contact: info@sandrovella.org

Wednesday, 26 December 2007

Jum il-boxing

Wara l-ġurnata dedikata għall-festa tal-milied: kollox lura għan-normal.

Il-ħalliel tal-lottu ġie instigat wara li ra l-messaġġi tal-milied tal-president, il-prim ministru u l-arċisqof.

Il-ħsieb tal-ħalliel kien li jekk dawk irnexxielhom jaslu sa hemm fuq b'dak il-ħaxi kollu minn taħt, min jaf fejn jista' jilħaq huwa jekk jaħxi fid-dawl tax-xemx. U peress li ma kellux flus biex imur ma' prostituta, iddeċieda li jmur jisraq.

L-ewwel mar ġo dar ta' anzjan biex jisraqlu l-pensjoni tiegħu. Imma meta ra l-flus tal-pensjoni, il-ħalliel qallu li se jħenn għalih għax tan-nejk li jiġi misruq darbtejn fl-istess xahar.

Wara prova jisraq lill-lukanda tal-president fejn bħalissa hemm ir-rigali ta' l-istrina, prova jisraq lill-knisja fejn imorru d-donazzjonijiet ta' l-istrina u prova jmur kastilja fejn jiġbdu l-video clips ta' l-istrina; imma nzerta sabhom it-tlieta magħluqin u mar f'post simili tat-tlieta li huma: dipartiment tal-lottu ta' raħal dedikat lill-qaddis li nzerta l-uniku envaġelista li semma l-istraġi ta' Herodes Antipatros.

Wara s-serqa mar jieħu d-diesel li ħaditlu għaxar liri u ma tatux irċevuta lura. Wara li rnexxielu jinqeda żied ftit ilma ġot-tank tad-diesel kif għalmu ħuħ li għandu xarabank. Ħdejn il-pompa puntwali sab lill-prostituta li ħaditlu għaxar liri oħra u ma setax iqumlu ħabba l-ammont ta' ħxuna ta' plastik li kien hemm fil-condom.

Il-prostituta tat seba' liri lill-protettur tagħha li kien qed jistenniha fil-karozza. Għadda s-surġent b'kumbinazzjoni u minnhom ħa tliet liri u flixkun birra. Żewġ liri minnhom mar jixtrihom card tal-mobile. Liema kumpanija tal-mobile ħa tagħti donazzjoni biex in-nies ifiequ mill-cancer. L-uniku fejqan f'dan l-istadju huwa r-riċerka. Parti mir-riċerka se jiġu nvoluti u mħallsa nies li jaħdmu fid-dipartimenti tat-telefonija biex jaraw jekk il-kumpanija tagħhom tikkollobarax mal-marda qerrieda.

Wara se jitħejja rapport fejn il-mobile phones m'għandhomx x'jaqsmu mal-marda tal-cancer. In-nies jibqa' jaqbadhom il-cancer, il-familjari jiddispraw, uħud m'humiex intitolati għad-donazzjonijiet mogħtija biex imantu lilhom infushom meta jqattgħu ġranet sħaħ mal-qarib marid flok imorru għax-xogħol. Liema disperazzjoni twassal lill-familjar li jmur jisraq jew jipprova jisraq dipartiment ta' istituzzjoni li tippriedka dak li fil-fatt tagħmel bil-kontra.

Meta ma jsibux magħluq.

0 Comments:

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home