contact: info@sandrovella.org

Sunday, 4 November 2007

L-inġustizzja hi l-istess għal kulħadd

Politiku għandu jkollu valuri għolja li jiddeċiedi li joffri l-għarfien tiegħu, il-passjoni tiegħu, għaraq jew sempliċiment impenn profond biex jissolvew il-problemi, jiġu kreati sitwazzjonijiet ġodda u jiffaċċilità l-ħajja tal-poplu.

Persuna li tixtieq tagħmel il-ġid tissejjaħ missjunarju. Fejn sempliċiment il-fatt li jagħti jdejh lill-persuna waqt li jkun qed tmut bil-ġuħ, ankì jekk għall mument żgħir, dik l-aħħar minuta ta’ ħajja denja li tissejjaħ tali.

Xogħol il-politiku huwa propju li ma joqtolx bil-ġuħ lil dik il-persuna. Meta jagħmel il-liġijiet, u m’għandux strumenti biex jiġu applikati, il-politiku jkun qed jagħmel ix-xogħol tal-buffu mbeċilli.

Jekk dak li qatel tnejn minn nies, insibu Paceville jixrob birra ħames snin wara, forsi hemm xi ħaġa li mhix taħdem sew.

Jekk ma’ Anthony Mifsud ġustizzja għada ma seħħitx wara 25 sena, forsi hemm xi ħaġa li mhix taħdem sew.

Jekk dak li nstab ħati li għandu l-passatemp li jsawwat lill-oħtu ħareġ jiġġerra barra mill-għada li nstab ħati, forsi hemm xi ħaġa mhux taħdem sew.

Jekk dak il-qassis li jħobb jilgħab mat-tfal insibu jqaddes il-funeral ta’ wieħed maqtul, forsi hemm xi ħaġa li mhux taħdem sew.

Jekk dak l-immigrant li nstab ħati li stupra tfajla ta’ sbatax –il sena, wara sitt xhur narah jittanta n-nisa l-Belt maġenb ix-xarabank, forsi hemm xi ħaġa mhux taħdem sew.

Jekk dak li ttraffika d-drogi nsibu jżomm l-ixkupa lill-oħtu waqt li tkun qegħda taħsel l-art tal-qorti qabel ma jidħol fl-awla, forsi hemm xi ħaġa li mhix taħdem sew.

Jekk raġel isawwat kummissjarju tal-pulizija u jeħel multa ta’ Lm75.00ċ (€ 175.467ċ), forsi hemm xi ħaġa mhux taħdem sew.

Jekk ċittadin jibgħat e-mail lill-pulizija u flok il-kontentut fl-e-mail; jiġi investigat iċ-ċittadin li bagħtha, forsi hemm xi ħaġa li mhix taħdem sew.

Jekk isir rapport lill-ETC li hemm ħaddiem jaħdem b’mod illegali u l-ħaddiem ikun jaf minn qabel li ġejjin l-ispetturi għalih, forsi hemm xi ħaġa li mhix taħdem sew.

Jekk dak li ordna l-maħfra presidenzjali lill-kriminal illum huwa l-attwali president ta’ Malta, forsi hemm ħafna affarijiet li mhux qed jaħdmu sew.

Il-president ta' Malta qisu bħal dak li seraqli l-istereo mill-karozza u sena wara laħaq DJ.

Il-kundannat fil-ħabs għandu jkun ta’ gwadann finanzjarju għall-poplu u mhux nefqa. Jaħdem tmien sigħat bħall-iskjavi moderni tutelati bil-liġi tax-xogħol, u jaqla’ l-paga tiegħu. 50% tal-paga biex jixtri ilma u ikel. 20% tal-paga ifaddallhom. 30% taxxi li jinkludu l-ħlas tal-ħabs. Kerha, Dawl, ilma, gwardjani u digital cable.

Jekk il-piena ma tkunx massima u l-ħabsi jingħata ċans ta’ rijabilitazzjoni fis-soċjetà, se tkun iżjed faċli għalih ma jiltaqax ma’ diskriminazzjonijiet u juri l-work experience tiegħu lill-interviewer.

Ir-responsabbli għandu jħallas il-kont u mhux il-vittma!

2 Comments:

Blogger Radian said...

Min daqsek vera li l-vittma ibati iktar mil-kriminali ax kriminali imur l habs u jaf wara ftit zmin johrog liberu habba kondota kif gab ruhu l-habs titnaqaslu sentenza.U l-vittma jibqa ihoss l-wegga ghal ghomru kollu u plus li ibatu l-familjari tieghu.L-gustizzja timxi sewwa ma min l-iktar ixahama bhal ma kien hemm dak l-kas ta dawk l-magistrati li inqabdu bil-korruzjoni dwar sentenzi li bdew jaghtu!!!!Haga nghid li f`dan l-pajjiz jimxi l quddiem min ghandu l flus u mandix xtqaqsam l furtuna u hafna min dawn l-kumidji. FLUS===POWER fis-socjeta u iktar ma imorru u jghaddi zmien din sitwazzjoni iktar tidomina u ta` taht dejjem jitafeg.U "Lower Classes" dejjem jaqilu f`wicchom ax finanzjarment mijomx bsahithom.U zewg partiti itajru l bzieq li go dan l pajjiz hawn d-demokrazija mhux qedin jghixu f`dinja jew:):):):)Keep it Sandro!!!!!!!!

05 November 2007 21:43  
Anonymous James Cauchi said...

It is true that there is something seriously wrong with society.

The legal system is not nearly as independent as it would like people to think that it is. It retains connections to the political classes. The political classes tend also to retain connections with the financial and business classes, if they are not themselves also members of such classes.

It is all a matter of interests. An exercise of power vested by a library of books of exceptions designed to compliment the constitution. A jungle of many rules and little ethics. It comes as little wonder that decisions served by the law courts are not necessarily the ethically correct ones.

All this suggests that nothing short of a complete rehash, the removal of the old and transplantation of the new, is in order.

A legal system of some consistency and little hypocrisy.

A legal system with a 360 degree consideration, not just the criminal.

A legal system where the law assumes a more harmonious relationship with ethics.

A legal system where restitution and reformation gain priority and petty retribution falls to the sidelines, where it belongs.

Alas... too many interests are vested within that which is corrupt and flawed for the pure and true to stand a chance... Alas...

08 November 2007 20:43  

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home