Maltarightdown

Il-ġurnalisti nazzjonalisti qatt ma kienu onesti daqs kemm kienu din il-ġimgħa fil-web-site Maltarightnow.com.
”Unable to connect” mal-Pajjiż.
Għall-ammiraturi ta’ Redmond: “The party cannot be displayed.”
Dawn l-aħħar ġimgħat in-nazzjonalisti bdew iservu lill-pajjiż kemm jistgħu. U abbandunaw kollox biex iservu l-pajjiż. Biex iservu abbandunaw ukoll is-server.
Però hemm online backup temporary date file transfer.
Għalissa l-propaganda tan-nazzjonalisti tinsab hawn :
( di-ve.com – 8 ta’ Novembru 2007)
( di-ve.com – 8 ta’ Novembru 2007)
( di-ve.com – 8 ta’ Novembru 2007)
( di-ve.com – 8 ta’ Novembru 2007)
(di-ve.com – 8 ta’ Novembru 2007)
(di-ve.com – 8 ta’ Novembru 2007)
(di-ve.com – 6 ta’ Novembru 2007)
Dawn huma l-aħbarijiet prinċipali ta’ pajjiż skond id-di-ve, partikolarment minn dak il-jum li Maltarightnow.com waqgħalhom is-servizz informattiv ġurnalistiku tagħhom.
Il-faċċata tad-di-ve tal-Ħamis, 8 ta' Novembru 2007:
Dawn huma l-istess nies li jitkagħżaw li erba’ żgħażagħ ifaħħru l-oppożizzjoni taħt isem ħaddieħor!
In-nazzjonalisti huma onesti mmens: qed jgħidulna li l-informazzjoni hija mejta.
Il-programmi ta’ approfondimenti ġurnalistiċi huma dwar:
l-airgozo; sess; banana; Madeleine; il-porn f’Malta; l-abbuż ta’ l-internet; l-okkult; player li mar ġo attività politika bla ma jaf; il-prim li żar l-awstralja u meta waqqfuh flok droga jew blue film sabulu bagalja bil-kotba ta’ San Ġorġ Preca. . . .
Ma jiġux approfonditi:
il-kuntratturi; id-deadlines ta’ l-infrastruttura; il-manutenzjoni ta’ proġetti ġodda; il-ħlas lill-bank ċentrali ewropew għall-karta ta’ l-ewro kull darba li jiġu ġenerati; it-trattat ta’ l-unjoni ewropea; il-karta l-bluna; l-iżvantaġġi tal-biodiesel; it-tibdil fil-klima; il-prova li l-Vitamina D hija maġija kontra l-kankru; il-perikli ta’ l-inċeneratur; in-nuqqas ta’ preparazzjoni għall-enerġija alternattiva; id-dipendenza miż-żejt. . . .
Ovvjament, biex l-oppożizzjoni ssemmi xi suġġetti injorati mill-gvern bħall l-imsemmija hawn fuq, tkun qed titlob ħafna. L-oppożizzjoni taf biss tinsulenta lill-avversarju favorit tagħha: l-intelliġenza tal-Poplu.
Il-gwerer; il-qtil; id-dmija u ż-żejża tal-plastik ta’ Pamela Anderson isiru għal raġuni waħda. Biex jimtlew l-aħbarijiet u jitgħattew il-vera skandli.
Maltarightnow: il-pajjiż kif jinsab bħalissa. Bla tmexxija.
Maltastar: l-istilla ta’ Malta. Alfred Sant.
Tant kemm hu rasu iebsa li l-Maġi spiċċaw għand Erodi.
Il-libertà tal-ġurnaliżmu teżisti. Huma l-ġurnalisti li ma jeżistux.


































0 Comments:
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home