棉胶带 警示胶带
耐高温胶带 特价机票查询
机票 订机票
国内机票 国际机票
电子机票 折扣机票
打折机票 电子机票
特价机票 特价国际机票
留学生机票 机票预订
机票预定 国际机票预订
国际机票预定 国内机票预定
国内机票预订 北京特价机票
北京机票 机票查询
北京打折机票 国际机票查询
机票价格查询 国内机票查询
留学生机票查询 国际机票查询
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home