II-privileġġi ta' Alfred Sant u l-UĦM

grafika: Copyscape
Alfred Sant jaqra dan il-blog. Imma qiegħed ninkwieta ħafna. Meta għedtlu li għandu bżonn iwarrab miż-żobb ta' nofs ħadni wisq bis-serjetà. Ħadha wisq personali. Eżaġera ftit. Mhux soltu tiegħu jeżaġera.
Nieħu gost naqra li l-affarjiet għalih sejrin għall-aħjar. Għandi l-kuxjenza mistrieħa! Il-kuxjenza tiegħi tingħaqad ma' dik tal-president, ma' tal-prim ministru, ma' tal-knisja u ma' ta' l-union ħaddiema magħqudin.
Peress li Jason Micallef talab lill-pubbliku biex ma jibgħatux doni u fjuri lil Sant, jiena għandi rigal ċkejken għalih ta' xorta oħra:
Fit-8 ta' Ottubru 2005, Maltarightnow, ħarġet artiklu : Il-"privileġġ" ta' Sant lill-GWU. Iqumu l-unions f'kor ta' protesta. "Il-privileġġ?...fl-ebda demokrazija!"
Dan l-artiklu ddomina l-gazzetti nazzjonalisti għal ħafna ġimgħat. L-artiklu jitratta kundanna lil Alfred Sant li qal li l-General Workers Union se tibqa' union privileġġjata fi ħdan il-partit laburista waqt il-kungress nazzjonali tal-GWU.
Tmien unions ( MUMN, il-union tal-cabin crew, l-assoċjazzjoni ta' l-istaff akkademiku fl-Università, il-union professjonisti fil-MEPA, il-union ħaddiema tal-bank ċentrali, il-union ta' l-inġiniera ta' l-ajru, il-union tal-periti u l-inġiniera fis-servizz pubbliku u l-assoċjazzjoni tal-piloti ta' l-ajru ) ħarġu stqarrijiet jikkundannaw lill-kliem ta' Alfred Sant.
Minn naħa l-oħra l-Union Ħaddiema Magħqudin, għandha l-privileġġ li tikkopja u twaħħal l-aħbarijiet u l-informazzjoni li joħorġu n-nazzjonalisti fil-gazzetta elettronika tagħhom: Maltarightnow.com
Id-differenza bejn is-sit ta' l-UĦM u s-sit tal-Maltarightnow hija li l-UĦM ma jużawx l-alfabet Malti fl-artikli tagħhom ( ċĊ ġĠ ħĦ żŻ ) u l-Maltarightnow tużah.
Meta l-UĦM tikkoppja l-artikli mill-aħbarijiet tal-Maltarightnow; is-site ta' l-union taqleb mal-ewwel għall-alfabet Malti.
IS-SUMMIT AFRIKA-UNJONI EWROPEA FIL-PORTUGALL
Portugall: Jiġi fi tmiemu summit ta' jumejn bejn l-UE u l-Afrika
(Maltarightnow)
L-ewwel Summit bejn l-UE u l-Afrika
(Union Ħaddiema Magħqudin)
L-ebda minn dawn il-gazzetti elettroniċi, ikkoppja u waħħal, ma qal li minn dik il-laqgħa se tissolva l-problema ta' l-immigrazzjoni llegali billi f'Marzu fl-2008 se jinfetaħ uffiċċju ewropew f'Mali bl-għan li tiġi nforzata l-karta l-bluna billi jagħtu nformazzjoni u jinfetħu applikazzjonijiet għall-immigranti llegali kwalifikati lejn l-Ewropa. F'din il-laqgħa reġa' ħareġ li l-unjoni ewropea għandha bżonn 20 miljun immigrant qabel l-2028.
SPTAR MATER DEI
L-UĦM tikkopja u twaħħal mill-Maltarightnow iżjed x'qal Gonzi kontra Fredu milli mill-ftuħ innifsu ta' l-isptar.
Kapitlu ġdid fl-istorja tas-saħħa
(Maltarightnow)
L-isptar Mater Dei jiftaħ kapitlu ġdid fl-istorja tas-saħħa fil-pajjiż
(Union Ħaddiema Magħqudin)
PONT MANWEL DIMECH
Il-ġimgħa d-dieħla tinfetaħ l-ewwel parti tal-Pont Manwel Dimech
(Maltarightnow)
Tinfetaħ l-ewwel parti tal-Pont Manwel Dimech
(Union Ħaddiema Magħqudin)
SPIRITWALITÀ POLITIKA
Donazzjonijiet lis-sorijiet ta' l-Ursolini waqt attivita tal-Valletta St Paul's
(Maltarightnow)
Għotja ta' karità
(Union Ħaddiema Magħqudin)
KRIMINALITÀ ORGANIZZATA
Żewġ irġiel arrestati wara sejba ta' oġġetti suspettużi fil-vettura
(Maltarightnow)
Arrestati żewġt irġiel
(Union Ħaddiema Magħqudin)
Il-privileġġ?! Fl-ebda demokrazija. Ma tarax!


































3 Comments:
Sandro, ghandek zball, dak mhux privilegg, huma sempliciment l-istess nies!!
...eeee.... u s-sena t-tajba
Ajma kemm int Gidra.
Dawk ikunu qed jikkwotaw l-istess press release TUBA.
Qatt ma rajt xi artiklu tat-Times identiku ghal wiehed tal-Independent li jkunu t-tnejn identici ghal xi artiklu tar-Reuters?
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home