contact: info@sandrovella.org

Tuesday, 6 November 2007

Propaganda Narċiżista

Il-propaganda qed taħkimna f’kull settur ta’ ħajjitna: mill-industrija għall-kummerċ, mill-iskola għall-politika u issa wkoll fis-sanità.

Jiena rrid insir klijent tal-Mater Dei. Żidt il-ħalib u bdejt nieħdu skadut, żidt il-qali, żidt l-għaġin, qbadt is-sigaretti, bdejt nixrob l-inbid u nħallat mal-vodka u l-whiskey bla silġ. Provajt naqbad id-drogi imma ma sibt nixtri minn imkien u qaluli li Querioz m’għadux fil-pajjiż.

Inżajt b’żaqqi barra u ħriġt niġri fix-xita. Kien hemm żewġ nisa u malli rawni ħasshom ħazin. Imma jiena ma ġrali xejn. Minn meta nfetaħ il-Mater Dei ma nista’ nimrad b’xej’.

Dawk il-billboards għamlu l-ġisem tiegħi ottimist. Kien hemm bniedem qabel ma daħal għall-operazzjoni tawh aperitiv u ftit epitajżers biex ifieq mill-epitajtes.

Ankì l-ilbiesi ta’ l-infermiera tal-Mater Dei huma ffirmati minn Valentino eżatt qabel ma rtira. L-ilbiesi tat-tobba se jkollhom ukoll irtokk ta’ Quentin Tarantino għat-transfużjoni tad-demm.

It-trabi se jitwieldu bil-potti ma’ sormhom u bl-ingravata ta’ l-iskola bil-biro ta’ l-indipendenza.

Ma nistax nifhem għaliex qegħda ssir din il-propaganda qawwija dwar il-Mater Dei. Il-propaganda se tiġi tiswa’ iżjed mill-isptar.

La l-isptar huwa tagħna għaliex din il-propaganda kollha ta’ xi ħaġa li hija tagħna? Ma’ min qed niftaħħru? Lil min irridu nbiegħuh l-isptar tagħna? La darba, darbtejn, tlieta u mija, il-poplu ħallas miljuni ta’ liri fuq sptar, għaliex irid iħallas eluf iżjed fuq propaganda għalih ta’ dak li se juża hu stess?!

Din hija s-sistema li kienu jużaw in-nobbli li ma kellhomx problemi ta’ flus. Jixtru libsa ġdida u biex il-libsa juruha fil-festi tan-nobbli, mal-libsa kienu jixtru l-isbaħ kullani tad-djamanti u tintesa’ l-libsa.

Almenu l-paroli fil-vojt tal-president meta kien għadu fuq skala ħamsa ma kinux jiswew flus. Kien iwiegħed u ma jsir xejn u flus ma jintefqux. Kienu jintefqu biss fuq dak li ma kienx iwiegħed.

Il-wegħdi li Gonzi mhux se jżomm, għax għalih l-importanti mhux dak li jgħid imma dak li jagħmel (u jiftaħar meta jgħidha), iwegħdhom bil-leaflets u billboards u bi flusna.

Il-Fredu miskin ma jistax jagħmel propagandi. Għax la għandu flus u l-anqas ideat. La għandu flus tal-poplu u l-anqas għandu idea ta’ poplu. L-aħħar idea li kellu huwa li l-poplu kien kontra l-unjoni ewropea u favur it-trattat tagħha.

Il-billboards u n-nies fotografati fil-Mater Dei ma jirriflettux ir-realtà. Dan huwa kollu gideb tal-gvern. Irrid ngħix fir-realtà, tkun xi tkun!

Ir-rieda, l-għaraq, l-indinjazzjoni u l-futur ippropagandajnih b’ħafna ħara, li huma dawk il-ħobż tagħna ta’ kuljum quddiem gazzetti bla preżentazzjoni, stazzjonijiet televiżivi bl-istampa sewda u aħbarijiet proċessati bħall-kimika fil-frott li jibgħatuk l-isptar.

Almenu nitfa’ kreattività fil-billboards la ħallast għalihom. Nixtieq niltaqa’ mad-direttur artistiku tal-billboards, li ħallast għalih ukoll, ħalli nipproponih fit-Teatru ta’ l-Iskala biex jaħsel il-lokijiet.

Jew kull min miss fil-Mater Dei qabduh il-mulliti f’idejh bir-roda li l-isptar jaqa’ fuqhom jew il-fotografu tħajjar mill-gvern u ried jeħles kollox ta’ malajr wara għoxrin sena torturi.

Għafas fuq l-ismijiet bil-karigi, biex iżżur il-billboards u ara l-virus tar-repetitive monotony strain injury li qabadhom f’idhom meta rifsu l-isptar Mater Dei dawn il-protagonisti tagħna:

Professur Albert Fenech, Chairman Dipartiment Servizzi tal-Qalb.
Professur Anġlu Psaila, Professur tal-Mediċina.
Lorraine Attard, Fiżjoterapista.
Vicky Gauci, Occupational Therapist/Service User.
Inġinier Karl Farrugia, Inġinier Biomediku.
Perit Martin Attard Montalto, Planning Manager.
Moira Grixti, ħaddiema tas-sena 2006 Sptar San Luqa.
Sandro Vella, pazjent b’ħafna paċenzja.

Biex tara l-billboards l-oħra għafas hawn.

Parti mill-budget 2008 il-Gonz qalilna li se jibda proġett pilota għall-breast screening nazzjonali. Bil-flus li ntefqu jmissu jagħmel pjan nazzjonali għal min għandu l-għasfur żgħir.


informazzjoni:

Mater Dei Hospital

2 Comments:

Anonymous United Kingdom said...

Ghadni kif irrejalizzajt li in nies kollha qeghdin jaghmlu xi haga b'idejhom. Taparsi ara kemm ahna bravi meta nitkellmu nuzaw il gesti ukoll.

Kif nghid jien u ili nghid mindu sirt naf xinhi politika. Balla bullshit tal PN u balla recti.

Dan nies ha jibqghu l-istess. Dejjem jghajtu li Labour b'Alfred Sant ma jimxix, Ewropa u BULLSHIT kemm trid.

Jekk jibdew jesportaw il bullshit il GDP ta Malta jitla b'xi 300% u mhux talli ma jkollnix deficit izda talli nibdew naqtghu mid dejn tant kemm il partit nazzjonalista ghandu mass production kbira ta BULLSHIT.

Ghax ma jiktibx fuq il bill board id differenza bejn l-istima tal progett u kemm gie jiswa fl-ahhar.

Messu jaghmel billboard tghid ...

Il mater Dei sewa' erbgha darbiet dak li kien ipproggetat .... Tinsiex li dawk kollha flusek mela ibza ghalih BAHNAN!

Aqtawa daqsxejn ... tkomplux titnejku bin-nies.

07 November 2007 10:49  
Anonymous Gahan said...

Habib,

Ghadek ma tafx min hadu il-kuntratt ta' dan l-advertising kollu?

Saqsi naqra lill-kuxjenza tieghek. Dur dawra madwarek. Iftah ghajnejk u tara kif kollox jibda jaghmel sens.

07 November 2007 17:34  

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home