Propaganda tal-plastik

The Malta Independent teloġja lill-ministru impjegat George Pullicino dwar il-villaġġ tal-Milied. L-editorjal jgħid: “Ħaqqhom patpita fuq wara.”
Jiena fuq wara kont intih xi ħaġa oħra. Il-plastik tas-soft drinks.
Ir-rigal tal-milied tal-ministeru ta’ l-ambjent lill-poplu Malti huwa l-użu tal-plastik fis-soft drinks.
Ankè tad-di-ve induna li se tiżdied il-problema taż-żibel.
Il-ftehim biex jiġi liberalizzat dan is-suq ta’ plastika kien parti mill-pakkett ta’ ftehim bejn Malta u l-unjoni ewropea. L-oppożizzjoni dak iż-żmien kienet okkupata biex tara kif se titlef l-elezzjoni ġenerali flok tispjega x’kien se jiġi ffirmat f’dan il-pakkett. Dawk li jissejħu ġurnalisti kienu okkupati jġibu l-investimenti pubbliċitarji u siġġijiet għalihom fi Brussell. Dak li jsejjaħ lilu ġurnalist tal-Ġimgħa, kien okkupat jibgħat il-faxes lill-lukandi għax l-e-mail tal-maltanet kien qed itih il-problemi.
Alfred Sant qala kritika għax xtaq li jbażwar ‘l hawn u ‘l hinn wara li l-ftehim li ġie ffirmat. Ma nistax nifhem l-għaliex Fredu meta jgħid xi ħaġa tajba, ma terġax tisimgħu jgħidha. Probabbli għax mhux kapaċi jagħmilha għax probabbli mdawwar b’nies li għalihom il-politika hija kampanja pubbliċitarja tal-plastik.
Probabbli wkoll li kieku Alfred Sant ħa sehem fil-ftehim bejn Malta u l-unjoni ewropea, il-coca cola kienet toħroġ f’pakketti tal-condoms.
It-tfal ta’ Malta huma vittmi. Vittmi tal-futur ambjentali u vittimi tal-preżenza tal-politika tal-propaganda tal-plastik. It-tfal li jattendu u jorganizzaw attivitajiet għall-iskola ta’ l-ekoloġija: Ekoskola, qegħdin jiġu wżati u riċiklati biex meta sseħħ xi attività, l-ministru jmur jippoppa sidru u juri li qegħda ssir xi ħaġa għall-ambjent.
Fl-artiklu ta’ Pullicino (li kiteb waqt il-ħin tax-xogħol): Eko-skola, storja ta’ suċċess. , l-impjegat qomos meta t-tfal qalulu li għandhom jiġu evitati karti stampati biex jintbgħatu d-dar. Qomos għax inkella ma jkunx jista’ jikkompeti bl-istess mod mal-kandidati ta' l-elezzjoni u ġab l-iskuża li mhux kulħadd għandu l-computer id-dar. Probabbli ried jgħid li mhux kulħadd għandu dar fejn jagħmel il-computer.
Meta tifel minn ta’ l-Eko-skola jirnexxielu jsib post u jiżżewweġ u jkollu t-tfal, se jagħraf il-verità l-għaliex id-dinja spiċċat bla żejt. Waħda mir-raġunijiet se tkun l-użu bla direzzjoni tal-plastik, għax il-plastik huwa magħmul prinċiparjament miż-żejt.
L-istudent ta’ l-ekoskola se jiftakar fl-ekotaxxa ta’ Gonzi biex jikkastiga lil min juża l-plastik u se jiftakar ukoll li kien l-istess gvern li daħħal l-użu eċċessiv ta’ plastik f’Malta biex ikompli jikkastiga l-konsumatur u jiffavorixxi l-kapitalisti.
L-istudent ta’ l-ekoskola se jiftakar li xi darba kien imur bniedem bin-nuċċali u bil-mustaċċi jkellmu mingħajr il-permess tiegħu. Se jiftakar li dan il-bniedem bil-mustaċċi kien dejjem iġib miegħu l-cameraman u l-fotografi nkella ma kienx jersaq lil hemm. Se jiftakar li dan il-bniedem ma kienx kapaċi jeħodha kontra l-gvern fil-miftuħ dwar deċiżjonijiet ambjentali bħal din tal-luminati fil-plastik għaliex riesqa l-elezzjoni; għaliex hemm il-ġieh tal-partit fin-nofs!
L-istudent ta’ l-ekoskola se jiftakar f’raġel li xagħru kien separat minn moħħu, u moħħu separat minn ġismu, li qatt ma tkellem fuq dawn l-affarijiet deċiżi mill-unjoni ewropea għax kien jibża’ li jitlef il-voti.
Fiż-żmenijiet ta’ l-għonnella, iż-żibel ma kienx jeżisti. L-iżjed li kien jagħmel il-bidwi, kien li jarmi xi qoxra ta’ tuffieħa u għadma tat-tiġieġa. U dan iż-“żibel” flok kienu jispiċċaw fil-muntanja tal-Magħtab, kien jittiekel mill-ħnieżer u l-majjali.
Il-lum flok il-ħnieżer u l-majjali hemm il-konsumatur. Flok l-għonnella llum hemm Pullicino.
Mis-sena 2007, tal-ħanut se jtik il-plastik flok il-ħġieġ. Se jiżdied il-prezz tal-luminata, se jiżdied il-prezz taż-żejt, se jiżdied il-prezz tat-trasport ta’ dan l-istess plastik li jerġa’ jirrifletti fil-prezz tal-luminata.
Meta l-mara tad-dar tmur bil-plastik tal-luminata għand tal-ħanut, tal-ħanut mhux se jaċċettah bħal ma kien jaċċetta l-flixkun tal-ħġieġ u mhux se jtiha x-xelin tal-flixkun. Anzì se jiżdied l-iskart, it-taxxi fuq l-ekokontribuzzjoni u t-taxxi biex dawk il-fliexken tal-plastik ikunu jew riċiklati (?) jew midfunin biex forsi jinqerdu wara elf sena.
Fhimt Gonzi issa għaliex qiegħed jogħla l-prezz taż-żejt?
Fhimt Gonzi issa għaliex togħla l-ħajja?
Fhimt Sant issa għaliex hemm bżonn li twarrab miż-ż*** ta’ nofs?
L-inkwiet ta’ Gonzi huwa l-isfida tal-prezzijiet taż-żejt, imma l-iżjed sfida li għandu hija kif se jagħlaq il-ħofra fonda.
Dik li l-unjoni ewropea għamlitlu f’sormu.
Sfortunatament, f'dan il-każ biss, sormu tirrapreżenta lil sormi wkoll.


































0 Comments:
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home