Veloċità ta’ l-ipokrisija

Tliet darbiet fil-ġimgħa f’Malta qed jiġu rappurtati nies li kellhom inċidenti tat-traffiku: wħud imutu u wħud le. Żgħażagħ bejn it-18 u l-25 sena.
Iż-żgħażagħ qegħdin imorru. Qed iħalluna. Mhux ħabba t-traġedja jew il-fatalità imma minnħabba r-riklami tal-veloċità bil-kompliċità tal-media.
Ir-riklami huma 45% f’mobile phones u 45% f’karozzi biż-żwiemel bla borża. Il-bqija fuq il-pads u fuq kif tfewwaħ il-bajd.
Wieħed jiddejjen. Jixtri karozza u mobile phone. U jitfarrak waqt li qed ikun qed jitkellem fuq il-mobile u jsuq 180 km s-siegħa.
Il-limitu ta’ veloċità ta’ Malta huwa ta’ 80 kilometru s-siegħa. Jekk karozza tmur iżjed minn hekk, għandha tkun irtirata mis-suq.
Kien hemm żagħżugħ ta’ 18 –il sena li ma setax jieqaf meta mara kienet qegħda taqsam mat-tifel tagħha fuq iz-zebra crossing. Iż-żagħżugħ inzerta diċenti u edukat. Waqqaf il-karozza u mar ikellem lill-mara u qalilha : “Skużani. Kont għaddej 160 kilometru u kont aljenat.”
Il-problema għalih ma kinitx li kien għaddej bil-160 imma li aljena ftit ruħu!
L-Amerikani irnexxilhom jutilizzaw dak li jiġi riklamat u dak li ma jiġix riklamat fl-istess waqt. Dan l-amerikan irnexxielu jsuq u jara film porno fl-istess ħin.
Il-karozza taż-żagħżugħ Malti trid tkun eċċezzjonali. Potenti u mimlija prestazzjoni. Iż-żgħażagħ ma jagħżlux il-karozza bħala mezz imma bħala status.
L-istatus f’Malta jfisser iżjed drittijiet. Fil-pajjiżi l-foqra l-karozzi huma iżjed ħfief u jużaw enerġija oħra biex jinfrankaw. Imma aħna li għandna l-lussu; il-lussu rridu nutilizzawh. Għax it-tmiem taż-żejt mhuwiex sogru fis-sistema ekonomiku tagħna imma huwa l-objettiv.
F’din id-dinja il-pubbliċitarju jħallas ħafna flus lill-istazzjon biex jippromwovi l-prodott tiegħu.
Il-klijent jixtri u jħallas il-VAT.
Il-bejjiegħ tal-karozzi iħallas l-income tax.
Il-flus tat-taxxi jmorru għand l-edukaturi biex jgħallmu liż-żgħażagħ biex isuqu bil-mod.
L-edukatur iħallas it-taxxi biex fl-istazzjon nazzjonali ikun hemm spazju biex jidher ir-riklam.
Jekk il-karozzi b’veloċita qawwija se jibqgħu jiġu magħmula legalment, hemm bżonn li tiġi legalizzata l-eroina. Jekk tieħu ftit ma tagħmillekx ħsara.
L-eżempju għandu jibda mill-ministeri. Lussu u veloċità bi ftit ipokrisija.


































0 Comments:
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home