contact: info@sandrovella.org

Tuesday, 18 December 2007

Il-Manifest tal-Killer fit-teatru

Dak li l-knisja pruvat tnessi u tiċċensura, urieh it-teatru.

Dak li Fr. Joe Borġ, il-blogger ewlieni tat-Times of Malta, iċċensura, se jintwera fit-teatru.

Fr. Joe Borġ iċċensura il-ktieb: Il-Manifest tal-Killer milli jinqara fil-programm tar-radju ta’ l-università, Campus FM (Wara Arrigo; ippreżentat minn Frankie Quattromani), minħabba sentenzi bħal:
“Ir-rivoluzzjoni tiegħi tibda minn bejn saqajja.”

Il-Father li rrivoluzzjona t-tagħlim ta’ Kristu ddejqu r-rivoluzzjoni għalkemm Karl Schembri (l-awtur) jagħmel użu ta’ satira fuq ir-rivoluzzjoni.

Skond l-istorja ta’ Kristu, Ġesù kien il-bniedem li rnexxielu jifred il-politika u r-reliġjon. Qasamhom! Fr. Joe Borġ irnexxielu jerġa’ jgħaqqadhom. Qablu kien hemm San Pawl li wkoll għamel ħiltu biex jgħaqqadhom, minn fuq il-grazzi li l-imgħallem ma ħallihx għami u tal-post meta kien qed jiġġerra fuq jew mad-debba.

Fr. Joe Borġ huwa dak li sfida lill-ex-arċisqof Ġużeppi Mercieca meta l-arċisqof espliċitament qallu “jew il-knisja, jew il-media.”

Bħal ma’ qal lil Fr. David Azzoppardi: “jew il-knisja, jew il-pastizz.” Ovvjament, Fr. David ma setax jagħżel it-tnejn li huma. B’hekk għażel li jqarben u jbierek b’mod privat.

Fr. Joe Borġ irnexxielu jkollu kontroll fuq il-kliem l-arċisqof u fuq il-media. Mhux talli ma telaqx mill-media, imma talli laħaq chairman tal-bord editorjali tal-PBS, liema kariga ġiet ivvintata għalih, propju dak in-nhar li l-arċisqof ħareġ dik l-istqarrija.

Ġesù ma riedx isir għoġol tad-deheb u sar bil-barka tal-knisja.
Dun Ġorġ ma riedx li jagħmluh qaddis u sar bil-barka tal-knisja.
Woytla, għadu qed jissielet.
Fr. Joe Borġ ried li jsir chairman tal-PBS u sar mhux bil-barka tal-knisja.

Dan Fr. Joe Borġ tassew bniedem rivoluzzjonarju.

Tant li trasforma u rrivoluzjona blog taħt il-kappa tat-Times of Malta meta l-prinċipju ta’ blog huwa indipendenza totali mill-media ġeneralista. Qisu l-Madonna meta marret tiftaħ qalbha mal-Maddalena flok ma’ Eliżabetta.

Però Fr. Joe Borġ huwa wkoll protagonista f' Il-Manifest tal-Killer. Bħal dawk li provaw iwaqqgħu għan-nejk il-Festival tal-Kanzunetta Maltija għall-Ewropa, bħal Lou Bondì, u spiċċaw jieħdu sehem fih. Fr. Joe Borġ kellu esperjenza simili meta ddeskriva l-programm ta’ Xarabank: programm taż-żibel u wara ftit żmien kien hemm fuq is-siġġu jiġbor iż-żibel mar-refuġjati.

Il-Manifest tal-Killer huwa ktieb attwali u kien attwali u se jibqa’ attwali. Tip l-istejjer ta’ Dante, Shakespeare, Leopardi, Socrates, Chaplin u ta’ dak li kiteb il-bibbja.

Bażikament hija l-istorja ta’ bniedem: li missieru kien fil-korp tal-pulizija isawwat lin-nies, u wara li kkonverta xi snin wara fetaħ stazzjon tar-radju; u t-tifel jippreżenta programm fejn qabel ma jagħlaq il-programm, kull darba jaqra l-messaġġ li l-Killer ħalla fil-web-site (blog) tiegħu. Darba fost l-oħrajn, għall-ewwel darba, il-preżentatur iddeċieda li jieħu telefonata wara li jkun qara l-messaġġ tal-killer imma dan jaqta’ għax ma jkollux kuraġġ jitkellem.

Dan is-semmiegħ partikolari jkun gwardjan ma’ skola li għandu ħafna xi jgħid ġo l-istonku iżda ma jkunx jaf kif se jaqbad jgħidu. Separat, għandu tifel jismu Sandro u ommu li jisimha Anne, meta kienet xebba kienet kunjomha Vella.
Għalhekk is-suċċess ta’ bejgħ ta’ dan il-ktieb.

Karl Schembri kien kontributur fil-mibkija Maltafly.com .

Id-data u l-post tar-rappreżentazzjoni teatrali ta' Il-Manifest tal-Killer se titħabbar iżjed il-quddiem. L-adattament huwa f’idejn Bryan Muscat għall-kumpanija teatrali Lemonhead.

Il-post mhux se jkun Sala Temi Zammit.

mill-arkivji:
Lucrezia Borgia

8 Comments:

Anonymous Mika said...

Hemm bzonn li fir-ritratt li jmiss, Sandro Vella jilbes simili ta kif libset Ira Losco fil-Bay Music Awards ta' din is-sena.

B'hekk ikun fic-cert li l-blog tieghu jiehu spinta tajba!

19 December 2007 15:44  
Blogger jean paul said...

'Il-Manifest tal-Killer', ktieb vera tajjeb biss għal xi raġuni anke' kumparat mal-pubbliċita fqira li jingħataw kotba simili oħra Maltin, rari tisma' fuqu. Personali jien niftakar nixtrieh b'kumbinazzjoni meta rajtu f'ħanut il-Mosta.

19 December 2007 19:24  
Anonymous Gianni said...

aw gbin

ta lostja is site ibqa aqlalhom ta..

keep it up gbin

gianni

16 January 2008 21:27  
Anonymous Amy said...

just to ask, but from where can i buy this book? I'm sure Agenda don't have it....

19 February 2008 22:50  
Blogger Sandro Vella said...

Hello Amy,

contact Sapienza, Republic Street, Valletta.

If they do not stock it, contact me on info@sandrovella.org

Regards.

19 February 2008 22:52  
Blogger KEITH CHIRCOP said...

It-tfajla tieghi kienet xtratuli. Wara li qrajtu ghaddejtulha ha taqrah, u tilfituli... f'pajjiz barrani biex tghaxxaq.

Sapienza m'ghadux jezisti u l-Agenda qaluli li out of print. Issa bghatt email lis-Sur Schembri forsi ma tafx kif...

18 April 2008 15:06  
Anonymous ensam_varg said...

ghaziz sandro...kont qed naqra wiehed mill-kummenti li tajt lil amy fid-19 ta'frar. Qedtila biex jekk trid il ktieb tikkuntatja lil Sapienzas li sa fejn jidirli jinsab il-belt u sa fejn jkompli jidirli GHALAQ!!

amy qallet li ghand l-agenda dan il-ktieb ma jezistix. B'kumbinazzjoni ikkumbinata Sapienzas GHALAQ biex issa sar Agenda. Jista jkun dan xi pass tar-rivoluzzjonarju?! jekk iwa mela l-Manifest tal-Killer ghandu bzonn jigi ippublikat mill-gdid biex izidu proposta ohra f dan il manifest.

21 April 2008 18:40  
Anonymous Zizzu said...

Il-Manifest jien kont sibtu ghand ic-Chaucer (li hemm baystreet) ...
ilu ftit ta .... imma forsi ghad ghandu xi kopja x'imkien

19 June 2008 08:26  

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home