Il-milied tal-movimenti

Mill-partiti politiċi qtajt qalbi. Jiftehmu bejniethom u jieqfu mill-politika minħabba l-ispirtu tal-milied.
Mentri l-iskop tat-twelid tal-messija kien dak li għal ftit żmien irnexxielu jissepara l-politika minn mar-reliġjon. Ġesù kien politiku, mhux reliġjuż, peress li ma setgħax iħaddan ir-reliġjon tal-kristjaneżimu.
Trid tkun politiku ta’ vera biex jirnexxielek tbiddel l-ilma fl-inbid u miżbla f’siġra tal-milied.
Biex jiġi mfakkar wieħed mill-aqwa politiċi tad-dinja: id-dinja tal-politika tieqaf xahar sħiħ. U r-reliġjon tieħu r-riedni f’idejha.
B’hekk iddeċidejt li nħares fid-dinja tal-movimenti li hawn f’Malta u ħarist kif iqattgħu l-milied tagħhom.
Tal-Graffitti u movimenti favur l-ambjent u n-natura, qattgħu l-festi tal-milied, jipprotestaw quddiem iċ-Ċirkus biex l-annimali jmorru lura fl-abitat naturali tagħhom.
Kienet għaddejja wkoll petizzjoni madwar l-annimali taċ-Ċirkus biex flok tal-Graffitti, jirrapreżentahom Peppi Azzopardi, għax almenu dak jidher iżjed konvinċenti.
Movimenti oħrajn li kellhom milied interessanti, huma l-assoċazzjoni studenteska Maltija fil-mediċina u l-moviment ta’ VivaMalta.
L-unika ħaġa komuni bejn l-MMSA – Malta Medical Students Association u VivaMalta hija li s-software li wżaw biex ħolqu il-web-site tagħhom huwa l-Joomla!.
F'dan il-milied 2007, Il-Malta Medical Students Association, taw appoġġ kbir lill-immigranti llegali billi provdewlhom ħwejjeġ bla flus, organizzawlhom festini u attivitajiet u kif ukoll lezzjonijiet bl-Ingliż.
Iżjed milli jieħdu ħsieb l-immigranti llegali f’Malta, għamlu xi ħaġa ħafna iżjed aħjar: evitaw l-attenzjoni tal-media.
L-attivitajiet tagħhom ma jsirux biss fiż-żmenijiet iddedikati għall-milied.
Dan il-grupp japprezza li jkun hemm rispett lejn din is-soċjetà għal dawn l-inqas ixxurtjati.
Ir-rispett lejn l-MMSA ħaduh minn VivaMalta li għal dan il-milied iddeċidiet li tikteb kanzunetta ferriħija.
L-isem ta’ din il-kanzunetta hija:
Kanzunetta tad-daħq (iżda mhux ħafna) tal-Milied.
Il-kliem tal-kanzunetta tal-milied miktub minn VivaMalta huwa dan:
“ Ninni la tibkix iżjed, Ninni ja klandestin,
Ħallih għalina l-biki, għax bikom imdejjqin!
Ejjew ejjew arawhom, kollha b'żaqqhom mimlija,
In-nisa kollha ħobbla, w’ it-trabi fil-fisqija.
Aħna nħallsu t-taxxi, biex dawn jitnejku bina,
Jgħidulna sfieq ġo wiċċna, li rrid: inti ttina.
Aħn'għandna lill-ġiżwiti, biex dawn jaqbżu għalina,
U inthom bħal kornuti, oqgħodu mqannqin bina. ”
L-attivitajiet ta’ VivaMalta ma jsirux biss fiż-żmenijiet iddedikati għall-milied.
Biex tisma’ il-kanzunetta live: “Kanzunetta tad-daħq (iżda mhux ħafna) tal-Milied”, għafas hawn.
Mill-movimenti qtajt qalbi wkoll.
Biex tħalli kumment dwar l-artiklu, “Il-milied tal-movimenti”: għafas hawn.


































0 Comments:
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home