Sesswoloġija Maltija

Jiena nirċievi u jiena nippubblika.
“ Iż-żgħażagħ Maltin għandhom l-inqas rata ta’ sess bla riskji fl-Ewropa.
Primarjament, dan għaliex ħafna ma jifhmux l-importanza ta’ sess bla riskji minn użu ta’ kontraċettivi bħal ma huma l-condoms.
Sess bla riskji mhux biss kontraċettiv; iżda tinkludi wkoll protezzjoni mill-STI (infezzjoni trasmessa sesswalment), li huma infezzjonijiet serji li jagħtu konsegwenza ta’ ħafna tbatija. Ftit mill-konsegwenzi ta’ l-STI jikkawżaw mewt, eżempju: AIDS.
Il-condoms jipprovdu kontraċezzjoni u protezzjoni kontra ħafna mill-STIs, li tinkludi l-AIDS. Meta jiġu użati korrettament, l-effett condoms huwa ta’ 98%.
Il-condoms għandhom jintużaw kemm mill-eterosesswali u mill-omosesswali, kemm waqt sess minn quddiem jew minn wara, u indifferenti jekk l-interessati jafdawx lil xulxin jew inqas.
Petizzjoni hija bżonnjuża għalkemm ħafna tentattivi tal-passat għad-daħla ta’ magna tal-condoms fl-Università ta’ Malta rat ħafna reżistenzi.
Dan il-fattur qiegħed jagħti iżjed lok għall-inqas rata ta’ sess bla riskji madwar iż-żgħażagħ Maltin.
Attwalment, fl-Universita’ ta’ Malta ma hemmx magni tal-condoms.
Il-condoms għandhom ikunu aċċessibbli għall-istudenti ta’ l-Università ta’ Malta minn faċilità ta’ magna tal-condom ġo l-Università ta’ Malta.
Biex tiffirma l-petizzjoni għafas hawn. ”
Nerġa’ nirċievi u nerġa’ nippubblika.
“ Sliem għalikom,
L-Erbgħa, 14 ta’ Novembru 2007, se ssir reġistrazzjoni ta’ programm dwar is-sess u l-ossessjonijiet tiegħu (fetixis). Qed infittxu nies biex jieħdu sehem fil-programm li jkunu moħħhom miftuħ. Qed infittxu l-iżjed, nies li jħossu li s-sess m’għandux jiġi prattikat faċilment...u li dan ifisser imħabba biss.
Jekk jogħġbok ibgħat e-mail fuq claire@we.com.mt .
Grazzi.
Claire Preca Taroum
Produttriċi
Xarabank ”
Il-problema tal-parkeġġ fl-università ta' Malta ġiet solvuta. L-istudent issa għandu spazju fejn imur ma’ l-istudenta, fil-karozza tiegħu, u jipprova jagħmel dak li ilu ma jagħmel minn meta l-lecturers okkupaw l-ispazji tagħhom. Din kienet inġusta għax il-lecturers kellhom l-awli biex jaħxu (il-futur ta’) l-istudenti.
L-istudent li jkun ma’ l-istudenta fil-karozza tiegħu fil-parkeġġ li tant xtaq, jiskopri li jonqos xi ħaġa fil-campus. Ma jistax jibda l-operat tiegħu għax fl-università ma hemmx condom machine u għand spiżerija ma jistax imur għax l-istudenta hija l-ġara ta’ tifla ta’ spiżjar u l-kelma tiġri malajr iżjed mill-ispermatozojdes.
Li jonqsu l-istudent mhuwiex condom machine. Iżda edukazzjoni. Edukazzjoni mhux kif, fejn u fi xi ħin iddaħħlu imma edukazzjoni fejn tfehmu li l-
Hija l-kura li toqtol u mhux il-marda!
“Aħna nafu li tiżbalja huwa uman, iżda t-teżi ta’ l-HIV-AIDS huwa żball makroskopiku. Ngħajjatha ċara u tonda biex navża lin-nies.”
- Kary B. Mullis, Premju Nobel għall-kimika fl-1993 għall-iskoperta tal-PCS (Polymerase Chain Reaction)
Il-condoms fl-iskejjel u fl-università jmissu ma’ l-interessi politiċi li ma jridux imissu lil dak li ppumpaw fil-media bħala isqof żagħżugħ. Fil-kattoliċissima Irlanda hemm condom machine f’kull klassi! Ma tista’ tgħid qatt x’jista’ jiġri!
Fl-università hemm nies li jistudjaw biex isiru ġinekoloġi, biologi li jilgħabu bid-DNA aħjar kif meta Jason jilgħab bi Fredu. Fl-Istorja jiġu ndagati l-massakri ta’ l-aħħar seklu. Magna tal-condoms tqajjem skandlu!
Il-magna tal-condoms qegħda tinżamm mill-kurja! Probabbli jiġu bżonnha iżjed mill-istudenti.
Minn għada se nibda nittraffika l-condoms fl-università. Immur nixtri condoms lira ( € 2.33ċ ) u nbiegħhom minn taħt: ħames liri u sitta u sebgħin ċenteżmu ( € 13.42ċ ) .
L-unika virus li hemm fis-sesswoloġija Maltija, li mill-universita’ ttieħed fit-television. Xarabank se jagħmel programm riċiklat iżda ġdid fuq is-sess, u dan se jiġi reġistrat xahar u ftit jiem qabel il-verġni li qatt m’għamlet sess weldet is-salvatur tad-dinja. L-Iraq huwa pjaneta ieħor.
Is-sess f’Malta m’għandu l-ebda riskju. Iżjed jiġi diskuss milli attwat!
Min jifhem fis-sess: jagħmlu, ipejjep sigarett u jagħlaq ħalqu.
Jiena ma npejjipx.
Biex tiffirma l-petizzjoni u jiġu ntrodotti magni tal-condoms fl-Università ta’ Malta, għafas hawn.
Biex tieħu sehem f’Xarabank dwar il-programm dwar is-sess, ibgħat e-mail fuq l-indirizz: claire@we.com.mt .


































1 Comments:
While I understand that this is satirical in nature, I think that HIV/ AIDS is a very real issue that cannot be ignored.
It is a problem that has in recent years become all the more real due to illegal migration, many from nations where HIV/ AIDS/ TB/ etc. are a major problem.
Why do the Maltese shy away from condoms? Some say that they rob the user of some of the pleasure concerned. Others would rightly point out that relatively established brands in the market are a bit over-priced. Not so for the established but definitely so for a student on a stipend or a worker trying to make ends meet.
In this regard I feel that it would be a positive venture to seek ways to reduce the cost of such things, as well as other contraceptive means as the pill (although there is emerging data which suggests a possible cancer connection (just as with wine, coffee, and other things)).
I have also heard of a gel-like substance in development that supposedly helps prevent STD transmission but not to prevent pregnancy.
More in the way of education would be desirable, as would the facilitated accessibility to resources promoting safe sex.
I do think that the petition in favour of the sale of condoms in University is a little much... 9_9
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home