contact: info@sandrovella.org

Wednesday, 14 November 2007

In-nannu fil-freezer

Olmo Sivieri għamel sentejn maqful ġo freezer ta’ inqas minn għoxrin grad ġo Aosta. Poġġih hemmhekk, suppost wara li miet, ibnu Geitu. Induna bih in-neputi li xtaq jixrob Sunkist lemon kiesħa.

In-nannu standby ħalla lit-tifel imur jiġbor il-pensjoni ta’ elfejn u ħames mitt ewro fix-xahar u jiffranka l-ispejjeż tal-funeral. It-tifel ma felaħx jarmi dawk il-flus kollha u beda jdawwar l-ekonomija.

Iż-żgħażagħ huma bla xogħol u l-anzjani jiffrankaw.

Din hija idea tajba ħafna, speċjalment għan-neputijiet ta’ Gonzi, taċ-ċaqnu u ta’ Fenech Adami.

In-neputija ta’ Sant għandha x-xorti li tiffranka l-freezer.

Il-freezers se jsiru moda iżjed mill-computers u l-mobile phones.

Dan Geitu jista’ jbiegħ id-drittijiet ta’ l-idea tiegħu lil Maltin. Ninsab ċert li l-Maltin lesti li jbiddlu l-ġisem tal-qarib ma’ ġisem ieħor u l-Għawdxin jużaw il-gwardarobbi.

In-neputi ta’ Austin Gatt se jbiegħ il-ġisem ta’ nannuh fuq E-bay. Il-prezz jitlaq minn € 1.

In-neputijiet ta’ Mintoff se jkollhom problema għax se jaqtgħulhom id-dawl.

Il-ġimgħa l-oħra xtrajt freezer ġdid. Ommi għamlet rapport lill-pulizija.

0 Comments:

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home