It-tniġġiż ta’ l-arja jnaqqas id-duda

L-ixjenzati marru jkejlu l-pesisa ta' l-orsijiet.
Il-popolazzjoni ta’ l-orsijiet bojod għandhom id-daqs tal-pesisa dejjem tiċċekken. Skond riċerka fid-Danimarka irrivelat dan b’rispett lejn dawk l-orsi li jgħixu n-naħa l-oħra...lejn il-Kanada.
Dawn il-fatti jidher li huma dovuti għall-konċetrazzjonjiet għoljin ta’ sustanzi kimiċi ta’ tniġġiż bħall-PCB, HCB u DDT u l-bella kumpanija li jinterferixxu fil-ħidma tal-glandoli li jipproduċu l-ormoni sesswali. Dan is-sustanzi huma prodotti mill-inħawi tagħna, ta’ l-Ewropa mniġġża, u meħuda lil hemm fuq mill-kurrenti atmosferiċi.
Fin-natura, l-irġiel ta’ din l-ispeċi animaleska li jgħixu f’ambjenti kesħin fejn jagħmel is-silġ huma dotati minn organi ikbar biex jassiguraw suċċess riproduttiv ħabba l-bażi tat-temperaturi. Riduzzjoni taż-żobb ovvjament tinkwieta wkoll għax tista’ tiddertemina prestazzjonijiet sesswali mhux ta’ kwalità u t-tnaqqis tat-twelid ta’ dawn l-orsijiet. Insomma l-għixien ta’ din ir-razza qegħda fil-periklu.
Dawn l-orsijiet diġà qegħdin jgħadduha ħażin kawża tat-tibdil tal-klima. Il-Groenlandia qegħda tisħon u tinħall u l-ikel huwa diffiċli ħafna biex jinstab.
Xejn ikel u xejn sess. Iżjed agħar minn hekk!
Il-Gonz kien jaf b’din l-aħbar u ħbihilna bħal ma ħeba l-iżvantaġġi ta’ l-ewro.
Probabbli din hija r-raġuni li l-Gonz naqqas it-tniġġiż maġenb Kastilja. Biex il-Lewinsky Maltija jkollha x’tomgħod.
Għalhekk lil Mintoff tefgħulu l-Power Station quddiem daru. Biex ma jipprokkreax mexxejja bħalu. Alfred Sant huwa riżultat tal-Power Station ta’ Delimara.
Dan l-element jista’ jnaqqas il-prostituzzjoni f’Malta. Fil-fatt minn ħabba l-Power Station tal-Marsa, il-business f’Albert Town naqas drastikament.
In-nisa biex jevitaw l-abort u jinfrankaw flushom mit-taxxi dwar propoganda kontra l-abort għandhom iħeġġu lill-irġiel tagħhom jirkbu ħames xarabank kuljum. Tiġihom irħas minn kontraċettiv.
Malli jonqos id-daqs, in-nisa jiksbu l-istess drittijiet ta’ l-irġiel. Flok bil-ħruq tar-riċipetti: bil-ħruq tal-faħam.
Jiena minn għada, se nibda mmur ix-xogħol bir-rota fit-tlieta ta’ fil-għodu.


































0 Comments:
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home