L-impjegat tagħna Pullicino

L-impjegat tagħna George Pullicino fetaħ blog il-Ġimgħa, 7 ta’ Settembru 2007.
Fl-ewwel artiklu tiegħu hemm inkluż: Mhux ser nitkellem ħafna fuq politika.. inwegħdkom !!
Pullicino, politiku, fetaħ blog biex ma jitkellimx fuq il-politika. Il-politika fil-blogs qed jitkellimha l-poplu bħala mogħdija taż-żmien.
Pullicino, il-wegħda tiegħu żammha sew bħal ma żamm id-dieta.
Fil-blog hemm artikli dwar meta jsiefer u jgħidilna kemm ħa gost. Skond hu, mhux se jitkellem ħafna fuq politika imma kiteb ħafna fuq meta siefer.
Porto fil-Portugal - 19 ta’ Settembru 2007
New York - 24, 25 u 26 ta’ Settembru 2007
Lussemburgu - 31 ta’ Ottubru 2007
It-Tlieta, 2 ta’ Ottubru il-ministru George Pullicino attenda quddiesa. Il-ħin tal-quddiesa mhuwiex imniżżel. Jekk il-ħin kien fil-ħinijiet tax-xogħol irrid nara l-karta tal-leave. Il-ħaddiem Malti, l-uniku leave speċjali li għandu hija li jattendi quddiesa ta’ funeral ta' qarib viċin ħafna tiegħu bħal ġenitur, wild jew aħwa.
George ukoll inqabad, jiddedika l-ħin tal-blog li skond hu, m’għandux x’jaqsam mal-politika u mhux skond il-job description tiegħu, fil-ħin tax-xogħol tiegħu, imħallas mill-poplu malti, suppost dedikati lejn il-politika.
It-Tlieta, 11 ta’ Settembru 2007 fit-3.04p.m.
Il-Ħamis, 13 ta’ Settembru 2007 fit-2.59p.m.
L-Erbgħa, 19 ta’ Settembru 2007 malli daħal għax-xogħol daħal jibbloggja.
Il-Ħamis, 27 ta’ Settembru 2007 tmien minuti qabel ma spiċċa mix-xogħol ibbloggja fuq Michael Mifsud jiftaħar li malli daħal għax-xogħol dak il-jum, qagħdu, hu u sħabu tax-xogħol, jitkellmu fuq il-prestazzjonijiet tal-footballer.
Fl-istess ġurnata, jkompli jirrakkontalna George b'entużjażmu, qagħad jaqra La Gazzetta dello Sport u jinnaviga fil-YouTube dwar Michael Mifsud flok dwar it-tibdil fil-klima.
Is-Sibt, 29 ta’ Settembru 2007 ibbloggja fit-8.26a.m. Imma naħfrulu għax is-Sibt u ħaqqu l-mistrieħ tiegħu wara ġimgħa xogħol ta’ impenji impenjattivi.
It-Tlieta, 23 ta’ Ottubru 2007 reġa’ bloggja waqt il-ħin tax-xogħol fis-1.52p.m.
Il-Ġimgħa, 19 ta’ Ottubru 2007 George reġa’ għamilha: 2:32p.m. Forsi l-ħin tat-tè bil-biskuttini.
Ukoll L-Erbgħa, 3 ta’ Ottubru 2007 fl-3.53p.m.
It-Tlieta, 6 ta’ Novembru 2007 fis-1.36p.m.
Fis-6 ta’ Novembru l-impjegat tagħna Pullicino ftaħar u feraħ li qatta’ nofs ta’ nhar mat-tfal li tellgħu programm u reċti dwar l-ambjent. Ħasra li l-ġenituri ma setgħux jaraw lill-uliedhom minnħabba li kienu qegħdin jaħdmu biex iħallsu l-paga/diesel/insurance/il-karozza nnifisha bl-extras extralarge tal-blogger Pullicino.
Fit-tislima tiegħu lejn Enzo Biagi jikteb: “Naħseb li Dario Fo jippermettili ngħid li fil-fatt nemmen li hija luttu tal-ġurnaliżmu liberu ewropew.” George Pullicino jikteb dwar Dario Fo qisu Dun Karm qed jikteb l-innu tal-partit laburista.
Miskin Enzo. Wara mewtu kellu jiflaħ li Berlusconi ma jammettix li kien hu li keċċih mix-xena televiżiva: issa wkoll issemma fil-blog ta’ Pullicino. Dan Biagi kellu jkun vera xortih ħażina.
Il-mobile tal-ministri jaqgħu wkoll taħt it-taxxi tagħna?
“Illejla bgħatt sms ta' solidarjetà lil President tal-Lazio, Lotito, f'dan il-mument diffiċli.”
"Qbadt il-mobile u ppruvajt naqbad lil Paolo ħalli ngħidlu li konna qed nistennewh."
Dwar il-klima George jikteb:
"Fuq kollox ma rridux ninsew li kienet Malta fl-1989 li l-ewwel darba poggiet fuq l-agenda tan-NU l-issue tal-bdil fil-klima."
....u l-ewwel waħda li mhux tipprepara għat-tibdil.
Safar ‘l hawn u ‘l hinn, attivitajiet ta’ divertiment organizzati minn ħaddieħor, ħruġ, lukandi, seminars, coffee mornings, internet browsing, diskussjonijiet fuq il-football, La Gazzetta dello Sport........dan huwa xogħol il-ministru. Jidher li jaħdem mal-gvern!
Ċertu dipartimenti tal-gvern huma agħar miċ-Ċina għax l-anqas għal Google m’għandhom aċċess.
Il-laburisti jibgħatu ittri mill-ministeri lit-times kontra l-Gonz u l-Pullicin jibbloggja waqt il-ħin tax-xogħol....u jiena naħdem!!
informazzjoni:
Il-blog ta’ George Pullicino


































0 Comments:
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home