L-effett kollaterali tal-banana

Skond studju ta’ sondaġġi, in-nies li jsoffru minn dipressjoni wara li jkunu kielu banana huwa li jħossuhom aħjar. Dan għal fatt li l-banana għandhom it-triptofanu, tip ta’ proteina li l-ġisem jitrasformaha f’serotonina, sustanza li tirrilassa u ttejjeb il-burdata u ġġagħlek tħossok iżjed ferħan.
Il-banana wkoll għandha l-kapaċità li trażżan il-ħruq ta’ l-istonku.
Il-Ġimgħa, 2 ta’ Novembru l-banana niżlitli ħażin u t-triptofanu trasforma f’uġigħ kbir ta’ żaqq u d-dipressjoni niżlet imma telgħet il-pressjoni u ħassejtni oppressat.
Il-Ġimgħa, 2 ta’ Novembru fil-programm ta’ Xarabank m’attendewx il-politiċi Maltin. Probabilment għax kienu qed jiċċelebraw il-festa tagħhom: jum il-mejtin.
Flok il-politiċi kien hemm il-banana. Il-banana sar każ nazzjonali. Każ li tagħmel programm sħiħ li jiswa’ eluf ta’ liri mill-but tal-poplu Malti. Kien hemm ukoll taz-ZOO. Kull ma kien jonqos il-kukku ta’ Frank Quattromani, zappuna f’idejn Peppi flok il-file ta' l-isponsors; joħroġ il-pipa mil-but; il-kollegament ma’ tal-YMCA maqfulin ġo gaġġa kien hemmhekk u r-razzett kien ikun komplut.
Illum m’għandix ħafna fuq x’hiex nagħmel satira. Nibża’ li nkun kaġun ta’ xi traġedja familjari u nkun kaġun li nżid l-income lil GO mill-pulses tat-telephone diretti lill-banana.
Fil-programm ġie deċiż li biex tagħmel satira fuq bniedem trid titolbu permess minn qabel.
Timmaġinawni lili nitlob permess lill-Papa? Taħsbu li se jtini l-benedizzjoni?
Sandro:”Hawn Benedittu nista’ niċċajta ftit fuqek?”
Benedittu:”Iva ibni tista’. Imma ssemmi xejn fuq it-templari ok?”
Sandro: “Hmmm...ok hux.”
Benedittu: “L-anqas fuq id-divorzju. Jew l-omosesswali. Le, hmmm...l-anqas fuq is-sigriet ta’ Fatima jew pedofiliji jew fuq il-flus lejn l-Afrika. Imma l-bqija tista’ ssemmi kollox. Żomm waħda. Issemmix kondoms u apoloġiji. Dejjem ikun imfaħħar.”
Timmaġinawni lili nitlob permess lil Gonzi?
Sandro: “Aw Wenz, nista’ nitnejjek ftit bik fuq il-blog tiegħi?”
Wenzu: ”Blog x’inhu?”
Sandro: ”Speċi ta’ forum. Bħal ma ftaħt inti fuq il-Budget fuq l-internet.”
Wenzu: ”Eh iva forum. Issa fhimtek. Dawk li kitbu l-ittri fuq il-gazzetti hux tal-forum żgħażagħ laburisti. Imma kif kullimkien jiddefsu. Ħa nċempel lil Natanjel.”
Il-permess ta’ Sant.
Sandro: ”Aw Fred. Nista’ niġbidlek saqajk fuq il-blog tiegħi?”
Fredu: ”Blog x’inhu?”
Sandro: ”Ara ħa ntik eżempju. Mela inti ppubblikajt ktieb sewwa? U għedt lill-qarrejja jixtru l-ktieb tiegħek u jħallu kumment wara li jaqrawh. U l-kumment iħalluh fuq l-internet.”
Fredu: ”Naqbel. Basta ma nkunx obbligat inwieġeb għall-kummenti. Jew almenu jtuni ċans naqra l-ktieb.”
Il-permess ta’ l-alternattiva.
Sandro: ”Hello. Nista’ nkellem lil Harry jekk jogħġbok?”
Cassola: ”Harry mhux hawn. Għadu qed ifittixli l-passaport. X’għandek bżonnu?”
Sandro: ”Nixtieq nitolbu permess jekk nistax nitnejjek bih fuq il-blog tiegħi.”
Cassola: ”Stenna wara l-kju sieħbi. L-immigranti għadhom ma waslux sax-xatt dal-għodu.”
Il-permess ta’ Norman Lowell.
Sandro: ”Hi Mr. Lowell. Can I use my blog to pull your leg please?”
Norman: ”Certamente! Sure! Dażgur! Ogni publicity is buon reklam.”
Sandro: ”Problema għalik jekk insemmi lil Hitler?”
Norman: ”No problem at all. Basta ma tassoċċjanix miegħu.”
Il-permess ta’ l-allenza nazzjonali:
Answering Machine: ”Għadek kemm qbadt mas-Saint James Hospital u l-HSBC. It-telefonata qegħda tiġi diverted. One moment please.
Hawnhekk il-partit ta’ l-alleanza nazzjonali. Partit kbir. Partit li se jikkontesta fid-distretti kollha fl-elezzjoni ġenerali li jmiss. Partit magħmul minn nies intelliġenti u kwalifikati. Minn nies li tista’ tafda fuqhom. BEEEEEP.”
Sandro: ”Sorry, wrong number.”
Il-permess ta’ viva malta:
Vuċi maskili: "Dan huwa messaġġ mill-Maltacom, sorry GO. Dan in-numru ma jeżistix. Jekk jogħġbok erġa’ prova iktar tard ħames snin oħra, forsi ssib lil xi ħadd, forsi."
Għandu raġun il-banana jgħid li se jitlef l-isponsors. Wara l-programm tax-Xarabank u r-riklamar qawwi bla ħlas li sar, l-isponsors tal-banana se jagħmlu transfer fil-Bomba.
Il-PBS ma tistax tieħu passi legali kontra l-banana. Meta tal-PBS marru għand l-avukati biex jirrapportaw lill-banana talli hedded li jfarrak il-PBS, l-avukati serrħu ras lill-bord tad-diretturi li l-banana mhu se jsib xejn x’ifarrak!
L-unika waħda li għandha dritt tiftaħ kawża hija l-Banana oriġinali! Li wara l-lum iddeċidiet li tbiddel isimha bħall-warda ta’ Shakespeare.
informazzjoni :
X.com.mt forum


































3 Comments:
LOL hahaha... i'm always looking forward to any of your writings!!! Shame that the programme was so serious about something that involves laughter!!
Switching to Maltese: L-iktar wahda bis-sens li tkellmet il-bierah, kienet Gloria li meta rnexxielha tiehu hinha minn ghand il-Banana (!) BDIET tispjega xi tfisser il-kelma 'Satira' li ghandi jkun hlief Ray ma kienx jaf xi tfisser. Satira hija li tidhaq bir-realta wara li din tigi ezagerata.. ezagerazzjoni ta' realita.. jew allura ir-realta ta' ghada...
Switching to Maltese and INGLIZ: Fil-programm Xarabank il-Banana, sahaq li m'ghandux bzonn ta' 'exposure' ghax hu maghruf bizzejjed.. ma nafx, ghalkemm smajtu kemm il-darba, il-bierah l-ewwel darba li rajt wiccu, u ndunajt li DJ Banana ta' Ray, qed jimita lilu anke fizikament... thanks Ray issa nista' ngharaf wicc DJ li fih gharaft tant 'low self esteem'.
Lit-tfal tista' tghallimhom jaqsmu t-triq, jew thallihom biss mexjin fuq l-istess bankina sakemm isibu li din tieqaf hesrem u allura jduru lura d-dar. Tista' tghallimhom jitilghu fuq siggu, jew tnehhi s-siggijiet kollha tad-dar u kulhadd jintefa fl-art, tista' tghallimhom li fuq ix-xoghol iridu jaghmlu xoghlhom inkella jitkeccew jew tista' tipprova ccempel lil boss taghhom tipprova tghidlu li bintek/ibnek hu naqra ghazzien u wiehed irid jiehu pacenjza bih u jhallsu ghalxejn..
It-tfal mhux li jigrilhom, li ttihom imma kif ihossuhom, kif jehduha.. jien ghandi tfal, u minhabba li ma nistghax nikkontrolla li ma jigux bullied, nipprova nghallem lit-tfal kif ikollhom kunfidenza fihom infushom, nhallihom isiru jafu lili u lil missierhom sew u allura jisimghu x'jisimghu jafu fic-cert dak li hu vera u dak li jkun gideb.. Uliedi jafu u jifhmu li mhux kulhadd huwa tajjeb fid-dinja, u mhux kull min jidher tajjeb huwa genwin..
Alla hares kellha tinqata' s-satira minhabba l-bullying!!!! Zewg oqsma differenti f'kull aspett.. u anke wara Xarabank tal-bierah, ghadni ma nistghax nifhem x'inhi l-kunnessjoni li pprovaw igibu zewg 'personalitajiet'!!!
Is-Satira tinvolvi Arti, il-bullying jinvolvi mostrozita! is-Satira ddahhaq, il-bullying ibikki, is-Satira hija accettata il-Bullying mhuwiex!!
The previous comment does much to sum things up. ^_^
To add further food for thought, on this point, I shall leave you all with a question. Who stands to benefit from concluding that the object of satire ought to be approached for permission - the satire artists, the people or those who are prone to attracting satire?
I would on the other hand agree that satire ought either clearly have a humerous slant or in some obvious fashion declare that it is satire. The Today Show comes to mind as a show which does both, as does the Cobert Report - both American television.
What would not be acceptable, in my opinion, is a non-humerous piece with no clear humour to anybody other than those in the know, which serve to convey false and damaging impressions upon the common person. But to clearly encase it within a context labeled as satire ought to remain somewhat acceptable.
I just say this to highlight that there is a fine line between satire and libelous material - for those who would choose to live dangerously - Sandro Vella's writings seem vary clear in their satirical construction. ^_~
And may he rock on with his witty contributions. :cP
Prosit Sandro!
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home