contact: info@sandrovella.org

Thursday, 1 November 2007

Rajt l-iskjavitù ma tinbidilx ( 2 )

( It-tieni parti )
Wasal il-mument li, jekk trid, l-internet ma tużahx biss għall-porn u tuża l-internet biex tibgħatli l-esperjenzi tiegħek bl-e-mail .

Minn għoxrin sena ‘l hawn l-iskjav modern jilbes l-ingrivata, jgħix taħt saqaf tal-mirja bl-apparat ta’ l-arja kundizzjonata. L-iskjav modern kellu u għad għandu l-kumditajiet kollha biex ikun skjav 360 grad ċelsjus. Però issa għandu l-problemi:

1. ix-xogħol żdiedlu u l-paga u l-job description (jekk għandu wieħed) baqgħu l-istess

2. il-paga baqgħet l-istess u l-prezzijiet tal-prodotti u l-manutenzjoni tal-kumdità għolew

3. il-ftehim kollettivi jiġu ffirmati u njorati miż-żewġ naħat


Il-problema ta’ l-iskjav modern hija li m’għandux min jirrapreżentah. (ara l-ewwel parti) U meta b’xi mod iħossu rappreżentat huwa sitt xhur qabel tkun ġejja l-elezzjoni ġenerali.

L-iskjav modern hemm bżonn li javvanza ruħu u jibda jnaqqas mill-iskjavitù tiegħu u jibda billi jirrapreżenta lilu nnifsu u mhux taparsi rappreżentat minn ħaddieħor.

Mod li jirrapreżenta lilu nnifsu huma l-vot, jixtri dak li verament għandu bżonn, ma jonfoqx ċenteżmu żejjed li tinkludi ma jinvestix flusu fl-azzjonijiet tal-banek u jiminimalizza l-konsum tiegħu sa kemm hu possibbli. L-unika tama biex inaqqas l-iskjavitù tiegħu u jifdallu l-flus fil-but.

Aħna n-nies privileġġjati li għandna karozza, air-condition f’kull kamra u nsibu ċ-ċikkulata favorita tagħna fl-ixkaffa tas-supermarket dan ifisser li hemm skjavi oħrajn li qed jaħdmu għalina. Jaħdmu sigħat iżjed minnha, pagi iżjed baxxi u sfruttament galore. Però kuntenti li jieħdu biċċa ħobż u platt soppa.

Il-politiċi eletti ta’ Malta huma privileġġjati li ma jużawx ix-xarabank. Li jibdew ix-xogħol tagħhom fl-10.00a.m. Ma’ kull laqgħa li jagħmlu jkollhom il-kafè u l-biskuttini u l-air-condition. Għandhom karozza sabiħa ħafna li huma qatt ma ħallsu għaliha u jħalluha mixgħula biex ikollhom l-air-condition preparat, isiefru 20 darba fil-ġimgħa, u jaħdmu biss sitt xhur kull ħames snin biex jibqgħu jagħmlu dan kollu. Dan ifisser li hemm skjavi oħrajn li qed jaħdmu għalihom. Jaħdmu sigħat iżjed minnhom, pagi iżjed baxxi u sfruttament galore. Però kuntenti li jkollhom l-pizza bil-ħut kull nhar ta' Sibt bil-lejl u mobile biex jibgħatu xi SMS biex jirbħu xi tapit.

Dawn l-iskjavi ta’ l-aħħar huma l-ħaddiema ta’ vera mfarrkin wara tmien sigħat xogħol kuljum u ma jistgħux ilaħħqu mal-ħajja. Il-poplu Malti huwa l-Afrika t’isfel tal-politiċi mtellgħin minnu.

Il-politiċi bħala ħaddiema għandhom privileġġ ikbar fuq il-ħaddiema l-oħra li tiswa’ iżjed minn limousine: m’għandhomx pressjoni u monitoring u attendance sheet mill-boss tagħhom. Għax il-boss dejjem rieqed u waqt li jkun rieqed xi kultant żaqqu tgerger, it-tgergir iboss minn sormu, u mar-riħ tevapora.

Il-boss tal-politiċi huwa l-poplu.

L-introduzzjoni tal-karta l-bluna lill-immigranti regolarizzati se tkun skjavitù diretta mingħajr il-bżonn tal-Malti bħala intermedjarju. Il-gvern se jneħħi l-aġenti ta’ l-iskjavi.

Hemm iżjed opportunità li l-Malti jispiċċa bla xogħol u jieħu ftit flus mis-servizzji soċjali provduti mit-taxxi ta’ l-immigrant flok viċe-versa.

Iż-żieda fil-paga lejn it-tobba huwa eżempju ċar li l-imħuħ ta’ Malta qegħdin idabbru rashom. Ma tagħmilx sens li jintefqu ħafna flus u investimenti fi student u jispiċċa jservi c-chips sa nofs il-lejl u jaħsel l-art tal-ħanut sas-2.00a.m.

L-iskjavitù hija njoranza. Li tkun rappreżentat mill-partiti l-kbar attwali hija njoranza għax qiegħed tiġi njorat kontinwament.

Wara għoxrin sena sal-lum li l-partit nazzjonalista jitnejjek bin-nies f'wiċċhom, hija njoranza li n-nies jibqgħu ixejru l-bnadar. Mhux għax il-partitarji huma njoranti imma għax qed jiġu njorati.

Wara għaxar snin sal-lum l-unika pjan li għandu l-partit laburista huwa li jirbaħ l-elezzjoni. Il-programm elettorali tal-partit laburista jagħlaq fl-aħħar jum taċ-ċelebrazzjonijiet tar-rebħa, bħalma l-programm elettorali fl-aħħar rebħa tal-partit nazzjonalista għalaq meta Fenech Adami ffirma fuq il-ktieb ta’ l-unjoni ewropea.

Il-partiti ġodda li qed jitwieldu bħal l-alleanza nazzjonali u viva malta għandhom xi ħaġa komuni mal-partiti l-kbar. M’għandhomx l-ideat ċari ta xi jridu u kif se jaslu għal dak li ma jafux xi jridu.

L-alternattiva demokratika għadhom qed jipprovaw iħaddmu l-ultrasound.

Pero’ jeżisti politiku wieħed. Politiku tajjeb ħafna u jrid ħaġa waħda: Id-Dinjità. Politiku li għadu ma jafx li huwa politiku:

IL-POPLU

Beppe Grillo, fl-Italja, ġabar sensiela ta’ ittri mingħand ħaddiema li jonfqu l-paga qabel ma jarawha; mingħand studenti mimlijin u mkissrin bix-xogħol ta’ l-iskola li ma jirriflettix fix-xogħol reali u dan ix-xogħol li studjaw ħafna għalih ma jsibuhx; u mingħand nisa ta’ rġiel li tilfu x-xogħol tagħhom jew obbligati jaħdmu fuq part-time biex meta jrid itihom daqqa ġo sormhom u jitfagħhom il-barra. Dan il-ktieb jitkellem ukoll fuq sitwazzjoni attwali ħafna f’Malta: l-isfruttament ta’ l-istudenti fl-apprentistat u overtime obbligatorju mhux imħallas, u jekk imħallas: intaxxat iżjed!

Dawn id-dokumenti, Grillo, ġabarhom fi ktieb wieħed bl-isem ta’ Schiavi Moderni u tah personalment lill-ministru nkarigat mix-xogħol u jurih is-sitwazzjoni eżatta kif inhi.

Jekk trid li dan il-ktieb joħroġ bil-Malti wkoll u jispiċċa f’idejn il-mexxejja tal-partiti u l-impjegati tiegħek, preferibilment qabel jum il-votazzjoni, ibgħat l-esperjenzi tiegħek fuq info@sandrovella.org.

Jekk ma tridx tibgħat l-esperjenza tiegħek, ibqa’ viżitatur ta’ dan is-sit, idħaq daħqa, u mur kompli saħħan saqajk fil-heater sakemm jinħela ż-żejt.

Irrappreżenta lilek innifsek.

informazzjoni:
Beppe Grillo jippreżenta l-ktieb Schiavi Moderni lill-ministru tax-xogħol.

1 Comments:

Anonymous James Cauchi said...

Dear Sandro,

Thank you for taking up this issue which impacts so greatly upon the lives of the vast majority of the people - the modern slavery enforced no longer through chains and scourges but through loans, contracts, consumeristic brainwashing, incompetent governance and pay-rates that make the self wonder if Malta really qualifies as a first world country.

It is the reality of the situation. Our reality!

Unfortunately the apathy of the Maltese people is also an element that is reality. Too many times have I heard people complain about their circumstances but then shy away of any suggestion to take action about it. Whether it is a form of cowardice, an inferiority complex or an irrational humbleness is for the reader to decide.

I strongly recommend that readers do their bit and send on their experiences to Sandro Vella. You have nothing to lose, everything to gain 'and' it is Sandro Vella who is sticking his neck out, not you. Think about that! ^_^

I would also urge you all to spread the word. Send a link to your circle of friends. Let people know that somebody is showing a spine rivalling and surpassing that of any worker union this past decade. Let them know them know that they can make a difference by telling Sandro of all the times they have been screwed over and by who!

Come on! Just do it, as shall I! :cP

03 November 2007 11:11  

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home