contact: info@sandrovella.org

Monday, 19 November 2007

Segretarju devot fit-tubu

Il-mistoqsija ta' l-għeluq tas-sena 2007:
X’inhuwa jgħidlu lil Charlon Gouder is-segretarju parlamentari fil-YouTube?

Is-segretarju parlamentari Tony Abela mit-telgħa tal-Kalvarju ħa promozzjoni ġo YouTube.

Tony Abela irnexxielu jdawwar l-istorja u t-tagħlim ta’ Kristu ta’ taħt fuq.

Żakkew u San Mattew kienu sinjuruni u l-bwiet ta’ ħwejjġhom kienu mimlija flus. Iltaqaw ma’ Ġesù u qallhom biex jinżgħu. San Mattew neża’ u Żakkew neża’ wkoll u kif ukoll waqaf jitkellem pastaż.

Tony Abela kien imneżża’, ma kien xejn u ma kienx jiswa sold. Il-parroċċani tħassruh u libsuh xkora u tawh f’idu kalċi tad-deheb falz u biċċtejn ħobż ta’ sentejn ilu. Iltaqa’ ma' l-alla ta' l-irġiel: Fenech Adami u qallu biex jilbes. Wara ftit snin iltaqa’ ma' l-iben il-ħali għali u mill-bwiet tiegħu bdew ħerġin ħafna liri qisu l-Maddalena u allegatament u probabilment wara beda wkoll jitkellem ftit pastaż.

Li jitkellem "pastaż" ma jimpurtax.

Li jimporta huwa li jekk jiena ngħid dak li probabilment huwa qal, għada nispiċċa bla xogħol, nitlef is-servizzi soċjali u nispiċċa bla ħbieb. Probabbli is-segretarju parlamentari jieħu promozzjoni u jilħaq president tal-kamra.

sandrovella.org jiftaħ vacancy għal dawk li kapaċi jaqraw ix-xufftejn. Il-vacancy hija miftuħa għal dawk li huma ta’ rieda tajba.

Dawk li jagħfsu PLAY hawn isfel fuq ir-raġġi taħt San Pietru, u jirnexxielhom jaqraw ix-xufftejn u jaqraw x’inhuwa jgħid Tony Abela, is-segretarju parlamentari: jirbħu libell il-qorti f’awla numru 9.

X’inhuwa jgħidlu lil Charlon Gouder is-segretarju parlamentari fil-YouTube?

GĦAFAS PLAY HAWN ISFEL :

Lil Charlon Gouder qabżitlu din. Jew inkella ried ikun diċenti (?). Jew inkella ried iħalliha għal xi ġimgħa qabel l-elezzjoni. Jew jassoċċja ruħu u ġismu mal-kliem ta’ Tony Abela. Jew mhux ċert l-anqas hu.

Min ma jkollux l-internet jista’ jara dan il-video fuq ONE News għas-sitt xhur li ġejjin: kuljum.

arkivji Tony Abela devot fit-tubu :
Jekk titlef inti temigra?

mill-arkivji sandrovella.org :
Il-millenium bug tad-demokrazija

7 Comments:

Anonymous Leli Ta' Haz-Zghir said...

Lip Reader minix, imma ghajnejja f'wicci qieghdin!!!!

19 November 2007 10:37  
Anonymous Anonymous said...

lanqas jien mhux lipreader pero nahseb li qal
:...L-I-*-A

19 November 2007 15:05  
Anonymous Anonymous said...

Toni Toni Toni .... eqeqqqeqqqeqqqq dan xi kliem hu.

Jien personalment tal misthija. Li politiku jindirizza lil xi hadd bdak il kliem.

U il maltin poplu bla xewka tad dahar. Hadd ma talab ghar rizenja ta dan il bniedem? Hadd ma talab li jigi mressaq il qorti taht ksur tal kwjete pubblika jew taht nuqqas ta tolerranza.

Mela ha nitkellem bhalu, tridu? Ma nistghux ... ghax ezempju:

"Iz zikk imma kemm jigu jghajtu f wiccek il pulizija jekk tkun il ground u lir referee tghajjru pufta ... kemm kemm ma jkeccikx u jghidlek tigix iktar il ground."

Imma Toni ... dak .... dak bully, dak darba anke kellu kumpanija li kienet tinvolvi xi dghajjes andi jkun. Hemm xi cans naghmlu xi artiklu dwar dan Sandro?

19 November 2007 16:11  
Anonymous Anonymous said...

Sandro,

http://www.kullhadd.com.mt/news2.asp?artid=7153

Jien personali ghadni ma nizzilitex. X jemmen il gonz dak mod iehor.

U dwar l-apologija li jrid Gonzi ... mort il mater dei. rajt jahdmux sew laffarijiet .. ghax biex nghidlek smajt li nesew jaghmlu ward u qasmu wahda fi tnejn.

Wasal iz zmien li jinbidel xi haga imma Fredu mid dehra laghab xi kemxa flus u qed jara kif ha jirnexxilu jitlef elezzjoni kwazi mirbuha.

X medjokrita' ta pajjiz ...

19 November 2007 16:50  
Anonymous Anonymous said...

ma tantx hemm ghalfejn tkun lip reader biex tara x'kelma qed ilissen....

19 November 2007 17:10  
Anonymous Anonymous said...

Sandro, sei veramente un ruffiano! :D

20 November 2007 02:16  
Blogger Sylvan said...

sandro tieghi! sandro tieghi! fejn spiccajt? jew xi hadd waqqfek milli xxandar? ma nafx xinhu l aghar!...jew issilenzjawk wara li kxift dan l iskandlu...jew...il modem rega nhe*a! hehe

04 December 2007 18:20  

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home