Intervista lill-masturbazzjoni

L-20 programm ta’ Xarabank dwar is-sess qajjimli ċertu emozzjoni eċitanti ta' misteru ta' natura etorika. Ġismi jqum xewk xewk meta Peppi jħallat il-massages mal-messaġġi. Forsi għax qabel il-messaġġi kien jeħodhom l-għasfur?
L-għarajjes qed ifittxu post f’Wied iż-Żurrieq bil-karozza fejn jaħxu għax ma jistgħux ilaħħqu mal-propjetà, u l-Peppi nazzjonali jiddiskuti s-sess.
Nies fil-panel li s-soltu jifhmu f’kollox ħlief fuq dak is-suġġett li qed jiġi diskuss. Intervisti bil-wiċċ iswed. Kien hemm ukoll Mark, dak li tax-Xarabank sabulu mara u meta ntfew il-cameras tatu daqqa ta’ sieq. U dan Mark qiegħed hemm jiddiskuti s-sess. 4 programmi kienu saru biex lil Mark jgħabbulu waħda. Aħjar kien hemm jien, wara kwarta konna neħilsu.
Jiena wkoll għandi suġġett li jixtieq jitkellem u jiġi intervistat. Fil-panel kulħadd ammetta li l-masturbazzjoni togħġbu ħlief xi ħadd li jimmasturba meta jkun rieqed u meta jqum jaħsbu pipì.
L-intervista se ssir lill-masturbazzjoni. Dan is-suġġett bħal tax-Xarabank għandu rivelazzjonijiet kbar dwar is-sess u misterjużi u wkoll biex inżommu mal-moda se ngħattilu wiċċu u nsemmih: Eileen.
Imma ma nżommkomx iżjed fuq ix-xwiek.
L-intervista mnebbħa minn Xarabank :
Sandro: Minn ħabba kwistjoni ta’ anonimità se nsemmik Eileen. X’iġagħlek tagħmel dak li tagħmel?
Eileen: L-ewwel nett il-muskoli ta’ l-idejn: li nista’ nassigurak Sandro, li jridu jkunu preparati ħafna. It-tieni hija s-solitudni u t-tielet dak is-sens enormi li timlini ħafna tant li ġġagħlni nitbattal.
Sandro: Kemm għandek nies jiġru warajk?
Eileen: Bażikament kulħadd iħobbni lili. Imma jiena nħossni abbandunata u wżata minn kulħadd. Kulħadd meta jista’, jbiddilni ma’ mara jew ma’ raġel. Ikun min ikun. U mbagħad jerġgħu jiġu lura għandi fil-perjodi xotti. Hekk sew?
Sandro: Le, le. Mhux sew.
Eileen: Toqgħodx tparla ta’ int Sandro. Ankè inti użajtni kemm il-darba.
Sandro: Irridu nammettuha hawn quddiem kulħadd? Hawnhekk qegħdin inbiddlu l-irwol tagħna.
Eileen: Skużani għandek raġun. Imma tajtni isem li jispirani biex nieħu l-irwol li mhux tiegħi.
Sandro: Ma jimpurtax. Il-fatt li tlabtni skuża jagħmlek persuna oħra. Tridx insemmik xi ħaġa oħra? Hemm Rachel tajjeb?
Eileen: Le, x’Rachel. Mela jibdew jużaw id-djamanti waqt li qed jużawni. Aqta kemm ningiref. Nippreferi Romina.
Sandro: Romina ma ntikx parir. Titlobnix ir-raġuni jekk jogħġbok.
Eileen: Ara semmini li trid basta mhux banana, għax inkella jkun hemm kunflitt ta’ nteress. Moira tajjeb?
Sandro: Iva, Moira toqgħod perfettament. Ok Moira, ejja nkomplu l-intervista. Liema hija l-iżjed kategorija ta’ persuni li jabbużaw minnek?
Moira: Pratikament kulħadd, imma jekk tridni ngħidlek....Imma hawnhekk aħna ċensurati?
Sandro: Le, hawnhekk sandrovella.org. Għid li għandek tgħid.
Moira: Il-qassisin.
Sandro: Ma nafx għaliex imma ħassejt li se tgħidli hekk.
Moira: Magħhom vera nħossni offiża. Dejjem jiċħduni u jagħtu parir lil kulħadd biex jevitawni.
Sandro: Fl-aħħar mill-aħħar ankè huma rġiel.
Moira: Iva mitt darba u elf imma daqsxejn koerenza madonni!
Sandro: Għaliex meta jkunu miegħek jitilgħulhom il-ponot f’wiċċhom u jistgħu jagħmew ukoll?
Moira: Ma naħsibx li hija vera.
Sandro: U xi tgħidli dwar in-nisa?
Moira: In-nisa huma vera nittiena.
Sandro: Ma jidhirlix.
Moira: Afdani. Rajt minn kollox. Fliexken ta’ l-ilma, xemgħat, u għal dawk li huwa ftit ristrett kont nixrob il-heineken.
Sandro: U l-anzjani?
Moira: L-anzjani: inkredibbli. Imbagħad b’din l-istorja tal-viagra kulħadd iġennen.
Sandro: Xi tgħidli dwar Peppi?
Moira: Peppi ma naf il-ħadd. Jaqaw qiegħed tgħid għal dak li fejn jidħol ma hemmx rispetti? Għedtlek ma rridx kunflitt ta’ interessi.
Sandro: Għandek raġun. Qed nirreferi għal dak li fl-anagrafe huwa miktub Joe Azzopardi. Għax dan il-bieraħ f’Xarabank stqarr li għadu jiflaħ. Vera?
Moira: Ara ħa ngħidlek. Kull min jismu Joe għandu problema. Dan Azzopardi dejjem mejjet biex jużani u meta ma jkunx jista’, joqgħod jigdem idejh. Fit-teletubi heddidni li se jaqta’ l-bajd. Mhux għax huma b’saħħithom tafx anzì imnalla xi kultant jipprova jimita lil Lou u jilbes iċ-ċingi tiegħu biex il-bajd ikun jista’ jżommhom il-fuq u ma jgħajjinix.
Hemm wieħed Grima minn għalija, qatt ma jista’ jsibni. Hemm wieħed Brincat għamlulu xi vodoo. Wieħed Borg meta kien Malta kien jużani ħafna imma issa qed idur l-Ewropa u qed jinqeda mod ieħor. Hemm Borg ieħor xi father imma; dawk kollha l-istess pezza. Joe Muscat biss isalva għax jaf iqassam ħinu sew.
Sandro: Dwar Alfred Sant xi tgħidli?
Moira: Dak dejjem. Jew wara li jispiċċa xi ktieb jew xi meeting. Niftakar miskin kellu inċident żgħir. Darba kellu meeting żgħir u tant kemm ħa gost li beda jużani. Nesa li wara eżatt kellu meeting ieħor f’Birżebbuġa.
Sandro: Dwar Lawrence Gonzi?
Moira: Ili tliet snin ma narah. X’sar minnu?
Sandro: L-aħħar ħaġa: għandek x’tagħmel il-lejla?
Moira: Impenjata ma’ xi nies.
Sandro: Għandek xi spazju għalija fl-aġenda?
Moira: Iva, miegħek ma tantx indum.


































0 Comments:
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home