contact: info@sandrovella.org

Saturday, 10 November 2007

Kelma żejda mill-editur

Nirċievi e-mails li jiena neħodha wisq kontra n-nazzjonalisti u qiegħed niffavorixxi lill-partit laburista. Min jemmen hekk, jew irid jemmen hekk, jista’ jagħmel li jrid.

Irċivejt ukoll li jiena neħodha kontra ż-żewġ partiti biex niffavorixxi l-ideat ta’ Norman Lowell. Min jemmen hekk, jew irid jemmen hekk, jista’ jagħmel li jrid.
Mhux se nikteb artikli biex niġġustifika ruħi. Jiena ma niddissoċċja ruħi minn ħadd.

Sant, Gonzi u Lowell għandhom l-ideat tajbin ukoll. Ma nafx liema huma, però xi waħda ‘l hawn u ‘l hinn għandhom żgur u dik l-idea jiena se naqbel magħha.

Bħal per eżempju:
In-nazzjonalisti daħħlu lil Malta fl-unjoni ewropea.
Sant ried jiżvaluta l-lira Maltija.
Lowell irid itajjar lil Gonzi u lil Sant minn nofs.

Meta nikteb artiklu nkun qed niġġieled mal-ħin, ma’ l-ammont ta’ xogħol, man-ngħas, mal-GO broadband u man-nies li nħobb.

Dan il-blog jirrapreżenta satira, oppożizzjoni, libertà tal-kelma lil kulħadd saħansitra ankè lil Yoda Cassar u lir-raġel tagħha.

Libertà tal-kelma: Il-libertà f’dan il-blog teżisti, in-nies li jridu jitkellmu teżisti wkoll però teżisti l-biża li jitkellmu ankè jekk anonimu għax jafu li bl-indirizz IP dak li jkun ma tantx jista’ jibqa’ anonimu ħafna.

Flok il-partiti jibżgħu mill-poplu, l-affari hija viċi-versa!

Il-partiti u kumpanija jibbażaw il-poter tagħhom fuq dan it-tip ta’ biża’.

Il-partiti u kumpanija jibbażaw il-poter tagħhom fuq l-ammont żgħir allokat għall-ħin ta’ riflessjoni tal-poplu.

Oppożizzjoni: Il-partit laburista ma jeżistix bħala oppożizzjoni imma jeżisti biss bħala partit. Dan il-blog ma jirrapreżentax lill-partit laburista imma fl-artikli kritiċi lejn il-gvern jirrapreżenta l-oppożizzjoni minn individwu wieħed.

Il-partit laburista jsakkar katina ekwivalenti tal-partit nazzjonalista u ta’ l-alternattiva demokratika u ta’ kull partit eżistenti li l-ebda wieħed minn dawn ma jagħti aċċess lill-poplu għall-libertà ta’ l-informazzjoni.

Hemm protezzjoni mill- libertà ta’ l-informazzjoni u mhux għall- libertà ta’ l-informazzjoni.

Din il-web-site ilha teżisti mis-sena 2001.

L-awtoritajiet qatt ma għalqu s-site direttament. Kienu jagħlquha billi xi kultant, jibgħatuli xi nies bl-ikħal biex jikkonfiskawli l-computer personali tad-dar b’akkużi li ma kellhom x’jaqsmu xejn mal-kontenut tas-site.

Is-site fl-2007 fadalla ostaklu wieħed (sa issa għadu wieħed): il-connection ta’ l-internet service provider.

Fiċ-Ċina hemm editur ġenerali ta’ x’għandu jinkiteb fuq l-internet, saħanistra fuq Google.

Fl-Italja qed jipprovaw jgħaddu liġi biex ikun hemm ministru ġenerali fuq il-blogs li jkun ukoll editur u li ċ-ċittadini jridu jħallsu reġistrazzjoni għal kull blog li jiftħu.

F’Malta jittorturawk sakemm tiġi biex tniżżel e-mail.

Tipprova tgħabbi fuq l-mirc u t-tfajla tkun diġà qabbadtha l-orgażmu dieħel u ħiereġ.

Din il-web-site għandha aġenda moħbija: tesponi l-isbuħija fiżika u senswali ta’ l-editur.

4 Comments:

Anonymous Gahan said...

Insejt issemmi l-agenda propja tieghek ja purcinell!!!

Int mixtri mil-Where's Everybody!!! Segwaci ta Peppi u ta' Xarabank.

Xbajt issemmieh u taghmillu propoganda qas lil siehbu Lou ma ssemmi.

Toqghodx tipprova tistahba wara subajk u tilghabha tal-vergni u tal-qaddis. Ghid dak li veru int! (il-bicca tal-vergni nahseb jista jkolli nirtiraha)

13 November 2007 18:15  
Anonymous Zeppi said...

Taf li veru! Kulhadd b'hotobtu hux. Irid jaljenana b'satira sfurzata u oxxenitajiet mlibbsa taparsi hsieb metikoluz. Forsi dawn jinxtraw minn fuq l-internet bhar-ritratti?

Insomma illum kollox tixtri online. KOLLOX! ONLINE!

13 November 2007 19:06  
Anonymous james cauchi said...

I doubt that Sandro has any positive affiliation with WE at this point. ^_~

Also, I doubt that he intends to alienate anybody through his writings. How would he gain a readership if he did so? :cP

Bought... good one... ^_^

14 November 2007 00:20  
Anonymous Anonymous said...

Iva ta' hekk hu. Sandro qed jithallas Lm100 fis-siegha mill-WE, talli juza l-hin tieghu jikteb fuq kemm huma tan-nejk, u jipprova jheggeg nies bhalkom biex tahsbu b'mohhkom minflok, thallu lil min imexxikom permezz ta' karrotta tinki lill-imnehierkom.

15 November 2007 12:30  

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home