contact: info@sandrovella.org

Saturday, 22 December 2007

Firma storika

L-impjegat tagħna Pullicino reġa’ għamilha. Imma din id-darba qasam il-froġa. Ma’ l-impjegat Louis Galea u l-impjegat Michael Frendo.

Dawn it-tliet ministri mpjegati, skond il-blog ta’ l-impjegat Pullicino, għamlu firma storika:

Wara l-ħin ta’ l-iskola u fil-week-end, il-membri tal-club tal-football ta' l-iMsida ta’ San Ġużepp jistgħu jibdew jilgħabu u jagħmlu l-eżerċizzji tagħhom fil-ground tal-Junior Lyceum ta’ San Ġorġ Preca, il-Ħamrun.

Qishom Churchill, Roosevelt u Stalin meta ltaqgħu f’Yalta jiddiskutu il-qasma ta’ l-Ewropa wara t-tieni gwerra dinjija.

Jekk din tissejjaħ firma storika, jiġuni dubji x’razza ta’ firma ġiet impoġġija fis-16 ta’ April 2003.

Preżenti wkoll kien hemm il-ministru ta’ l-affarijiet barranin Michael Frendo li għamel diskors u qal li biex ħadd ma jiġġieled bejn San Ġorġ u San Ġużepp iddeċieda li jsemmi din il-firma storika: San Siro.

Lil Francis Zammit Dimech ħbewlu din l-attività għax beżgħu li kien ikun irid isemmi din il-firma storika: San Remo.

Din il-firma storika ġiet ukoll moħbija mill-impjegat bidwi Ninu Zammit għax beżgħu li jieħu biċċa mill-ground u biex jagħtiha lura jkun irid kumpens.

Mugliett kien mistieden ukoll imma ma setax jattendi għax weħel fit-traffiku tal-pond ta’ Manwel Dimech.

Kien jonqos l-isqof imma qiegħed bix-shutdown u dak il-voti diġà ħadhom.

Gonzi u Austin, li għadhom ma ndunawx bil-WiMax, kienu mpenjati jagħmlu konferenza biex jippreżentaw teknoloġija mejta u jgħaddu iżjed cables ta’ l-internet minn taħt il-baħar. B’hekk il-pixxispad ikun jista’ jicchattja fuq il-Windows Live Messenger mal-balena biex jaraw x’se jagħmlu b’Pinocchio li bis-saħħa ta’ Gonzi jista’ jfittex lil missieru bil-Google Earth.

Michael Mifsud kien mistieden jaqta’ ż-żigarella, peress li dan huwa s-suġġett tiegħu, iżda din id-darba ħadd ma tnejjek bih u ma aċċettax l-istedina għax xamm li dan kien kunsill ġenerali nazzjonalista ieħor. Bid-differenza li ħadd mill-preżenti ma jikkontesta taħt l-istess distrett elettorali.

Din il-firma storika, kienet storika tassew għax il-kap ta’ l-oppożizzjoni attenda għaliha imma minnħabba raġunijiet ta’ spazju ħallewh jistenna barra.





Napprezza li llum huwa s-Sibt, u dawk l-impjegati tagħna daħħlu overtime kontra qalbhom.

2 Comments:

Anonymous Anonymous said...

Ohh Sandro, jekk tahseb li WiMAX fil-futur qarib qatt jista` ikun ta' replacement ghal underwater cables sejjer errat.

23 December 2007 14:38  
Blogger Rupert Cefai said...

awguri u l-festi t-tajba lilek u lil familja kollha, Sandro.

24 December 2007 12:56  

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home