Tixrobx!

Maltarightnow.com tinforma li s-Sedqa, l-aġenzija kontra l-abbuż tad-droga u l-alkoħol, qegħda tagħmel l-appelli tradizzjonali tagħha biex f’dawn iż-żmenijiet tal-milied u festi jkun hemm responsabbiltà fl-użu ta’ l-alkoħol speċjalment għal min se jiddeċiedi li jsuq. Fl-artiklu jissemmew żewġ ministri tal-gvern li qalu żewġ sentenzi fejn qed jiftaħħru li din is-sena saret kampanja intensiva kontra l-inċidenti traġiċi u li din hija l-ewwel sena fejn il-liġi dwar il-konsum u l-pussess ta' l-alkoħol se tkun fis-seħħ waqt iż-żmien tal-festi.
Dan wara li l-gvern, permezz tas-segretarjat parlamentari għall-biedja u s-sajd, ftaħar ħafna li s-sena 2007 hija sinjifikattiva (din x’kelma hi?) għall-produzzjoni ta’ l-inbejjed Maltin.
Dan wara li l-prim ministru ta’ Malta ftaħar li se jiġu investiti Lm10 mijun u nofs minn kumpanija li tagħmel il-birra u t-taħlit.
Ħames sigħat wara l-artiklu dwar il-kampanja kontra l-abbuż ta’ l-alkoħol, l-istess gazzetta elettronika tinforma li kumpanija oħra farmaċewtika se tinvesti f’Malta . Ma’ dan l-artiklu hemm ritratt ta’ pilloli ġo tazza ta’ l-inbid li jekk tieħu erba' minnhom jiswew daqs 20 tazza vodka bla bżonn jb coke u bil-bżonn ta’ silġ kiesaħ. Fl-artiklu ma jissemmewx ministri. Probabbli qed jagħmlu diżintossikazzjoni jew qed jixorbu xorb analkoliċi fil-festini tal-milied ministerjali.
Għalhekk f’dawn iż-żmenijiet ħadd ma jsiefer: għall-ġbir ta’ fondi tal-partiti u għall-parties tal-milied ministerjali mmħallsin mill-poplu: pratikament l-istess ħaġa.
Però l-alkoħol hija problema serja. Iżda mhux għal Francis Zammit Dimech li jista’ jixrob kemm irid. Dak ma jsuqx. Dak isuqu wieħed li jitħallas mit-taxxi tal-poplu.
L-alkoħol vera huwa pjaga għas-soċjetà. Pjaga bħal ma hija soċjetà bla kultura.
Minnħabba dan il-fattur ta’ l-alkoħol Francis jemmen li huwa responsabbli mill-kultura. Anzi jemmen li huwa l-ministru dedikat għall-kultura. Dak darba Gonzi għamillu ċajta u Francis belagħha. Kull meta Francis jidħol fil-ministeru, tgħidx kemm jitnejjku bih l-iskrivani. Ikunu se jinfaqgħu bid-daħk f’wiċċu. Bħal ma kien se jiġrilhom dawn.
Francis għandu bżonn il-pariri minn għandi biex jgħabbi u ngħallmu jilbes naqra.
Il-ministru tal-kultura f’Malta ma jeżistix.
Iżda Francis huwa bniedem kulturali ħafna. U għandu rispett kbir lejn Malta. Fil-fatt ma’ l-atturi Taljani jilbes il-ġlekk u l-ingrivata u mar-rappreżentant tal-poplu Malti, il-prim ministru ta’ Malta, jilbes qisu wieħed li għandu l-ħadida tal-mogħdija bil-ħsara.
Francis, għandu d-diċenza li ma jibbloggjax waqt il-ħin tax-xogħol bħal sieħbu Pullicino. Jibbloggja fis-1.27a.m. u ġieli fis-1.35a.m. u ftit sigħat wara lejl fuq l-internet: irid ikun l-uffiċċju jaqdi dmirijietu kulturali. Min jaf x’xogħol ta’ kwalità joħroġ minn dak l-uffiċċju! Fil-fatt għal Francis, in-Notte Bianca għalih huwa fattur personali iżjed milli nazzjonali.
Lou Bondì jidher ukoll li jħobbha t-tazza. L-alkoħol huwa perikoluż ukoll għalih. Jemmen li huwa ġurnalist ta’ bilanċ politiku u li jaf idoqq il-kitarra bla leġiju imma l-iżjed agħar huwa li jemmen li sieħbu Peppi huwa ġurnalist ukoll.
L-effetti ta’ l-alkoħol fuq Bondì laħħqu l-quċċata tagħhom meta kiteb l-ittra famuża lill-editur tat-Times of Malta u stieden lill-poplu jqis il-kredibilità tiegħu ma’ dik tal-konsulent frisk tal-prim ministru, John Dalli. (il-comma quddiem John Dalli mhuwiex żball tat-tipografija)
Preżentatur televiżiv jisfida l-kredibilità tiegħu ma’ dik ta' ex-ministru u konsulent speċjali tal-prim ministru. Jisfida lil Dalli imma mhux lil Gizelle.
Għandhom raġun is-Sedqa.
La l-billboards li l-alkoħol jaħxi l-fwied u li jista’ jaħxilek ħajtek f’inċident ta’ karozza ma jaħdmux, nemmen li jekk isir billboard b’Dalli u x-xampanja f’idejh ta’ meta fetħet l-HSBC, iż-żgħażagħ iwaqqfu l-alkoħol immedjatament. Għax jibżgħu li jixtru dar Lm60,000 u jbiegħuha Lm5,000 fil-garaxx u bl-għamara b’kollox.
Jew inkella għandu jintefa’ dan ir-ritratt fil-billboards, bħala edukazzjoni u konvinzjoni lill-ulied tal-ġenituri, li meta jikbru m’għandhomx jixorbu alkoħol:

Fis-sena 2007, kien hemm bosta inċidenti tat-traffiku li kienu kawżati mill-alkoħol. Konsegwenzi oħrajn huma l-għajja mix-xogħol, ħofor tat-triq ġodda u konsegwenzi ta’ bejgħ ta' karozzi li jħallu lis-sewwieq jaqbeż il-limitu ta’ veloċità stabbilita mill-liġi.
Għal dawk li jiddeċiedu li jixorbu ħafna alkoħol u jiddeċiedu bil-fors li jsuqu, ftit wara l-konsum eċċessiv, jekk jirnexxielhom jiftakru jew aħjar jiftakru qabel, ftakru li jiena minn qalbi u bil-quddiem; nixtieq nibgħatkom teħduh seba’ snin f’sormkom.
Dan l-awgurju jmur ukoll għal min jixrob l-alkoħol u l-jelly minn fuq dar il-poplu.


































0 Comments:
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home