contact: info@sandrovella.org

Monday, 31 December 2007

It-tilqim iċempel darbtejn

  • Rigal ta' l-istrina: It-tilqim ta' tfal verżjoni Jannar 2008 huwa bla flus.

    Lejlet l-2008, il-bankiera u l-gruppi farmawteċi jidher li mhux se jistrieħu.

    Il-poplu huwa msejjaħ għat-tilqim ta' l-ewwel tas-sena. Wara xahrejn u nofs mit-tilqima ta' l-influwenza.

    Din id-darba, bi spirtu ma' l-attivitajiet nazzjonali ma' Lejl Ewro, il-gvern qiegħed joffri it-tilqim ta' l-ewwel tas-sena, bla ħlas lill-pubbliku ġenerali. Għax it-taxxi ma jħallashomx il-pubbliku ġenerali.

    It-tilqim ta' Ottubru 2007 ma kinux bla ħlas ħlief għall-nies iżjed minn 55 sena u għall-istaff mediku.

    Skond id-dipartiment tas-saħħa ta' l-influwenza ewropea, hemm bżonn li tittieħed tilqima urġenti minħabba li fil-jiem ta' wara l-ewwel tas-sena, l-influwenza tista' tikber. Dan ifisser li inti tieħu t-tilqima fl-1 ta' Jannar 2008 biex l-influwenza ma taħkmekx fit-2, 3 u r-4 ta' Jannar u ftit ġranet wara.

    Mela għaliex biex ma tinqabadx l-influwenza f'Diċembru 2007, il-pubbliku ried jieħu t-tilqima f'Ottubru?

    Suppost il-protezzjoni tat-tilqima ddum bejn erba' u sitt xhur, għalkemm studji oħrajn juru bejn sitt u tmien xhur, u d-dipartimenti tas-saħħa dejjem taw pariri li t-tilqima għandha tittieħed kull Ottubru għax mhux tajjeb li ż-żmien tat-tilqima ikun ħafna qabel l-epidemija influwenzali li tkun bejn Diċembru u Frar u dan l-aħħar żdiedet sa Mejju.

    Jekk l-influwenza qegħda tiġġebbed fiż-żmien, għalkemm dan it-tilqim kollu: jew it-tilqim mhux jaħdem; jew qed jitnaqqsu l-ingredjenti tat-tilqim biex ma jkunx hemm ħafna effetti kollaterali jew biex jiżdiedu l-perjodi tat-tilqim u allura iżjed spiża pubblika; jew il-poplu tilef il-fiduċja fit-tilqim.

    L-artiklu tad-di-ve wera fiċ-ċar li l-poplu jixtieq jagħtas darba fis-sena milli għaxar snin oħra tinbitlu xi ħaġa f'ġismu li ħadd ma jaf x'inhi u minn fejn ġiet. Il-poplu jixtieq li la jħallas taxxi fit-tilqim u la jħallas taxxi jew karità fir-riċerka ta' l-effetti kollaterali li jista' joħroġ it-tilqim li sa sena ilu kien jittieħed darba fis-sena.

    Għaliex tnaqqas iż-żmien tal-perjodu ta' protezzjoni u minn sitt xhur sa tmien xhur sar erba' għal sitt xhur?

    Dawk li tlaqqmu f'Ottubru 2007 għandhom għalfejn jeħduha t-tilqima esperimentali ta' l-ewwel tas-sena la l-protezzjoni tat-tilqima suppost isservi minn erba'/sitt sa sitt/tmien xhur?

    Il-dipartiment tas-saħħa m'għandix din it-tweġiba fl-istqarrija li ħarġet.

    L-inkwiet mhux Paceville biss qiegħed.

    Il-larinġ u l-għeneb huma l-kura tradizzjonali għall-influwenza. Tradizzjonali bħal meta l-bużnanna kienet iżżomm il-flus taħt il-madum flok fil-bank. Tradizzjonali bħal meta l-bużnannu kien jgħid "Erfa' u sorr għal meta tiġi bżonn" flok iddejjen u mbagħad naraw.

    Jiena għalissa nippreferi nibqa' nieħu l-larinġ. Nippreferi nimla' l-loki biex inbattal imnieħri.

    mill-arkivji:
    Tilqim bil-bajd.
    Tilqima traqqad il-bhima.

  • 1 Comments:

    Blogger La delirante said...

    Happy New Year for you and your family Sandro!

    Best wishes from David and Wendy.

    01 January 2008 16:31  

    Post a Comment

    Links to this post:

    Create a Link

    << Home