Is-suspettati tas-soltu

Min ordna l-qtil ta' Benazir Bhutto?
Lil min se tpaxxi din it-telfa vjolenta ta' Bhutto mill-agunija politika tal-Pakistan? It-tweġiba mhix sempliċi. In-nies li kienu nteressati għall-eliminazzjoni ta' din il-mexxejja ta' l-oppożizzjoni ftit maħbuba huma ħafna. Il-lista tas-suspettati:
Pervez Musharraf.
L-iżjed wieħed li huwa indizzjat li għamel dan id-delitt. Naħseb li kien l-inqas wieħed li seta' għamlu. Il-pożizzjoni tiegħu hija perikolanti ħafna: magħfus kif inhu bejn id-diffidenza ta' l-ex alleati amerikani; l-oppożizzjoni minn naħa waħda tal-maġistratura u mill-forzi militari u r-rabja tal-popolazzjoni. Ipoġġi s-sitwazzjoni tiegħu iżjed agħar billi joqtol lil Bhutto: kienet tkun azzjoni stupida ta' proporzjoni kolossali. Musharraf huwa dittatur korrott u opportunista imma mhux dittatur stupidu.
Hemm possibilità żgħira li huwa seta jaħseb li bl-eliminazzjoni tal-mexxej ta' l-oppożizzjoni se jdgħajjef il-partit ta' l-avversarju politiku tiegħu, u li se jkollu raġuni valida li jbiddel id-data ta' l-elezzjonijiet u li jirrafforza l-istat ta' l-emerġenza bl-iskop li jinnewtralizza darba għal dejjem il-fidili tal-partit politiku avversarju.
Al Qaeda.
Kull ma jiġri, is-suspett dejjem jaqgħa fuqha. Skond news.com.au, site ħabiba ma' Rupert Murdoch, jiġifieri ma' l-informazzjoni mmexxija favur l-amerikani, Al Qaeda hija l-unika responsabbli tat-taħwid li hemm fil-pajjiż. L-amerikani, skond din is-site, diġà qed iħejju ruħhom bl-armamenti biex b'kumbinazzjoni jinforzaw il-preżenza tagħhom fil-Pakistan biex ma jħallux lil dan il-babaw jaħkem il-pajjiż wara li ġie mkeċċi mill-Iraq.
Al Qaeda hija parti mill-fantażija tas-servizzi sigrieti ta' l-iżrael-oċċidentali. Jeżistu gruppi terroristiċi organizzati li huma mħallsa mis-servizzi ta' l-intelligence oċċidentali u mhux, liema forza politika u militari mhijiex għad-diskussjoni.
Il-Pakistan huwa wieħed mill-pajjiżi fejn it-terroriżmu islamiku organizzat għandu rilevanza kbira. Dawn il-gruppi jaspiraw li jneħħu lil Musharraf mill-poter u jeħdulu postu. Il-prospettiva li jkollhom mara bħala futur prim ministru tal-pajjiż żgur ma niżlitx għasel. Jiġifieri, għalkemm mhux spiss, il-gruppi terroristiċi setgħu kellhom tassew x'jaqsmu mal-pjan ta' dan il-qtil u mhux biss fil-provvista tal-ħaddiem suwiċidali.
Nawaz Sharif.
Għal darbtejn, prim ministru tal-Pakistan. Imwaqqa' mill-kolp ta' stat ta' Musharraf fl-1999 u eżiljat fl-Arabja Sawdija. Irnexxielu wara ħafna taqtigħ ta' qalb, imur lura lejn il-pajjiż u jsir kap ta' l-Assoċazzjoni Musulmana tal-Pakistan. Partit li l-għan tiegħu kien li jikkontesta fl-elezzjonijiet tat-8 ta' Jannar 2008. Wara ħafna laqgħat ma' Benazir Bhutto, twieled proġett biex jibbojkottjaw l-elezzjonijiet li jmiss; dejjem jekk l-imħallfin imneħħija minn Musharraf f'isem l-emerġenza, ma kinux imorru lura fil-pożizzjoni tagħhom.
Fit-3 ta' Diċembru 2007, il-kummissjoni elettorali ma ħallewhx jikkontesta l-elezzjoni minnħabba l-attakki ta' terroriżmu ta' qabel u d-dirottament ta' l-1999 peress li prova jwaqqaf li l-ajruplan ta' Musharraf ma jinżilx f'Karachi. Fl-għaxra ta' Diċembru 2007 ikkomunika lill-kummissjoni elettorali li xorta kien se jikkontesta l-elezzjoni ta' Jannar 2008, iħalluh u ma jħalluhx.
Issa wara l-mewt ta' Bhutto reġa' sejjaħ bojkottaġġ għall-elezzjoni. L-alleanza tiegħu ma' Bhuto ġagħlet lil Musharraf jagħmel data għall-elezzjoni u jirriżenja minn kap tal-forzi armati. Issa, bil-mewt tal-ħabiba tiegħu, Nawaz Sharif, irnexxielu jeħles minn persunaġġ liema popolarità u ambizzjonijiet kienu kompetenti ma' tiegħu.
Jista' jkun ukoll li jilħaq il-mexxej il-ġdid ta' l-oppożizzjoni.
CIA u Mossad.
Kull fejn ikun hemm mira għat-taħwid, firda u gwerer ċivili, l-idejn viżibbli ta' dawn it-tnejn, qatt ma jitilfu l-appuntament. Nazzjon li jiġġieled bħall-imsaren fl-istess żaqq, jiġifieri mhux nazzjon, huwa iżjed faċli tikkontrollah minn nazzjon li għandu amministrazzjoni ċentrali. Iżjed u iżjed jekk il-mexxej ta' din l-amministrazzjoni ċentrali jinzerta l-kap tal-forzi armati, fejn Musharraf kien sa ftit żmien ilu bil-mudelli tal-bomba atomika.
Jekk is-servizzi sigrieti amerikani u ta' l-iżrael bil-kollaborazzjoni ta' dawk pakistani, jisperaw li joħolqu l-paniku fil-pajjiż, jistgħu jkollhom sorpriża kerha.
Musharraf, illum, jaf tajjeb ħafna li d-destin u l-poter tiegħu huma mdendlin mal-ħajta. Jekk l-isplużjonijiet taċ-ċittadini rrabbjati, il-ħruq tal-karozzi u tat-trasporti, il-ġlied mal-pulizija diġà bdew mil-lum, skond ktieb li nqara u reġa' nqara, mhux neċessarjament li l-president tal-mument jittollera mingħajr ma jieħu azzjoni għal din il-firxa tal-protesti.
Musharraf jista' jisfrutta din is-sitwazzjoni billi jippersegwita lil kull min għandu xi rabta, jew suspettat minimament li għandu xi rabta mal-fundamentalisti. Jekk l-intelligence amerikana u dik ta' l-Iżrael ħasbu li bil-qtil ta' Bhutto, se jagħtu daqqa kbira lill-poter ta' Musharraf, jistgħu jsibu li fir-realtà tawh iżjed qawwa.
Kollox jiddependi mill-għażliet li se jagħmel il-president Pakistan fis-sigħat li ġejjin. Jekk se jagħti lok għall-protesti li jinfirxu u jew jekk se jagħti ħafna permessi lil forzi militari amerikani, li qegħdin diġà jippreparaw biex jinforzaw il-preżenza tagħhom fil-pajjiż: il-bomba li jmiss tista' tkun diretta lilu. Sogru li Bhutto għamlet fil-kontijiet tagħha, imma li Musharraf mhux lest li jieħu.
Nispera biss li Musharraf ma jisfogax f'Malta.


































0 Comments:
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home