Awguri mitt darba!

Il-prezz internazzjonali taż-żejt laħaq il-$100 barmil.
Il-prim ministru ta’ Malta Lawrence Gonzi għandu sfida kbira quddiemu kif dejjem saħaq: il-prezz taż-żejt. Sfida mportanti u diffiċli ħafna, li skond hu, il-poplu Malti qed jerfa’ b’responsabbiltà u l-gvern qed jaffronta din l-isfida tajjeb ħafna.
Mill-kamra l-oħra, il-kap ta’ l-oppożizzjoni Alfred Sant għandu sfida akbar: li jnaqqas is-surcharge b’50 fil-mija ġaladarba jitla’ fil-gvern. Dik hija l-wegħda li għamel malli jitla’ fil-gvern peress li tal-VAT hija skaduta.
Il-prim ministru ta’ Malta Lawrence Gonzi qabel ma wera solidarjetà ma’ Fredu, qal li Fredu ma jafx x’inhuwa jgħid li jnaqqas is-surcharge bin-nofs minnħabba l-għoli bla waqfien tal-bramel.
Minn naħa l-oħra tad-dinja, jitkellem il-president il-ġdid ta’ l-OPEC ( Organisation of the Petrolium Exploring Countries ), Chakib Khelil li huwa il-ministru responsabbli mill-enerġija fl-Alġerija.
Dan qal li l-prezz ta’ 100 dollaru l-barmil mhuwiex neċessarjament prezz għoli u li xorta jibqa’ taħt ir-rekord ta’ l-1980 li kien l-istess bħal 102 jew 110 dollaru tal-lum.
Id-dollaru nieżel imma minn għaxar snin ilu, qiegħed jitla’ fuq: meta l-barmil ikun 200 dollaru, il-rekord ta’ l-1980 se jkun 230 dollaru u l-istorja tibqa’ sejra. Sal-bieraħ kulħadd kien qiegħed jagħjat li l-prezz se jinżel. F’daqqa waħda sar U-turn psikoloġiku tal-100 dollaru bħala xi ħaġa normali.
Il-kelma nteressanti tal-ministru Alġerin hija dik il-kelma: “neċessarjament”. Xi tfisser? Jista’ jkun messaġġ lill-amerikani li bil-barmil għal 100 dollaru il-bilanċ diżastruż taż-żejt fl-Amerika huwa ta’ 573 eluf ta’ miljuni ta’ dollaru fis-sena? Li sakemm ikun hemm xi ħadd (OPEC) li jsellifhom il-flus (Żejt) jista’ jkun ammont sostenibbli?
Ħmistax il-ġurnata oħra fl-Amerika se jkun hemm skossa ekonomika li se taffettwa wkoll lill-Ewropa. M’għandi l-ebda link din id-darba. Din ġibtha mill-moħħ tuba u ġidra li għandi: meta ż-żejt jilħaq dak l-ammont, l-Amerika għandha bżonn toħloq kontro-bilanċ ta’ l-effett u tonfoq eluf ta’ miljuni ta’ dollari.
Iż-żejt jitla’…id-dollaru jinżel….il-euro tissaħħaħ u l-esportazzjonijiet Ewropej jonqsu.
Ninsabu fit-tarf ta’ diżastru ekonomiku dinji u Gonzi jilqa’ l-isfidi qisu ħassa minn fuq dar il-poplu u Sant inaqqas il-kont tad-dawl bin-nofs minn fuq dar il-poplu.
L-unika soluzzjoni għal Malta hija li hemm bżonn ninqatgħu u nagħtu parir lill-unjoni ewropea biex jinqatgħu mill-imperu amerikan. Il-flus investiti fiż-żejt għandhom jiġu nvestiti fi produzzjonijiet ta’ enerġiji alternattivi biex niddependu anqas miż-żejt. Aħjar sagrifiċċju ekonomiku issa milli traġedja l-quddiem!
Iva bil-ħaqq. Malta ma tistax titkellem. Għandha ftit siġġijiet. Pajjiż żgħir. Ma tistax tagħti pariri u ma tistgħax tagħmel li trid f’pajjiżha: ħlief għall-kaċċa.
Malta ewropea fir-riklami biss!
Xi darba, forsi, il-poplu se jistenbaħ li l-affarijiet mhumiex sejrin kif qed jgħidulhom il-politiċi u se jibdew jinteressaw ruħhom. Jekk ikun tard wisq: se jibdew jibżgħu.
Biex tikteb kumment dwar l-artiklu, “Awugri mitt darba!": għafas hawn.


































3 Comments:
bgh升降机 同声翻译 同声传译 同声翻译设备 文件柜 会议设备租赁 同声传译设备租赁 表决器租赁 更衣柜 钢管 无缝钢管 服务器数据恢复 论文发表
升降平台 登车桥 升降机 升降机 铝合金升降机 液压升降机 液压机械 升降平台 升降台 高空作业平台 升降机 升降平台 弹簧 数据恢复 RAID数据恢复 无缝管 博客 Google排名 网站优化
WOW Gold WOWGold World Of Warcraft Gold WOW Power Leveling WOW PowerLeveling World Of Warcraft Power Leveling World Of Warcraft PowerLeveling
Breathalyzer Gas Alarm Breathalyser Co Alarm Co Detector Alcohol Tester Alcohol Tester Gas Detectorgfh
good site: ,,;wow gold site: ,;cheap wow gold site: ,,,,;cheapest wow gold site: ,。
Found two good games Dollar (wow gold) deal! (wow gold) Are cheap! Blue is very good, you may wish to enter the site to its own needs of the trading game coin! (wow gold) Is also available in Dailian game! (wow power leveling)This station is also available wow power levelingwow powerleveling wow power leveling buy rolexof World of Warcraft gold
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home