Skandlu!

Kull darba li f’Malta jinfaqa’ skandlu, avveniment ta’ spiss ħafna tant li ma tiskandalizzax iżjed ruħek, il-ġurnalisti jinfurmawna fuq kull dettall possibbli, l-opinjonisti jispjegawlna il-kawżi u l-effetti, l-edituri jiktbu editorjali fejn jesprimu l-kosternazzjoni profonda tagħhom.
Il-qarrejja u t-telespettaturi huma informati għal jiem sħaħ sa l-eżawriment tal-fażi emotiva. Sakemm xi trumbettier idoqq “Is-Silenzju” u jitkellmu fuq suġġett ieħor. Snin wara jaslu l-preskrizzjonijiet, il-memorjal tal-mhux ħati ta’ l-interessat, l-amnestiji, il-benedizzjoni soċjali bipartisan ta’ skandlu li ma baqax skandlu, imma sar storja tal-patria. Il-ministri jipproponu rħam u ankè monumenti għan-nies involuti.
Kull skandlu li jinqala’ f’Malta l-ewwel 10 faċċati tal-gazzetti jitkellmu b’toni indinjati. Il-ġurnalisti, fl-aħħar ħielsa, jiskatenaw ruħhom rabjużi fuq persuni li intervistaw b’mod servili l-jum ta’ qabel. Il-ġurnalisti ta’ l-aħbar post dated, il-ġurnalisti ta’ lagħqi tas-srum istituzzjonali ta’ l-editorjal opportun. Ta’ l-istrixxa tar-reklam.
Nispera li l-iskandlu li jmiss ikun dwarhom, l-edituri tagħhom, il-gazzetti tagħhom, ir-rivisti tagħhom, l-istazzjonijiet tagħhom. Li jġib fid-dawl ir-raġunijiet politiċi, ekonomiċi, personali l-għaliex jagħtu aħbar u jeliminaw oħra. Jagħlqu ħalqhom u jirfsu u jgħaffġu. Ġurnalisti li jkunu jafu minn qabel u jiktbu dejjem wara.
L-iskandlu li jmiss għandu jkun fuq l-editorija, fuq il-media, fuq it-taħlita tagħhom mar-riklamar u l-politika.
Kemm qed jitħallsu l-edituri biex iħalluna fl-injoranza?
Il-ġurnalisti premju Pulitzer Maltin huma l-aqwa tad-dinja biex ma jipproduċux l-informazzjoni. Il-gazzetti ma jinqrawx. Mimlijin kummenti tal-kummenti tal-kummenti. Żagħżugħ ta’ 15-il sena jaf jagħmel aħjar ix-xogħol ta’ l-informazzjoni. Kostretti noħolqu blogs biex ngħaddu kwalunkwe informazzjoni. Qisna morna fi żmenijiet tal-ġurnaliżmu klandestin fejn kienu jiġu arrestati u kundannati dawk in-nies li kienu jxandru aħbarijiet kontra l-klikka. Bid-differenza li llum ma hemmx il-ponn tar-repressjoni, imma l-ingwanti ta’ l-indifferenza.
skandli post dated :
Norman Bezzina.
Tristan B.
Giovanna Debono.
Kirkop Supermarket.
Alex Attard.
John Dalli.
Etienne St. John.
Forzi Armati.
Louis Galea.
Alfred Sant u l-Lay Lay.
Kunsilli Laburisti.
Where’s Everybody?
Charles Mangion.
L-ittri tal-laburisti lill-gazzetti.
il-president eċċellenti Eddie Fenech Adami k/a Edward Fenech u Żeppi l-Ħafi k/a Joseph Fenech.
Tony Abela.
Thomas Woods.
Gordon Brown.
Luciano Moggi.


































0 Comments:
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home