contact: info@sandrovella.org

Thursday, 20 December 2007

It-tniġġiż huwa moqżież

L-impjegat tagħna George Pullicino għandu ħafna x’jitgħallem fil-propaganda għal ambjent aħjar.

Il-propaganda ta’ l-ekoloġija qed isir fenomenu mportanti ħafna. Hawn Malta wasalna sa aħsel idejk wara li tpixxi, issepara l-ħġieġ minn mal-luminati u l-plastik mill-università u s-siġra tal-milied fuq l-għolja tal-Magħtab.

Il-billboard bit-toqba tas-sorm hija opera ta’ l-aġenzija Guangdong Advertising ta’ Pekin għall-assoċazzjoni Green Family Youth Association of Environment Protection. L-għan huwa għan-nies tad-dar li jagħmlu ċertu azzjonijiet ta’ kuljum li mingħajr ma jafu jħassru l-ambjent fejn jgħixu, billi jħammġuh u iniġġżuh u konsegwentement jikkomprettewh.

Dan isir billi jitwaħħlu billboards li juru figura ta’ sorm maqsum, kif suppost ikun, u juru dan is-sorm okkupat għal dak li huwa xogħolu.

Jekk George Pullicino jagħmel billboard dak it-tip ikun vera qed jaħdem b’ruħu u ġismu u jagħmel wiċċu għar-rispett ta’ l-ambjent. Jista’ jagħmel dan il-billboard għall-festi spiritwali biss sakemm iċ-ċensura tagħlaq u terġa’ tiftaħ.




Dan il-billboard qed jinfirex sew fil-belt famuża taċ-Ċina: Guiyu fejn għandhom problema serja u estrema ta’ tniġġiż.

F’din il-belt jintremew 100 miljun tunnellata ta’ e-waste, (materjal tossiku li jniġġeż) li ġejjin ukoll mid-dinja oċċidentali u kuljum jiġu mixħuta kwantità ta’ sostanzi tossiċi fil-widien li huma parti mit-toroq ta’ din il-belt.

Qishom bħat-Taljani li taw lil Malta 11-il miljun ewro biex jinbena l-inċeneratur il-ġdid.
It-Taljani jarmu u l-partiċelli nani fuq ras il-Maltin.

Dan il-billboard ikun tajjeb jitwaħħal maġenb Baħar iċ-Ċagħaq u x-Xemxija, għalkemm l-għawwiema jistgħu jaħsbu li ma jistgħux jgħumu biż-żejżiet barra imma bil-fors iridu jikxfu sormhom.

Dan il-billboard ikun tajjeb kieku jitwaħħal fl-għalqa ta’ Kordin fejn inħeba l-materjal tossiku tal-vapur Norveġiż Kronviken meta tneħħa mill-Magħtab.

Dan il-billboard ikun tajjeb quddiem il-Malta Drydocks, il-Malta Freeport u t-Toly Products.

Mhux tajjeb però quddiem xi bank jew f’Albert Town għax jiżbgħu l-uċuh bl-iswed. U f’Albert Town iżjed u iżjed għax ikun hemm xi ħadd li spiċċawlu l-flus li juża l-billboard għall-skopijiet oħrajn.

Mhux tajjeb l-anqas quddiem id-dar ta’ Grace Borġ għax tiftaħ kawża talli tteħdulha d-drittijiet intellettwali ta’ l-awtriċi. Titlifha żgur għax dak is-sorm tal-billboard m’għandux suf.

M’għandux jitwaħħal l-anqas quddiem id-dar tan-nutar Tony Abela ħabba nuqqas ta’ etika u kif ukoll għax jista’ jisirqu u jdendlu fid-dar ċentrali bħala mera flok ir-ritratt tal-president.


0 Comments:

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home