Il-Bloggers Maltin jiltaqgħu

Jacques Renè Zammit kellu ħames ideat straordinarji:
1. Li jagħmel blog.
2. Biex ikun jista’ jagħmel riklam lill-blog tiegħi fil-blog tiegħu.
3. Stieden lili u lill-sħabi kollha u lill-familja kollha tiegħi fl-ikla li organizza għall-Bloggers Maltin għas-Sibt, 22 ta’ Diċembru 2007.
Il-kont kollox fuqu.
4. Ħoloq komunità komuni għall-Bloggers Maltin.
5. Ma baqgħax jgħix Malta.
Skond Fr. Peter Serracino Inglott, il-blogger Malti mill-Lussemburgu, Jacques Renè Zammit, ixaqleb lejn in-nazzjonalisti. Zammit jidher li ma ħax gost b’dan il-kumment għalkemm ħa gost li ssemmiet il-bloggata tiegħu fuq it-Times of Malta minn persuna meqjusa mportanti mill-poplu Malti li għandu bżonn lil Inglott biex jifforma opinjoni.
Fl-istess intervista ankè l-blogg ta’ Robert Micallef ġie assoċċjat mat-twemmin tal-partit laburista. Ma nafx kif ġietu din l-idea peress li Micallef huwa wieħed miż-żewġ u nofs laburisti li jitkellmu b’mod intelliġenti dwar l-unjoni ewropea.
Robert Micallef kellu wkoll mumenti ta’ iżjed intelliġenza.
Jacques Renè Zammit għandu raġun jikteb dwar dawk li jagħmlu n-nazzjonalisti biss u jiena għandi raġun nikteb kontrihom biss għal fatt li l-oppożizzjoni mhi tagħmel assolutament xejn la biex tgħid favuriha u l-anqas kontriha, għalkemm is-silenzju tagħha dwar it-trattat ewropew kien ġenoċidju suwiċidali. Mill-bqija kull ma tagħmel din l-oppożizzjoni huwa li ddur il-monti tieħu b’idejn in-nies biex jaraw jekk il-moxtijiet ħomor ta’ Fredu għolewx xi ċenteżmu.
Inglott qal ukoll li l-blogs ta’ Micallef u ta’ Zammit jistgħu ikollhom influwenza kbira fuq il-vot ta’ l-elettorat fuq partit partikolari. Bir-rispett kollu lejn Jacques u Micallef, il-maġġoranza ta’ l-elettorat f’Malta jaqliblu fuq l-Smash/GOD TV meta fuq il-PBS jagħmlu l-aħbarijiet bl-Ingliż. U jekk għandhom il-multiplus, jaraw lin-nanna Pina fuq U-TV.
Nemmen li Jacques mhuwiex nazzjonalist.
Minn riċerka profonda u l-qari bejn il-linji tal-blog(s) ta’ Jacques, ir-riżultat huwa li l-blog prinċipali tiegħu ixaqleb lejn Harry tal-ħodor.
inizjattivi ta’ Jacques Renè Zammit, blogger :
Tnax –il siegħa vjaġġ mill-Lussemburgu għall-ajruport ta’ Ħal-Luqa biex jattendi l-ikla laqgħa ideata minnu. Jekk forsi jipprova jmur fl-ajruport tal-Gudja, jasal f’għaxar sigħat.
Din il-laqgħa tal-bloggers se ssir is-Sibt, 22 ta’ Diċembru 2007 fit-8.00p.m. u jistgħu jattendu għaliha l-qarrejja tal-blogs, il-bloggers u l-ħbieb. Total: tista’ tiġi waħdek mal-ewwel.
Il-post huwa Vittoria Band Club fil-Mellieħa.
Għafas hawn għall-mappa tal-Vittora Band Club. - Google Maps.
It-tieni inizjattiva hija komunità tal-bloggers Maltin: http://blogmalta.ning.com/.
F’din il-komunità l-bloggers jistgħu jitkellmu direttament bejniethom ankè meta l-blog ta' xi ħadd minnhom ikun ħa nagħsa qasira; jistgħu jagħmlu riklam tal-blog tagħhom, ta' l-artikli partikolari u kif ukoll jista’ jkun mezz ġdid biex tgħabbi għax hemm in-nisa bloggers il-ġmiel tagħhom. Imma bħas-soltu: rġiel hemm ħafna iżjed.
Nixtieq niltaqa’ ma’ dak li qal li hawn iżjed nisa minn irġiel. Probabbli kien l-istess wieħed li ġietu l-idea li jagħmel film porno b’mara waħda ma’ sebat irġiel.
Prosit taż-żewġ inizjattivi.
Jekk għall-laqgħa jiġi George Pullicino nkun nista' nagħmel dibattitu serju miegħu mingħajr ma l-kummenti jigu ċċensurati.
Il-blogs huma l-unika alternattiva demokratika għall-monopolju partiġġjan ta’ l-istazzjonijiet u gazzetti.
in-nies li jixtieqhom jattendu l-laqgħa u nieħu ritratt magħhom:
Wendy FB – La delirante ( bankiera ).
Claire Bonello ( studenta tal-liġi ).
Maressa Zahra ( bankiera tal-futur ).
Malta Girl ( miżżewġa ).
L-oħrajn m’għandhomx għaliex jiġu.
mill-arkivji tal-blog ta' Jacques Renè Zammit:
Must be a boob.
Crystal Balls.
mill-arkivji tal-blog ta' Robert Micallef:
Il-Korrida Għall-Ewropa.
Unchanging Slavery.


































5 Comments:
Grazzi tal-coverage. Ninstab kommoss bid-dmugh niezel sal-patata (tsitaqsix). Nahseb qatt m'intom se thalluwhieli lixxa din ta' l-ajruport ta' Hal-Luqa! Nittama li narak il-Mellieha (u l-qarrejja tieghek of course) avolja ghadni ma fhimtx kif laqgha kazwali ghal drinks saret IKLA. Inqas u inqas m'ghadni fhimt kif inti iddecifrajt xi offerta ta' carte blanche... BYOM - bring your own money... biex thallas of course. Mela insejt li jien GHawdxi u bhala tali nigi prekluz milli nifhem kuncetti bhal "qed noffri jiena... jew the evening's drinks are on me?"
sahhiet
Jacques Rene Zammit - Fader Peter's Favourite Blogger
http://jaccuse.wordpress.com
PS Ix-xaqliba politika tieghi kwazi qtajta. Pero kwazi ghax inxaqleb lejn kreazzjoni ta' pluralizmu partitarju u bhalissa l-iktar partit li forsi jwassalna ghal dan huwa l-AD.
The feminist part of me is soooo dying to say something. But i'll shut up for now...
Thats nice of Jacques ... inviting all the readers for a free meal. Sandro i'll tell all my family and freinds to read this article tonight so that they get the free meal.
Read one article get a meal for free ... I like this bogof!
thanks
"in-nies li jixtieqhom jattendu l-laqgħa u nieħu ritratt magħhom:
Wendy FB – La delirante ( bankiera ).
Claire Bonello ( studenta tal-liġi ).
Maressa Zahra ( bankiera tal-futur ).
Malta Girl ( miżżewġa )"
How sweet! :)
Kiku tafu x inkwiet qed taqlali in- nana Pina fuq U TV kellu bzonn ma jkunx jaf l-isqof : Tajd kif se nehles minha . ?
Tajd kuntenti biha ta` Awthorita ???????????????????
ismhana nitolbuk Mulej
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home