contact: info@sandrovella.org

Friday, 14 December 2007

L-intermezz tal-buffu

  • Ritratt oriġinali.

    L-impjegat tagħna George Pullicino jibbloggja:
    Arja aktar nadifa b'inċeneratur modern.

    Fit-tislima tiegħu lil Enzo Biagi l-impjegat tagħna ddikkjara onestament li mal-mewt tal-ġurnalista spiċċat biċċa minn ħajtu. Kieku f’Malta jeżisti ġurnalist bħal Enzo Biagi, il-ħajja ta’ Pullicino kienet tispiċċa kollha.

    F’dan l-artiklu dwar Enzo Biagi, Pullicino jikteb: “Naħseb li Dario Fo jippermettili ngħid li fil-fatt nemmen li hija luttu tal-ġurnalizmu liberu ewropew.” Dario Fo rebaħ il-Premju Nobel għall-Letteratura 1997 għax ta dinjità lill-opressat bl-intermezz tal-giullare tradizzjonali. Pullicino l-anqas irnexxielu jirbaħ il-bajda ta’ l-għid fit-tombla, imma l-intermezz tal-buffu rnexxielu tassew.

    Dario Fo dwar l-inċenerituri: ( 27 ta’ Mejju 2006 )

    Irridu li t-tfal jilgħabu qalb il-pjanti u l-kampanja..u ankè l-anzjani jkunu jistgħu jgħixu l-ħajja tagħhom...jiem sereni, forsi mank jilgħabu bil-boċċi fil-pjazza tad-Duomo!

    Forza! Ejja nirrabbjaw lis-soċjetà tal-propjetàjiet, l-imprendituri, il-produtturi tal-karozzi u ta' l-inċenerituri! Ejja nnadfu Milan mill-infezzjoni ta’ dawn in-nies. Ejja nieħdu lura s-sema, l-istilel, l-arja, il-ħajja.

    source: Il-blog ta’ Beppe Grillo.

    28 ta’ Settembru 2006 - Greenpeace Italja: 30,000 firma biex jgħidu LE għas-sussidji mill-gvern għall-inċenerituri.

    Skond l-impjegat George Pullicino, din il-magna hija: “Faċilità li ġiet tiswa madwar 13-il miljun Euro, li minnhom 11-il miljun Euro ġew mingħand il-gvern Taljan.”

    Issa l-gvern Taljan qed jissussidja l-gvern Malti. Frattini rranġalna żewġ toroq u lura ried li Malta ssir ċentru ta’ refuġjati. Xi jrid lura l-gvern Taljan mill-11 –il miljun ewro ta’ l-inċeneritur?

    Ġietek f’rasek Pullicino għaliex il-gvern Taljan ta 11-il miljun Euro lil Malta biex jibni l-inċeneratur il-ġdid?

    Il-finazjamenti jmorru għan-nies tas-soltu. Mill-multiutilities ta’ l-inċenerituri għall-Edison, EniPower, Enel , Fooster and Wheeler, Sarlux, ApiEnergia li jdawwru 3.1 miljardi Euro fis-sena. ‘Ċertifikati ħodor’ biex dejjem igawdu HUMA. Bi flusna. Mill-kont tad-dawl. Dan jiġri kollu għal wiċċ dawk li jridu jsibu soluzzjoni alternattiva li jirċievu parti minima mill-fondi.

    Dawn il-magni tal-cancer qegħdin fuq saqajhom għax niffinanzjawhom aħna b’mekkaniżmu llegali ankè għall-istess unjoni ewropea. L-investituri tal-borża iridu iżjed inċenerituri, gassifikaturi, ċentru ta’ faħam ‘nadif’. Naturalment grazzi biss għall-finanzjamenti pubbliċi.

    Qegħdin jerfgħulna post fid-dinja l-oħra minn qabel għal kulħadd u sadanittant igawdu jkunu kapitalisti bi flusna!


    L-oppożizzjoni tidher kontra dan l-inċeneritur, però għadha mhix konvinta. Qed tibża’ li tieħu xi żball u titlef xi vot! Meta l-oppożizzjoni tkun se tagħmel xi ħaġa tajba, tmur pass lura. Bħal każ tar-riżenja ta’ Alfred Sant.

    Fil-blog tiegħu Pullicino jmaqdar l-oppożizzjoni għall-kumment żgħir żgħir żgħir li qalet. Li ma kitibx Pullicino huwa li fil-parlament Taljan, kemm mill-oppożizzjoni u kemm mill-gvern hemm min qed jipprova jabolixxi dan il-mekkaniżmu drogat taċ-‘Ċertifikati Ħodor’ imma l-lobbying traversali jirreżisti. Mill-Alleanza Nazionale għad-Demokristjani Soċjalisti, għal ex-Forza Italia, La Margherita, Rosa nel Pugno, UDC...u l-lista ta’ Antonio di Pietro li jifformaw parti mill-gvern Taljan.

    Ankè dak li tilef il-passaport li huwa parti mill-gvern ta’ Prodi huwa inkwetat mhux ħażin.

    Hemm bżonn li jinkwieta ħafna iżjed!


    mill-arkivji:
    L-impjegat tagħna Pullicino
    Kont taf li l-inċeneratur se jiċċaqlaq?
    Sintomi f’Pembroke

  • 0 Comments:

    Post a Comment

    Links to this post:

    Create a Link

    << Home